Iftaħ il-menu prinċipali

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950 kienet ir-raba' edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li saret il-Brażil bejn l-24 ta' Ġunju u s-16 ta' Lulju 1950. Din kienet l-ewwel Tazza tad-Dinja mill-1938, bl-edizzjonijiet tal-1942 u l-1946 jiġu mħassra minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija. Ir-rebbieħa kienu l-Urugwaj, li kienu rebħu wkoll l-edizzjoni inawgurali fl-1930. Huma rebħu lill-pajjiż ospitanti tal-Brażil fl-aħħar logħba deċiżiva. Din hija l-unika edizzjoni fejn ir-rebbieħ ma ġiex deċiż b'finali, kif ukoll fejn it-trofew ġie msemmi bħala t-Tazza Jules Rimet, ad unur il-25 anniversarju mill-presidenza tal-FIFA ta' Jules Rimet.

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950
IV Campeonato Mundial de Futebol
Selo da Copa de 1950 Cr 1,20.jpg
Bolla kommemorattiva Brażiljana tat-turnew tal-1950
Dettalji tal-kompetizzjoni
Pajjiż ospitanti Flag of Brazil.svg Brażil
Dati 24 ta' Ġunju – 16 ta' Lulju
Parteċipanti 13 (minn 3 konfederazzjonijiet)
Grawnds (f'6 ibliet ospitanti)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ Gold medal blank.svg Flag of Uruguay.svg Urugwaj
It-Tieni post Silver medal blank.svg Flag of Brazil (1889–1960).svg Brażil
It-Tielet post Bronze medal blank.svg Flag of Sweden.svg Żvezja
Ir-Raba' post Flag of Spain (1945–1977).svg Spanja
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 22
Gowls skorjati 88 (4 kull logħba)
Attendenza 1,045,246 (47,511 kull logħba)
L-aqwa skorer(s) Brażil Ademir (8 gowls)
1938
1954

Pajjiż ospitantiImmodifika

Wara l-gwerra, il-FIFA kienet imħeġġa biex terġa' tqajjem il-kompetizzjoni mill-iktar fis. Ir-riżultat tal-gwerra ħalla lill-Ewropa f'rovina, u riżultat t'hekk il-FIFA sabitha diffiċli ssib pajjiż interessata li tospita dan l-avveniment. Dan minħabba li ħafna mill-gvernijiet iddeċidew li jiddedikaw ir-riżorsi skarsi tagħhom għal ħtiġijiet aktar essenzjali minn dik ta' ċelebrazzjoni sportiva. Bit-Tazza tad-Dinja tkun f'risku li ma ssirx minħabba n-nuqqas ta' interess mill-komunità internazzjonali, il-Brażil ippreżenta l-kandidatura tiegħu matul il-Kungress tal-FIFA tal-1946 u offra li jorganizza t-turnew bil-patt u l-kundizzjoni li dan isir fl-1950 (il-pjan oriġinali kien li jsir fl-1949).[1] Il-Brażil u l-Ġermanja kienu minn ta' quddiem fil-kandidatura tagħhom għat-Tazza tad-Dinja tal-1942. Minħabba li l-edizzjonijiet tal-1934 u l-1938 saru fl-Ewropa, storiċi tal-futbol ġeneralment jaqblu li l-avveniment tal-1942 kellu jingħata lil pajjiż Sud-Amerikan.

KwalifikazzjoniImmodifika

 
Pajjiżi kwalifikati għat-Tazza tad-Dinja 1950

Wara li assiguraw l-organizzatur, il-FIFA kellha xorta waħda sabitha diffiċli biex tikkonvinċi lil timijiet nazzjonali biex jikkompetu. L-Italja kienet fuq quddiem tal-lista bħala rebbieħ tal-aħħar żewġ edizzjonijiet. Madanakollu, it-tim nazzjonali Taljan kien iddgħajjef wara t-traġeda tal-ajru ta' Superga li temmet il-ħajja tal-biċċa l-kbira tal-ewwel tim sena qabel il-bidu tat-turnew. Eventwalment, it-Taljani ġew persważi, imma għamlu l-vjaġġ bil-vapur minflok bl-ajruplan.[2]

Il-Brażil bħala l-pajjiż organizzatur u l-Italja bħala ċ-ċampjin attwali ngħataw post awtomatiku. Dan ħalla erbatax-il post li ġew maqsuma f'sebgħa lill-Ewropa, sitta lill-Amerika u wieħed lill-Asja.

Kemm il-Ġermanja u l-Ġappun ma tħallewx jipparteċipaw fil-kwalifikazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-Italja, l-Awstrija u diversi pajjiżi oħra li kienu involuti fit-Tieni Gwerra Dinjija bħala alleati tal-Ġermanja u l-Ġappun ma kienux suġġetti għal sanzjonijiet internazzjonali. Il-Finlandja tħalliet tikkwalifika minkejja li kienet parti mill-forzi tal-Assi bejn l-1941 u l-1944; huma rtiraw qabel il-kwalifikazzjoni tlesta u l-FIFA ddikjarat il-logħbiet tagħhom bħala logħbiet ta' ħbiberija.[3]

Il-pajjiżi Brittaniċi ġew mistiedna li jieħdu sehem, wara li ssieħbu mill-ġdid mal-FIFA erba' snin qabel wara eżilju ta' sbatax-il sena. Bħala grupp ta' kwalifikazzjoni ntgħażel li jintuża l-British Home Championship li ntlagħab fl-1949–50, bl-aqwa żewġ timijiet jikkwalifikaw. L-Ingilterra spiċċat l-ewwel u l-Iskozja fit-tieni.

Numru ta' timijiet irrifjutaw li jipparteċipaw fit-turnew ta' kwalifikazzjoni, fosthom ħafna pajjiżi wara l-Purtiera tal-Ħadid, fosthom l-Unjoni Sovjetika, iċ-Ċekoslovakkja (finalisti tal-1934) u l-Ungerija (finalisti tal-1938).[2] Fl-Amerika t'Isfel, l-Arġentina, l-Ekwador u l-Perù rtiraw mill-fażi ta' kwalifikazzjoni, li fisser li ċ-Ċili, il-Bolivja, il-Paragwaj u l-Urugwaj ikkwalifikaw awtomatikament.

RiżultatiImmodifika

Fażi tal-gruppiImmodifika

Grupp 1Immodifika

Tim L
R
D
T
GF
GK
DG
Pti
  Brażil 3 2 1 0 8 2 +6 5
  Jugożlavja 3 2 0 1 7 3 +4 4
  Żvizzera 3 1 1 1 4 6 −2 3
  Messiku 3 0 0 3 2 10 −8 0
24 ta' Ġunju 1950
15:00 (UTC−03)
Brażil   4–0   Messiku Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro
Attendenza: 81,649
Referi:   George Reader
Ademir   30'79'
Jair   65'
Baltazar   71'
Rapport
25 ta' Ġunju 1950
18:00 (UTC−03)
Jugożlavja   3–0   Żvizzera Estádio Independência, Belo Horizonte
Attendenza: 7,336
Referi:   Giovanni Galeati
Mitić   59'
Tomašević   70'
Ognjanov   75'
Rapport
28 ta' Ġunju 1950
15:00 (UTC−03)
Brażil   2–2   Żvizzera Estádio do Pacaembu, São Paulo
Attendenza: 42,032
Referi:   Ramón Azon Roma
Alfredo   3'
Baltazar   32'
Rapport Fatton   17'88'
28 ta' Ġunju 1950
18:15 (UTC−03)
Jugożlavja   4–1   Messiku Estádio dos Eucaliptos, Porto Alegre
Attendenza: 11,078
Referi:   Reginald Leafe
Bobek   19'
Ž. Čajkovski   22'62'
Tomašević   81'
Rapport Ortiz   89' (pen.)
1 ta' Lulju 1950
15:00 (UTC−03)
Brażil   2–0   Jugożlavja Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro
Attendenza: 142,429
Referi:   Benjamin Griffiths
Ademir   4'
Zizinho   69'
Rapport
2 ta' Lulju 1950
15:40 (UTC−03)
Żvizzera   2–1   Messiku Estádio dos Eucaliptos, Porto Alegre
Attendenza: 3,580
Referi:   Ivan Eklind
Bader   10'
Antenen   44'
Rapport Casarín   89'

Grupp 2Immodifika

Tim L
R
D
T
GF
GK
DG
Pti
  Spanja 3 3 0 0 6 1 +5 6
  Ingilterra 3 1 0 2 2 2 0 2
  Ċili 3 1 0 2 5 6 −1 2
  Stati Uniti 3 1 0 2 4 8 −4 2
25 ta' Ġunju 1950
15:00 (UTC−03)
Ingilterra   2–0   Ċili Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro
Attendenza: 29,703
Referi:   Karel van der Meer
Mortensen   39'
Mannion   51'
Rapport
25 ta' Ġunju 1950
15:00 (UTC−03)
Spanja   3–1   Stati Uniti Estádio Durival de Britto, Curitiba
Attendenza: 9,511
Referi:   Mário Vianna
Igoa   81'
Basora   83'
Zarra   89'
Rapport Pariani   17'
29 ta' Ġunju 1950
15:00 (UTC−03)
Spanja   2–0   Ċili Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro
Attendenza: 19,790
Referi:   Alberto Malcher
Basora   17'
Zarra   30'
Rapport
29 ta' Ġunju 1950
15:00 (UTC−03)
Stati Uniti   1–0   Ingilterra Estádio Independência, Belo Horizonte
Attendenza: 10,151
Referi:   Generoso Dattilo
Gaetjens   38' Rapport
2 ta' Lulju 1950
15:00 (UTC−03)
Spanja   1–0   Ingilterra Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro
Attendenza: 74,462
Referi:   Giovanni Galeati
Zarra   48' Rapport
2 ta' Lulju 1950
15:00 (UTC−03)
Ċili   5–2   Stati Uniti Estádio Ilha do Retiro, Recife
Attendenza: 8,501
Referi:   Mário Gardelli
Robledo   16'
Cremaschi   32'60'
Prieto   54'
Riera   82'
Rapport Wallace   47'
Maca   48' (pen.)

Grupp 3Immodifika

Tim L
R
D
T
GF
GK
DG
Pti
  Żvezja 2 1 1 0 5 4 +1 3
  Italja 2 1 0 1 4 3 +1 2
  Paragwaj 2 0 1 1 2 4 −2 1
  Indja[4] 0 0 0 0 0 0 0 0
25 ta' Ġunju 1950
15:00 (UTC−03)
Żvezja   3–2   Italja Estádio do Pacaembu, São Paulo
Attendenza: 36,502
Referi:   Jean Lutz
Jeppson   25'68'
Andersson   33'
Rapport Carapellese   7'
Muccinelli   75'
29 ta' Ġunju 1950
15:30 (UTC−03)
Żvezja   2–2   Paragwaj Estádio Durival Britto, Curitiba
Attendenza: 7,903
Referi:   George Mitchell
Sundqvist   17'
Palmér   26'
Rapport López   35'
López Fretes   74'
2 ta' Lulju 1950
15:00 (UTC−03)
Italja   2–0   Paragwaj Estádio do Pacaembu, São Paulo
Attendenza: 25,811
Referi:   Arthur Ellis
Carapellese   12'
Pandolfini   62'
Rapport

Grupp 4Immodifika

Tim L
R
D
T
GF
GK
DG
Pti
  Urugwaj 1 1 0 0 8 0 +8 2
  Bolivja 1 0 0 1 0 8 −8 0
  Franza[4] 0 0 0 0 0 0 0 0
2 ta' Lulju 1950
18:00 (UTC−03)
Urugwaj   8–0   Bolivja Estádio Independência, Belo Horizonte
Attendenza: 5,284
Referi:   George Reader
Míguez   14'40'51'
Vidal   18'
Schiaffino   23'54'
Pérez   83'
Ghiggia   87'
Rapport

Fażi finaliImmodifika

Tim L
R
D
T
GF
GK
DG
Pti
  Urugwaj 3 2 1 0 7 5 +2 5
  Brażil 3 2 0 1 14 4 +10 4
  Żvezja 3 1 0 2 6 11 −5 2
  Spanja 3 0 1 2 4 11 −7 1
9 ta' Lulju 1950
15:00 (UTC−03)
Urugwaj   2–2   Spanja Estádio do Pacaembu, São Paulo
Attendenza: 44,802
Referi:   Benjamin Griffiths
Ghiggia   29'
Varela   73'
Rapport Basora   37'39'
9 ta' Lulju 1950
15:00 (UTC−03)
Brażil   7–1   Żvezja Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro
Attendenza: 138,886
Referi:   Arthur Ellis
Ademir   17'36'52'58'
Chico   39'88'
Maneca   85'
Rapport Andersson   67' (pen.)
13 ta' Lulju 1950
15:00 (UTC−03)
Brażil   6–1   Spanja Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro
Attendenza: 152,772
Referi:   Reginald Leafe
Parra   15' (awt.)
Jair   21'
Chico   31'55'
Ademir   57'
Zizinho   67'
Rapport Igoa   71'
13 ta' Lulju 1950
15:00 (UTC−03)
Urugwaj   3–2   Żvezja Estádio do Pacaembu, São Paulo
Attendenza: 7,987
Referi:   Giovanni Galeati
Ghiggia   39'
Míguez   77'85'
Rapport Palmér   5'
Sundqvist   40'
16 ta' Lulju 1950
15:00 (UTC−03)
Żvezja   3–1   Spanja Estádio do Pacaembu, São Paulo
Attendenza: 11,227
Referi:   Karel van der Meer
Sundqvist   15'
Mellberg   33'
Palmér   80'
Rapport Telmo Zarra   82'
16 ta' Lulju 1950
15:00 (UTC−03)
Urugwaj   2–1   Brażil Estádio do Maracanã, Rio de Janeiro
Attendenza: 199,854
Referi:   George Reader
Schiaffino   66'
Ghiggia   79'
Rapport Friaça   47'

BiblijografijaImmodifika

ReferenziImmodifika

  1. ^ Jan Alsos. (Ingliż) Planet World Cup - 1950 - Overview. planetworldcup.com
  2. ^ a b Lisi (2007), pġ. 47
  3. ^ (Ingliż) World Cup 1950 Qualifying. RSSSF
  4. ^ a b Irtiraw wara t-tlugħ tal-poloz u l-assenjazzjoni tal-logħob

Ħoloq esterniImmodifika