Unuri tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol
Fi tmiem ta' kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol, diversi unuri jiġu mogħtija lil plejers u timijiet li jkunu ddistingwixxew ruħhom f'dan it-turnew, ibbażat fuq diversi aspetti tal-logħba.
Attwalment hemm sitt unuri:
- Il-Ballun tad-Deheb għall-aqwa plejer matul il-kompetizzjoni, li jingħata mill-membri tal-istampa wara li ssir votazzjoni. Bejn l-1982 u l-2006 ingħataw ukoll Il-Ballun tal-Fidda u Il-Ballun tal-Bronż għat-tieni u t-tielet plejer ikklassifikat.
- Iż-Żarbuna tad-Deheb għall-aqwa skorer fil-kompetizzjoni. Bejn l-1982 u l-2006 ingħataw ukoll Iż-Żarbuna tal-Fidda u Iż-Żarbuna tal-Bronż għat-tieni u t-tielet plejer ikklassifikat.
- Il-Premju Yashin għall-aqwa gowlkiper. Beda jingħata mill-1994.
- L-Aqwa Plejer Żagħżugħ għall-aqwa plejer taħt il-21 sena. Beda jingħata mill-2006.
- L-Unur FIFA Fair Play għat-tim li jkun wera l-aktar logħob rett (magħrufha aktar bħala fair play). Beda jingħata mill-1978.
- L-Aktar Tim Divertenti għat-tim li jkun iddeverta l-aktar lill-pubbliku matul it-turnew tat-Tazza tad-Dinja, kif jiġi determinat minn sondaġġ magħmul fost il-pubbliku ġenerali. Beda jingħata mill-1994.
Barra minn hekk, mill-1990 beda jiġi formulat it-tim ideali fi tmiem kull edizzjoni. Din il-lista hi magħrufha bħala l-All-Star Team.
Ballun tad-Deheb
immodifikaL-unur tal-Ballun tad-Deheb huwa ppreżentat lill-aqwa plejer f'kull fażi finali tat-Tazza tad-Dinja, b'lista ta' nominati tkun formulata mill-kumitat tekniku tal-FIFA qabel ma r-rebbieħ jiġi deċiż minn votazzjoni mir-rappreżentanti tal-istampa. Dawk li jispiċċaw fit-tieni u t-tielet post jirċievu l-Ballun tal-Fidda u l-Ballun tal-Bronż rispettivament.
Dan l-unur ingħata għall-ewwel darba fl-edizzjoni tal-1982.[1]
Żarbuna tad-Deheb
immodifikaIż-Żarbuna tad-Deheb tingħata lill-aqwa skorer tat-Tazza tad-Dinja.
Dan l-unur ġie introdott fit-Tazza tad-Dinja 1930. Fl-edizzjoni tal-1994 li saret ġewwa l-Istati Uniti rat iż-żieda taż-żewġ unuri oħra: iż-Żarbuna tal-Fidda u ż-Żarbuna tal-Bronż li bdew jingħataw lit-tieni u t-tielet l-aqwa skorers fit-turnew, rispettivament. Mill-1994, jekk ikun hemm iktar minn plejer wieħed bl-istess numru ta' gowls, l-ispareġġ jiġi deċiż billi jingħadd in-numru ta' assists li saru (bil-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA jiddeċiedi jekk inhux assist jew le). Jekk xorta waħda jkun hemm aktar minn tim wieħed, ikun l-iktar plejer li lagħab l-inqas numru ta' minuti li jieħu l-vantaġġ fuq il-plejer jew plejers l-oħra fil-kwistjoni.
Edizzjoni | L-aqwa skorer | Gowls |
---|---|---|
Urugwaj 1930 | Guillermo Stábile | 8 |
Italja 1934 | Oldřich Nejedlý | 5[a] |
Franza 1938 | Leônidas da Silva | 7[b] |
Brażil 1950 | Ademir | 9[ċ] |
Żvizzera 1954 | Sándor Kocsis | 11 |
Żvezja 1958 | Just Fontaine | 13 |
Ċili 1962 | Garrincha Vavá Leonel Sánchez Dražan Jerković Valentin Ivanov Flórián Albert |
4 |
Edizzjoni | Żarbuna tad-Deheb | Gowls |
---|---|---|
Ingilterra 1966 | Eusébio | 9 |
Messiku 1970 | Gerd Müller | 10 |
Ġermanja tal-Punent 1974 | Grzegorz Lato | 7 |
Arġentina 1978 | Mario Kempes | 6 |
- Mill-1982, flimkien mal-unur taż-Żarbuna tad-Deheb, ġie introdott l-unur għaż-Żarbuna tal-Fidda u ż-Żarbuna tal-Bronż.
Edizzjoni | Żarbuna tad-Deheb | Gowls | Żarbuna tal-Fidda | Gowls | Żarbuna tal-Bronż | Gowls |
---|---|---|---|---|---|---|
Spanja 1982 | Paolo Rossi | 6 | Karl-Heinz Rummenigge | 5 | Zico | 4 |
Messiku 1986 | Gary Lineker | 6 | Diego Maradona Careca Emilio Butragueño |
5 | Jorge Valdano Preben Elkjaer Larsen Alessandro Altobelli Igor Belanov |
4 |
Italja 1990 | Salvatore Schillaci | 6 | Tomáš Skuhravý | 5 | Roger Milla Gary Lineker Lothar Matthäus Míchel |
4 |
Stati Uniti 1994 | Hristo Stoichkov Oleg Salenko |
6 | Romário Jürgen Klinsmann Roberto Baggio Kennet Andersson |
5 | Gabriel Batistuta Florin Răducioiu Martin Dahlin |
4 |
Franza 1998 | Davor Šuker | 6 | Gabriel Batistuta Christian Vieri |
5 | Ronaldo Marcelo Salas Luis Hernández |
4 |
Korea t'Isfel/Ġappun2002 | Ronaldo | 8 | Rivaldo Miroslav Klose |
5 | Jon Dahl Tomasson Christian Vieri |
4 |
Ġermanja 2006 | Miroslav Klose | 5 | Hernán Crespo | 3 | Ronaldo | 3 |
Afrika t'Isfel 2010 | Thomas Müller | 5 | David Villa | 5 | Wesley Sneijder | 5 |
Premju Yashin
immodifikaIl-Premju Yashin hu għall-aqwa gowlkiper li ġie msemmi ad unur il-gowlkiper leġġendarju Lev Yashin tal-Unjoni Sovjetika. Il-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA jirrikonoxxi l-aqwa gowlkiper tat-turnew ibbażat skont il-prestazzjoni tal-plejer matul il-kompetizzjoni. Minkejja li l-gowlkipers għandhom dan l-unur speċifiku, huma huma xorta waħda eleġibbli għall-Ballun tad-Deheb, kif irnexxielu jagħmel Oliver Kahn fl-2002. Minkejja li l-Premju Yashin beda jingħata għall-ewwel darba mill-1994, kull Tim All-Star tat-Tazza tad-Dinja qabel l-1998 kien jinkludi gowlkiper wieħed.
Edizzjoni | Premju Yashin |
---|---|
Stati Uniti 1994 | Michel Preud'homme |
Franza 1998 | Fabien Barthez |
Korea t'Isfel/Ġappun 2002 | Oliver Kahn |
Ġermanja 2006 | Gianluigi Buffon |
L-ewwel unur għal Premju tal-Ingwanta tad-Deheb ingħata fl-2010.
Edizzjoni | Premju tal-Ingwanta tad-Deheb |
---|---|
Afrika t'Isfel 2010 | ker Casillas |
L-Aqwa Plejer Żagħżugħ
immodifikaL-unur ta' L-Aqwa Plejer Żagħżugħ (magħruf aħjar bħala L-Aqwa Plejer Żagħżugħ Gillette għal raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni) ingħata għall-ewwel darba fl-edizzjoni tal-2006 tat-Tazza tad-Dinja ġewwa l-Ġermanja u ngħata lill-Ġermaniż Lukas Podolski.[4] Dan l-unur jingħata lill-aqwa plejer matul it-turnew li ma jaqbiżx il-21 sena. L-elezzjoni ssir fuq is-sit uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA bl-għajnuna tal-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA.
Barra minn hekk il-FIFA, fl-okkażjoni tal-ewwel premjazzjoni ta' dan l-unur, organizzat sondaġġ permezz tal-internet biex tagħżel l-aqwa plejer żagħżugħ ta' bejn l-edizzjonijiet tal-1958 u l-2002, li ġie mirbuħ minn Pelé.[5]
Edizzjoni | Plejer Żagħżugħ | Età |
---|---|---|
Żvezja 1958 | Pelé | 17 |
Ċili 1962e | Florian Albert | 20 |
Ingilterra 1966 | Franz Beckenbauer | 20 |
Messiku 1970 | Teofilo Cubillas | 21 |
Ġermanja tal-Punent 1974 | Władysław Żmuda | 20 |
Arġentina 1978 | Antonio Cabrini | 20 |
Spanja 1982 | Manuel Amoros | 21 |
Messiku 1986 | Enzo Scifo | 20 |
Italja 1990 | Robert Prosinečki | 21 |
Stati Uniti 1994 | Marc Overmars | 21 |
Franza 1998 | Michael Owen | 18 |
Korea t'Isfel/Ġappun 2002 | Landon Donovan | 20 |
L-ewwel unur għal L-Aqwa Plejer Żagħżugħ ingħata fl-2006.
Edizzjoni | Plejer Żagħżugħ | Età |
---|---|---|
Ġermanja 2006 | Lukas Podolski | 21 |
Afrika t'Isfel 2010 | Thomas Müller | 20 |
Trofew FIFA Fair Play
immodifikaIt-Trofew tal-FIFA Fair Play jingħata lit-tim bl-aqwa rekord ta' logħob rett matul it-Tazza tad-Dinja. Huma biss dawk it-timijiet li jikkwalifikaw għat-tieni rawnd li huma eleġibbli għal dan il-premju. Ir-rebbieħa ta' dan l-unur jiksbu t-Trofew FIFA Fair Play, diploma, midalja għal kull plejer u diriġent, u $50,000 biex bihom jiġu akkwistati tagħmir sportiv għall-iżvilupp tas-settur ġovanili.[6]
L-ewwel premjazzjoni ta' dan l-unur saret fl-edizzjoni tal-1978.[7]
L-Aktar Tim Divertenti
immodifikaL-unur tal-FIFA għal L-Aqwa Tim Divertenti hu premju suġġettiv li jiġi attribwit lill-iskwadra li turi l-approċċ l-aktar attiv u pożittiv għall-partita u li jirnexxielha tiddeverti lill-pubbliku. Dan l-unur jiġi organizzat permezz tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku f'sondaġġ.
Edizzjoni | L-Aktar Tim Divertenti |
---|---|
Stati Uniti 1994 | Brażil |
Franza 1998 | Franza |
Korea t'Isfel/Ġappun2002 | Korea t'Isfel |
Ġermanja 2006 | Portugall |
Tim All-Star
immodifikaIt-Tim All-Star (magħruf aħjar bħala MasterCard All-Star Team) huwa tim tal-aqwa 23 plejer, magħżula mill-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA, matul il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja. In-numru ta' plejers ġie miżjud minn 11 għal 16 fl-edizzjoni tal-1998,[8] u aktar tard għal 23 (il-verżjoni attwali). Qabel l-1998, il-ġurnalisti u l-esperti (prinċiparjament Ewropej u Sud-Amerikani) kienu jagħżlu "It-Tim tal-Ħolm" tagħhom bi plejers minn kull pożizzjoni.
Noti
immodifika- ^ Għall-bidu l-FIFA tat kreditu lil Nejedlý għal erba' gowls biss, fejn minkejja li xorta kien jibqa' bħala l-aqwa skorer tal-edizzjoni dan it-titlu kien jaqsmu ma' Angelo Schiavio tal-Italja u Edmund Conen tal-Ġermanja. Madanakollu, f'Novembru 2006 il-gowl taċ-Ċekoslovak ġew ikkunsidrati bħala ħamsa biex b'hekk sar l-aqwa skorer indiskuss.[2]
- ^ Għall-bidu lil Léônidas tawh kreditu ta' 8 gowls. Imma f'Novembru tal-2006, il-FIFA iddikjarat li fil-kwarti tal-finali kontra ċ-Ċekoslovakkja huwa kien skorja gowl wieħed biss u mhux tnejn kif kien magħruf qabel.[2]
- ^ Hemm kontroversja fuq in-numru ta' gowls li l-Brażiljan Ademir Menezes skorja fl-1950 minħabba dati mhux kompluti fuq il-partita mill-aħħar rawnd bejn il-Brażil u Spanja (6–1). L-ewwel gowl kien kreditat bħala awtogowl mid-difensur Spanjol Parra, u l-gowl tal-5–0 kien kreditat lil Jair. Madanakollu, riċentament il-FIFA tat kreditu lil Ademir biż-żewġ gowls li huma. L-eqreb rivali tiegħu fil-klassifika tal-aqwa skorer kien fuq kwota ħames gowls.[3]
Referenzi
immodifika- ^ "adidas Golden Ball - FIFA World Cup™ Final" (bl-Ingliż). FIFA. Miġbur 2008-11-13.
- ^ a b "American Bert Patenaude credited with first hat trick in FIFA World Cup™ history" (bl-Ingliż). FIFA. 2006-11-10. Miġbur 2008-11-12.
- ^ "World Cup 1950" (bl-Ingliż). RSSSF. Miġbur 2008-11-12.
- ^ "Previous FIFA World Cups" (bl-Ingliż). FIFA. Miġbur 2008-07-17.
- ^ "Pele voted best ever Young Player". newagebd.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-01-16. Miġbur 2009-03-11.
- ^ "XXI. Special awards and protocol" (PDF) (bl-Ingliż). FIFA. p. 52. Miġbur 2008-10-19.
- ^ "FIFA Fair play award - FIFA World Cup™ Final" (bl-Ingliż). FIFA. Miġbur 2008-11-13.
- ^ "Summary of special FIFA awards" (bl-Ingliż). FIFA. 2006-06-30. Miġbur 2008-11-13.
- ^ "World Cup 2010: FIFA All-Star Team Announced" (bl-Ingliż). Goal.com. 2010-07-15. Miġbur 2011-10-20.