Iftaħ il-menu prinċipali

Tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Brażil (bil-Portugiż: Seleção Brasileira) jirrapreżenta lill-Brażil fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Confederação Brasileira de Futebol. Ilhom membri tal-FIFA mill-1923 u membri tal-CONMEBOL mill-1916.

Brażil
Laqam Seleção (Is-Selezzjoni)
Pentacampeões (Ħames darbiet ċampjins)
Assoċjazzjoni Confederação Brasileira de Futebol
Konfederazzjoni CONMEBOL (Amerika t'Isfel)
Kowċ Brażil Luiz Felipe Scolari
Asst. kowċ Brażil Flávio Murtosa
Kaptan Thiago Silva
L-aktar preżenzi Cafu (142)
L-aktar gowls Pelé (77)
Kodiċi tal-FIFA BRA
Klassifika tal-FIFA 3
Kuluri interni
Kuluri esterni
It-tielet kuluri
Debutt internazzjonali
Flag of Argentina.svg Arġentina 3 – 0 Brażil Brażil
(Buenos Aires, Arġentina; 20 ta' Settembru, 1914)
L-ikbar rebħa
Brażil Brażil 14 – 0 Nikaragwa Flag of Nicaragua.svg
(Mexico City, Messiku; 17 ta' Ottubru, 1975)
L-ikbar telfa
Flag of Uruguay.svg Urugwaj 6 – 0 Brażil Brażil
(Viña del Mar, Ċili; 18 ta' Settembru, 1920)
Flag of Germany.svg Ġermanja 7 – 1 Brażil Brażil
(Belo Horizonte, Brażil; 8 ta' Lulju, 2014)

Il-Brażil huwa l-aktar pajjiħ titolat fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, b'ħames titli: 1958, 1962, 1970, 1994 u 2002. Fost tit-titli mirbuħa hemm ukoll tmien suċċessi fil-Copa America u erba' fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Dan il-pajjiż huwa l-uniku tim nazzjonali li lagħab f'kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja mingħajr qatt ma tilef waħda.[1]

Ħafna kummentaturi distinti jikkunsidraw lit-tim Brażiljan tal-1970 bħala l-aqwa tim fl-istorja, għalkemm ħafna jargumentaw l-istess ħaġa għal timijiet oħra, fosthom it-tim Brażiljan tal-1958 u tal-1962.[2][3][4]

Attwalment, fil-klassifika dinjija tal-FIFA, huma jinsabu fit-3 post. Il-Brażil huwa l-uniku tim li rebaħ it-Tazza tad-Dinja f'erba' kontinenti differenti: darba fl-Ewropa (Żvezja 1958), darba fl-Amerika t'Isfel (Ċili 1962), darbtejn fl-Amerika ta' Fuq (Messiku 1970 u Stati Uniti 1994) u darba fl-Asja (Korea/Ġappun 2002). Flimkien ma' Spanja jaqsum ir-rekord ta' 35 logħba konsekuttiva mingħajr telfa.[5]

Werrej

StorjaImmodifika

Storja tal-bidu (1914–1957)Immodifika

 
L-ewwel logħba tal-Brażil kontra Exeter City fl-1914

Huwa maħsub li l-ewwel logħba tat-tim nazzjonali Brażiljan kienet fl-1914 bejn tim magħżul ta' Rio de Janeiro u São Paulo u l-klabb Ingliż ta' Exeter City, li ntlagħbet fil-grawnd ta' Fluminense.[6][7] Il-Brażil rebħu 2–0 b'gowls ta' Oswaldo Gomes u Osman,[6][7] għalkemm oħrajn jgħidu li l-logħba spiċċat dro ta' 3–3.[8][9] B'kuntrast mas-suċċessi li kellhom jaslu wara, il-bidu tat-tim nazzjonali ma kienx wieħed fjurit, kawża ta' kunflitti interni mal-assoċjazzjonijiet tal-futbol Brażiljani dwar il-professjonaliżmu, li ostakola lill-Federazzjoni Brażiljana sabiex tilgħab tim b'saħħtu.

Għat-Tazza tad-Dinja 1954 fl-Iżvizzera, it-tim Brażiljan kien kompletament rinnovat, sabiex jinsa t-telfa tal-Maracanã, għalkemm xorta waħda kellu grupp ta' plejers tajbin, fosthom Nílton Santos, Djalma Santos, u Didi. Madanakollu, il-Brażil ftit li xejn avvanzaw. Il-favoriti tal-kwarti tal-finali l-Ungerija għelbu lill-Brażil 4–2 f'waħda mill-aktar logħbiet goffi u vjolenta fl-istorja tal-futbol, li baqħet magħrufa bħala l-Battalja ta' Berna.[10]

L-Era tad-Deheb ma' Pelé (1958–1970)Immodifika

Il-kowċ tal-Brażil Vicente Feola, impona regoli stretti lill-iskwadra għat-Tazza tad-Dinja 1958 li kellha ssir fl-Iżvezja. Il-plejers ingħataw lista ta' erbgħin ħaġa li ma kienux permessi jagħmlu, fosthom li jilbsu kpiepel jew umbrellel, ipejpu waqt li jilbsu l-uniformi uffiċjali u jitkellmu mal-istampa barra l-ħinijiet allokati. Huma kienu l-uniku tim li ġabu psikologu fil-kamp tagħhom (minħabba li memorji tal-1950 kienu għadhom jaffettwaw lil xi wħud) jew dentista (minħabba li, kawża tal-oriġini foqra tagħhom, ħafna plejers kellhom problemi fis-snin li kienu qegħdin jikkawżaw infezzjonijiet u kellhom impatt negattiv fuq il-prestazzjoni), u bagħtu scout fl-Ewropa sabiex jara l-logħob ta' kwalifikazzjoni sena qabel ma beda l-kampjonat.

 
Il-gowl famuż ta' Pelé kontra l-Iżvezja fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1958

Il-Brażil telgħu fi grupp tqil flimkien mal-Ingilterra, l-Unjoni Sovjetika u l-Awstrija. Fl-ewwel logħba għelbu lil-Awstrija 3–0 u wara ġew dro ta' 0–0 mal-Ingilterra. Il-Brażiljani kienu ilhom jinkwetaw fuq il-prospettiva li jilgħabu mal-Unjoni Sovjetika, li kienu mħarrġa tajjeb ħafna u kienu fost il-favoriti għar-rebħ; l-istrateġija kienet li jieħdu r-riskji fil-bidu tal-logħba sabiex jiskorjaw gowl kmieni. Qabel il-logħba, il-bnadar tat-tim, Bellini, Nílton Santos, and Didi tkellmu ma' Vicente Feola u pperswaduh sabiex jagħmel tliet sostituzzjonijiet li kienu kruċjali sabiex il-Brażil jirbħu lis-Sovjetiċi u jirbħu t-Tazza: Zito, Garrincha u ż-żagħżugħ Pelé kellhom jibdew mill-bidu. Mat-tisfira tal-ftuħ, huma qassmu l-ballun lil Garrincha li għeleb lil tliet plejers qabel max-xutt tiegħu ħabat mal-lasta. Huma żammew il-pressjoni u wara tliet minuti, li aktar tard ġew deskritti bħala "l-akbar tliet minuti fl-istorja tal-futbol",[11] Vavá tefa' lill-Brażil fil-vantaġġ. Huma rebħu l-logħba 2–0. Pelé skorja l-uniku gowl tal-kwarti tal-finali kontra Wales, u għelbu 5–2 lil Franza fis-semifinali. Fil-finali kontra l-ospiti tal-Iżvezja huma rebħulhom 5–2, biex kisbu l-ewwel Tazza tad-Dinja u saru l-ewwel pajjiż li rebaħ dan it-titlu barra mill-kontinent tiegħu.

Fit-Tazza tad-Dinja 1962, il-Brażil rebħu t-tieni titlu tagħhom b'Garrincha jkun l-istilla, hekk kif ġarr ir-responsabbiltà tat-tim fuq spallejh wara li Pelé weġġa' fit-tieni logħba tal-grupp kontra ċ-Ċekoslovakkja u kien indisponibbli għall-kampjonat kollu.[12][13]

Il-preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1966 kienet imxekkla minħabba influwenzi politiċi. Il-klabbs il-kbar Brażiljani xtaqu l-plejers tagħhom jiġu inklużi fit-tim Brażiljan, sabiex jiġu esponuti iktar. Fl-aħħar xhur ta' qabel it-Tazza tad-Dinja, il-kowċ Vicente Feola kien qiegħed jaħdem b'46 plejer, li 22 minnhom biss setgħu jmorru l-Ingilterra; dan wassal għal ħafna tilwim intern u pressjoni psikoloġika fuq il-plejers u l-istaff tekniku. Ir-riżultat kien li fil-fażi finali l-Brażil għamel l-agħar prestazzjoni tiegħu fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja. L-edizzjoni tal-1966 tibqa' mfakkra għal-logħob fiżiku, u Pelé kien wieħed minn dawk li sofra minn dan it-tip ta' logħob. Wara li sar l-ewwel plejer li skorja fi tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja minn free-kick dirett kontra l-Bulgarija, u kellu jistrieħ minħabba għejja għal-logħba li jmiss kontra l-Ungerija, li l-Brażil tilfu. Wara affaċċja lill-Portugall, u l-ħafna daħliet vjolenti mid-difensuri Portugiżi ħallew l-effett tagħhom hekk kif Pelé kellu jħalli l-logħba u l-kampjonat innifsu. Suċċessivament, il-Brażil tilfu l-logħba u ġew eliminati fl-ewwel rawnd tat-Tazza tad-Dinja għall-ewwel darba mill-1934. Fi tmiem il-kampjonat, Pelé esprima x-xewqa li ma jilgħabx iktar fit-Tazza tad-Dinja.

It-Tazza tad-Dinja 1970 fil-Messiku kienet it-tielet rebħa tat-titlu. Il-Brażil skjeraw dik li hi kkunsidrata bħala l-aqwa skwadra li qatt eżistiet, iggwidati minn Pelé fl-aħħar finali tat-Tazza tad-Dinja, il-kaptan Carlos Alberto Torres, Jairzinho, Tostão, Gérson u Rivelino. Jairzinho kien it-tieni l-aqwa skorer b'seba' gowls filwaqt li Pelé skorja erbgħa. Mar-rebħ tat-Trofew Jules Rimet għat-tielet darba, il-Brażil setgħu jżommu t-trofew għal dejjem.

Il-perjodu niexef (1970–1994)Immodifika

 
It-tim Brażiljan rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 1970

Wara l-irtirar mix-xena internazzjonali ta' Pelé u stilel oħra mit-tim tal-1970, il-Brażil waslu sas-semifinali kontra l-Olanda tat-Tazza tad-Dinja 1974. Il-ġenerazzjoni l-ġdida ma setgħetx tiddefendi t-titlu u spiċċat fir-raba' post wara li naqset li tirbaħ lill-Polonja fil-finali għat-tielet u r-raba' post.

L-edizzjoni tal-1978 kienet waħda kontroversjali. Fit-tieni fażi tal-gruppi, il-Brażil kienet qed tiġġieled mal-Arġentina għall-ewwel post fil-grupp li seta' taha l-aċċess għall-finali. Fl-aħħar logħba ta' din il-fażi, il-Brażil għelbu lill-Polonja 3–1 u telgħu fil-quċċata tal-grupp b'differenza ta' gowls ta' +5. L-Arġentina, li kellha differenza ta' gowls ta' +2, irnexxielhom fl-aħħar logħba jegħlbu lill-Perù 6–0 biex ikkwalifikaw għall-finali. Il-Brażil kellhom jikkuntentaw bit-tielet post, meta rebħu lill-Italja 2–1.

Fit-Tazza tad-Dinja 1982, il-Brażil ħarġu mill-grupp mingħajr ebda oppożizzjoni però telfa ta' 3–2 kontra l-Italja, f'waħda mil-logħbiet klassiċi fl-istorja tat-Tazza, fissret eliminazzjoni. Din il-logħba tibqa' mfakkra bħala d-"Diżastru ta' Sarriá", bil-kowċ Telê jieħu l-biċċa l-kbira tat-tort mill-istampa Brażiljana minħabba li uża sistema offensiva meta dro ta' 2–2 kien ikun biżżejjed. Paolo Rossi seraq ix-xena bit-tliet gowls għat-Taljani.

Telê Santana u ħafna plejers irritornaw għat-Tazza tad-Dinja tal-1986 li saret il-Messiku. Il-plejers tal-1986 kienu ixjeh però kienu kapaċi biżżejjed biex jagħmlu prestazzjonijiet eklatanti. Madanakollu, qabel it-Tazza tad-Dinja kien hemm il-biża' li Zico kien weġġa'. Il-mistoqsijiet kontinwi fuq jekk kienx se jkun involut jew le ħallew impatt negattiv fuq it-tim. Il-Brażil iltaqgħu ma' Franza fil-kwarti tal-finali u l-logħba hija meqjusa bħala eżempju klassiku tal-"futbol totali". Iż-żewġ timijiet it-tnejn urew il-qawwa tagħhom, imma meta finalment daħal Zico fit-tieni taqsima (bir-riżultat għadu indaqs), u l-Brażil ingħataw penalty tard fil-logħba, kien jidher li l-Brażil resqin lejn rebħa. Iżda Zico, l-eroj ta' ġenerazzjoni sħiħ ta' benjamini Brażiljani, falla l-penalty. Wara l-ħin barrani, wasal għall-għoti tal-penalties. Din id-darba Zico skorja l-penalty tiegħu għalkemm Júlio César da Silva u Sócrates naqsu li jagħmlu dan, u minkejja li l-kaptan Franċiż Michel Platini ra x-xutt tiegħu jmur fuq il-minduda, il-Brażil xorta waħda ġew eliminati 4–3.

Għat-Tazza tad-Dinja 1990, il-Brażil kienu kkowċjati minn Sebastião Lazaroni, li ftit li xejn kien magħruf qabel it-Tazza. B'mentalità difensiva, li s-simbolu tagħha kien il-midfilder Dunga, it-tim kien nieqes mill-kreattività għalkemm wasal għat-tieni rawnd. Kontra tim tal-Arġentina iktar dgħajjef, il-Brażiljani ppressaw bil-kbir u kellhom diversi ċansijiet ta' gowl, imma kien gowl ta' Claudio Caniggia minn suġġeriment ta' Maradona li elimina lill-Brażil.

Ritorn għar-rebħ (1994–2002)Immodifika

Tazza tad-Dinja 1994Immodifika

Il-Brażil kellhom jistennew 24 sena sabiex jirbħu titlu ieħor tat-Tazza tad-Dinja jew jipparteċipaw f'finali. Dan ma kienx mingħajr l-intoppi fil-fażi ta' kwalifikazzjoni. Wara dro mingħajr gowls kontra l-Ekwador, fil-25 ta' Lulju 1993 is-Seleção tilfet l-ewwel partita ta' kwalifikazzjoni fl-istorja kontra l-Bolivja. Minkejja l-pressjoni tal-ġurnalisti u l-partitarji, il-kowċ Parreira baqa' jħalli lil Romário barra mit-tim nazzjonali għal seba' partiti, sakemm ġie mgħajjat għall-aħħar logħba deċiżiva. Kien proprju Romário li skorja darbtejn kontra l-Urugwaj sabiex rebbaħ il-logħba lill-Brażil u kkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-1994 fl-Istati Uniti bħala l-ewwel fil-grupp tal-CONMEBOL magħmul minn ħames timijiet.

Tazza tad-Dinja 1998Immodifika

Il-Brażil spiċċaw it-tieni fit-Tazza tad-Dinja 1998. Mingħajr l-imweġġa' Romário, huma rebħu l-grupp li kien jikkonsisti min-Norveġja, il-Marokk u l-Iskozja b'żewġ rebħiet u telfa kontra l-Iskandinavi. Huma waslu sal-finali wara li għelbu liċ-Ċili fir-rawnd tal-aħħar sittax, id-Danimarka fil-kwarti tal-finali u l-Olanda fis-semifinali wara l-għoti tal-penalties. Madanakollu, fil-finali t-tim tilef bl-iskor kbir ta' 3–0 kontra Franza, l-ospiti tal-kompetizzjoni. Il-prestazzjoni difensiva fl-azzjonijiet wieqfa kienet diżappuntanti hekk kif Zinédine Zidane skorja darbtejn b'daqqa ta' ras. L-ikbar kritika kienet fuq l-użu tal-istilla Ronaldo minkejja li kien sofra minn attakk epilettiku ftit siegħat qabel il-logħba. L-isem ta' Ronaldo tniżżel fuq il-lista uffiċjali tal-FIFA fl-aħħar istanti, wara konsultazzjoni medika ħafifa.[14] Il-kliem tal-kowċ Zagallo baqgħu famużi, fejn qabel il-finali qal: "Vocês vão ter que me engolir" ("Tridu tibilgħuni issa"), bħala risposta għall-kritika qawwija li rċieva qabel u matul it-Tazza tad-Dinja.[15]

Tazza tad-Dinja 2002Immodifika

Iggalvanizzati mit-"Tliet R" (Ronaldo, Rivaldo u Ronaldinho), il-Brażil rebħu l-ħames titlu fit-Tazza tad-Dinja 2002 li saret fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun. Dan ġara minkejja fażi ta' kwalifikazzjoni difettuża li rat lit-tim jaqa' għall-agħar pożizzjoni fil-klassifika tal-FIFA, u assiguraw biss minn post fil-fażi finali minħabba li l-Paragwaj u l-Urugwaj naqsu li jirbħu l-aħħar logħbiet tagħhom.

It-tlugħ tal-poloz ra lill-Brażil jitpoġġa fi grupp vantaġġjuż flimkien mat-Turkija, iċ-Ċina u l-Kosta Rika. Il-Brażil rebħu lit-tliet timijiet fejn skorjaw ħdax-il gowl u sofrew tlieta biss, biex kisbu l-ewwel post fil-grupp. Fir-rawnd suċċessiv għelbu lill-Belġju 2–0 u fil-kwarti tal-finali eliminaw lill-Ingilterra grazzi għal gowl tal-istilla żagħżugħa Ronaldinho. Fis-semifinali reġgħu ltaqgħu mat-Turkija u għal darb'oħra kien konfront diffiċli. Is-Sud-Amerikani qatgħu biljett għall-finali b'rebħa minima ta' 1–0 b'gowl ta' Ronaldo. Rivaldo, li kien skorja ħames gowls fil-logħbiet preċedenti, baqa' b'xejn, biex b'hekk ma rnexxielux jegwalja r-rekord ta' Jairzinho, li kien skorja f'kull logħba tat-Tazza tad-Dinja 1970. Fit-tielet finali konsekuttiva, il-Brażil sabet lill-Ġermanja għall-ewwel darba fl-istorja u rebħet 2–0 b'doppjetta ta' Ronaldo. Il-kaptan Cafu lagħab it-tielet finali konsekuttiva tal-kampjonat, biex waqqaf rekord ġdid.

Ir-ritorn ta' Pareira (2002–06)Immodifika

Fid-29 ta' Ġunju 2005, il-Brażil rebħu t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet għat-tieni darba b'rebħa kbira ta' 4–1 kontra r-rivali tal-Arġentina fi Frankfurt, il-Ġermanja. Sena qabel waslet rebħa oħra wara l-għoti tal-penalties fil-Copa América kontra l-istess Arġentina.

Tazza tad-Dinja 2006Immodifika

 
Brażil kontra l-Ġappun fit-Tazza tad-Dinja 2006 fis-Signal Iduna Park f'Dortmund, il-Ġermanja

Il-kowċ Carlos Alberto Parreira bena t-tim taħt il-formazzjoni ta' 4-2-2-2, mibnija madwar l-erba' stilel offensivi: Ronaldo, Adriano, Kaká u Ronaldinho.

Minkejja li rebħu l-ewwel żewġ logħbiet kontra l-Kroazja (1–0) u l-Awstralja (2–0), it-tim ftit li xejn irnexxielu jwassal il-futbol kreattiv imwiegħed, hekk kif il-Brażil kien qegħdin isibuha diffiċli biex joħolqu opportunitajiet, u kienu biss Kaká u Adriano li sabu l-gowl fil-kmompetizzjoni. Għall-aħħar logħba tal-grupp kontra l-Ġappun, Parreira għamel numru ta' bidliet, fejn neħħa numru ta' plejers veterani għal oħrajn żgħażagħ, fosthom Robinho u Cicinho. Il-bidliet ħallew l-effett hekk kif il-Brażil rebħu bi skor konvinċenti ta' 4–1, b'Ronaldo jiskopri l-vena tal-gowls b'żewġ gowls li ugwaljaw ir-rekord għall-aktar gowls skorjati fit-Tazza tad-Dinja.

Fir-rawnd tal-aħħar 16, il-Brażil rebħu lill-Gana 3–0, b'Ronaldo u Adriano jsibu x-xibka. Il-gowl ta' Ronaldo kien il-15-il wieħed fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, rekord ġdid. Għal-logħba ta' wara, minkejja li Parreira reġa' qabel għal formazzjoni iktar bilanċjata b'Ronaldo bħala l-uniku attakkant, sostnut minn Kaká u Ronaldinho, il-Brażil ġew eliminati fil-kwarti tal-finali kontra Franza, b'gowl ta' Thierry Henry fit-tieni taqsima.

KuluriImmodifika

L-ewwel kuluri tal-Brażil kienu abjad b'kullar blu, imma wara t-telfa fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950 fil-Maracanã, il-kuluri kienu meqjusa ftit li xejn patrijottiċi. B'permess mill-Konfederazzjoni Sportiva Brażiljana, il-gazzetta Correio da Manhã għamlet kompetizzjoni għad-disinn tal-uniformi li tinkludi l-erba' kuluri tal-bandiera Brażiljana. Id-disinn rebbieħ kien flokk isfar b'burdura ħadra u xorts blu b'burdura bajda ddisinjat minn Aldyr Garcia Schlee, tfajjel ta' dsatax-il sena minn Pelotas. Il-kuluri l-ġodda ntużaw għall-ewwel darba f'Marzu tal-1954 f'logħba kontra ċ-Ċili, u għadhom jiġu wżati sal-lum.

L-użu tal-blu bħala l-kulur tal-logħob barra minn darhom tmur lura għas-snin tletin, imma saret xi ħaġa permanenti b'mod każwali fil-finali tat-Tazza tad-Dinja 1958. Il-finalisti l-oħra tal-Iżvezja wkoll jilbsu l-isfar u wara t-tlugħ tax-xorti ntgħażlu huma ngħataw id-dritt li jilbsu l-isfar. Il-Brażil, li magħhom ma ġabu l-ebda flokkijiet żejda, xtraw sett ta' flokkijiet bluni u ħietu fuqhom l-emblemi maqtugħa mill-flokkijiet is-sofor.

 
 
 
 
 
 
1914
 
 
 
 
 
 
 
1916
 
 
 
 
1917
 
 
 
 
 
 
 
1918
 
 
 
 
 
 
 
1919
 
 
 
 
1919–1945
 
 
 
 
 
1945–1950
 
 
 
 
1950–1953
 
 
 
 
mill-1954

PlejersImmodifika

Skwadra attwaliImmodifika

It-23 plejer li jmiss intgħażlu għat-Tazza tad-Dinja 2014. In-numru ta' preżenzi u gowls hu sat-12 ta' Ġunju, 2014, wara l-logħba kontra l-Kroazja.

0#0 Poż. Plejer Data tat-twelid (età) Preżenzi Gowls Klabb
1 1GW Jefferson 2 ta' Jannar 1983 (1983-01-02) (36 sena) 9 0   Botafogo
12 1GW Júlio César 3 ta' Settembru 1979 (1979-09-03) (40 sena) 81 0   Toronto
22 1GW Victor 21 ta' Jannar 1983 (1983-01-21) (36 sena) 6 0   Atlético Mineiro

2 2DF Dani Alves 6 ta' Mejju 1983 (1983-05-06) (36 sena) 76 6   Barcelona
3 2DF Thiago Silva (Kaptan) 22 ta' Settembru 1984 (1984-09-22) (34 sena) 47 2   Paris Saint-Germain
4 2DF David Luiz 22 ta' April 1987 (1987-04-22) (32 sena) 37 0   Paris Saint-Germain
6 2DF Marcelo 12 ta' Mejju 1988 (1988-05-12) (31 sena) 32 4   Real Madrid
13 2DF Dante 18 ta' Ottubru 1983 (1983-10-18) (35 sena) 12 2   Bayern Munich
14 2DF Maxwell 27 ta' Awwissu 1981 (1981-08-27) (38 sena) 9 0   Paris Saint-Germain
15 2DF Henrique 14 ta' Ottubru 1986 (1986-10-14) (32 sena) 5 0   Napoli
23 2DF Maicon 26 ta' Lulju 1981 (1981-07-26) (38 sena) 72 7   Roma

5 3MF Fernandinho 4 ta' Mejju 1985 (1985-05-04) (34 sena) 7 1   Manchester City
8 3MF Paulinho 25 ta' Lulju 1988 (1988-07-25) (31 sena) 27 5   Tottenham Hotspur
11 3MF Oscar 9 ta' Settembru 1991 (1991-09-09) (28 sena) 32 10   Chelsea
16 3MF Ramires 24 ta' Marzu 1987 (1987-03-24) (32 sena) 43 4   Chelsea
17 3MF Luiz Gustavo 23 ta' Lulju 1987 (1987-07-23) (32 sena) 20 1   Wolfsburg
18 3MF Hernanes 29 ta' Mejju 1985 (1985-05-29) (34 sena) 25 2   Internazionale
19 3MF Willian 9 ta' Awwissu 1988 (1988-08-09) (31 sena) 7 2   Chelsea
20 3MF Bernard 8 ta' Settembru 1992 (1992-09-08) (27 sena) 12 1   Shakhtar Donetsk

7 4AT Hulk 25 ta' Lulju 1986 (1986-07-25) (33 sena) 36 9   Zenit Saint Petersburg
9 4AT Fred 3 ta' Ottubru 1983 (1983-10-03) (35 sena) 34 17   Fluminense
10 4AT Neymar 5 ta' Frar 1992 (1992-02-05) (27 sena) 50 33   Barcelona
21 4AT 20 ta' Marzu 1987 (1987-03-20) (32 sena) 17 5   Atlético Mineiro

|}

L-aktar preżenziImmodifika

 
Cafu huwa l-iktar plejer li lagħab mal-Brażil fl-istorja, b'142 logħba

Aġġornati sat-12 ta' Ġunju, 2014

# Isem Preżenzi Gowls Perjodu
1 Cafu 142 5 1990–2006
2 Roberto Carlos 125 11 1992–2006
3 Lúcio 105 4 2000–2011
4 Taffarel 104 0 1988–1998
5 Djalma Santos 98 3 1952–1968
Ronaldo 98 62 1994–2011
Ronaldinho 98 33 1999–2013
8 Gilmar 94 0 1953–1969
9 Gilberto Silva 93 3 2001–2010
10 Pelé 92 77 1957–1971
Rivelino 92 26 1965–1978
Robinho 92 27 2003–2013

L-aktar gowlsImmodifika

 
Pelé huwa l-aqwa skorer fl-istorja tal-Brażil b'77 gowl

Aġġornati sat-12 ta' Ġunju, 2014

# Isem Gowls Preżenzi Perjodu
1 Pelé 77 92 1957–1971
2 Zico 66 88 1976–1986
3 Ronaldo 62 98 1994–2011
4 Romário 55 70 1987–2005
5 Bebeto 39 75 1985–1998
6 Rivaldo 34 74 1993–2003
7 Jairzinho 33 81 1964–1982
Ronaldinho 33 98 1999–2013
Neymar 33 50 2010–2014
10 Tostão 32 54 1966–1972
Ademir 32 39 1945–1953

ReferenziImmodifika

  1. ^ Flimkien ma' Franza, il-Brażil huwa wkoll l-uniku tim li daħal f'kull Tazza tad-Dinja u lagħab minn tal-inqas fil-kwalifikazzjoni (l-Istati Uniti wkoll ħadu sehem f'kull Tazza tad-Dinja, imma darba minnhom irtiraw qabel bdew il-kwalifikazzjonijiet).
  2. ^ (Portugiż) Beckenbauer diz que Brasil de 1970 foi melhor seleção de todos os tempos, Gazeta do Povo, 10 ta' Marzu 2013.
  3. ^ (Ingliż) Tom McGowan, Soccer great Zico: Brazil '58 best team ever, CNN, 5 ta' Lulju 2012.
  4. ^ (Ingliż) Jack Pitt-Brooke, The greatest team of all time: Brazil 1970 v Spain 2012, The Independent, 3 ta' Lulju 2012.
  5. ^ (Ingliż) Spain win again to extend unbeaten streak, CNN, 20 ta' Ġunju 2009.
  6. ^ a b (Ingliż) Tom Dart, Magic of Brazil comes to a corner of Devon, The Times, 15 ta' Mejju 2009.
  7. ^ a b (Ingliż) Alex Bellos, Grecians paved way despite kick in teeth, The Guardian, 31 ta' Mejju 2004. Aċċess tal-URL: 13 ta' Ġunju 2014.
  8. ^ (Ingliż) Exeter fix dream date against Brazil, The Daily Telegraph, 23 ta' April 2004. Aċċess tal-URL: 13 ta' Ġunju 2014.
  9. ^ (Ingliż) Danielle Demetriou, Brazil's past masters out-samba Exeter in 90-year rematch, The Independent, 31 ta' Mejju 2004. Aċċess tal-URL: 13 ta' Ġunju 2014.
  10. ^ (Ingliż) World Cup and U.S. soccer history: 1950–1970, USA Today, 9 ta' Mejju 2006. Aċċess tal-URL: 13 ta' Ġunju 2014.
  11. ^ Garrincha 122.
  12. ^ (Ingliż) The King of football. FIFA.com. Aċċess tal-URL: 13 ta' Ġunju 2014.
  13. ^ (Ingliż) PELE – International Football Hall of Fame. Ifhof.com. Aċċess tal-URL: 13 ta' Ġunju 2014.
  14. ^ (Ingliż) Brazil in the World Cup 1998 - France. v-brazil.com
  15. ^ (Portugiż) Thiago Dias, titlu=Zagallo: 'Vão ter que engolir o Dunga' , GloboEsporte, 16 ta' Lulju 2007. Aċċess tal-URL: 14 ta' Ġunju 2014.

Ħoloq esterniImmodifika