Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ungerija
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Ungerija jirrappreżenta lill-Ungerija fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Federazzjoni Ungeriża tal-Futbol.
Psewdonimu |
Magyarok Nemzeti Tizenegy | ||
---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | Magyar Labdarúgó Szövetség (MLSZ) | ||
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
Kowċ | Marco Rossi | ||
Kaptan | Ádám Szalai | ||
Rekord ta' preżenzi | Gábor Király, Balázs Dzsudzsák (108) | ||
Rekord ta' gowls | Ferenc Puskás (84) | ||
Stadju prinċipali | Puskás Aréna | ||
Kodiċi tal-FIFA | HUN | ||
| |||
Klassifika tal-FIFA | |||
Pożizzjoni attwali | 36 (Ottubru 2022) | ||
L-ogħla | 18 (April–Mejju 2016) | ||
L-inqas | 87 (Lulju 1996) | ||
L-ewwel logħba | |||
Awstrija 5–0 Ungerija (Vjenna, Awstrija; 12 ta' Ottubru 1902) | |||
L-ikbar rebħa | |||
Ungerija 13–1 Franza (Budapest, Ungerija; 12 ta' Ġunju 1927) Ungerija 12–0 Albanija (Budapest, Ungerija; 24 ta' Settembru 1950) Imperu Russu 0–12 Ungerija (Moska, Russja; 14 July 1912) | |||
L-ikbar telfa | |||
Netherlands 8–1 Ungerija (Amsterdam, Netherlands; 11 ta' Ottubru 2013) Ġermanja 7–0 Ungerija (Cologne, Ġermanja; 6 ta' April 1941) Renju Unit 7–0 Ungerija (Stokkolma, Żvezja; 30 ta' Ġunju 1912) Ungerija 0–7 Ingilterra (Budapest, Ungerija; 10 June 1908) | |||
Tazza tad-Dinja | |||
Preżenzi | 9 (l-ewwel fl-1934) | ||
L-aqwa riżultat | Finalisti telliefa (1938, 1954) | ||
Kampjonati Ewropej | |||
Preżenzi | 4 (l-ewwel fl-1964) | ||
L-aqwa riżultat | It-tielet post (1964) |
Fl-istorja tiegħu, it-tim Ungeriż rebaħ tliet titli Olimpiċi, spiċċa finalista tellief fit-Tazza tad-Dinja tal-1938 u l-1954, u t-tielet post fil-Kampjonati Ewropej tal-1964. L-Ungerija kienet strumentali għal-logħba tal-futbol fis-snin ħamsin, meta bniet il-pedamenti tal-futbol totali u permezz tat-Tim tad-Deheb tagħhom li kien jinkludi lil-leġġenda Ferenc Puskás huma ddominaw il-futbol internazzjonali ta' dak iż-żmien.
Storja
immodifikaIt-Tim tad-Deheb
immodifikaIl-futbol Ungeriż huwa aħjar magħruf bħala l-aktar tim formidabbli u ta' influwenza fl-istorja tal-futbol, li rrivoluzzjona din il-logħba. Bi plejers bħal Ferenc Puskás, Sándor Kocsis, József Bozsik u Nándor Hidegkuti, dan it-tim żviluppa l-logħba tal-futbol fejn irnexxielu jasal sal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1954 b'rekord rimarkabbli ta' 43 rebħa, 7 pari, u l-ebda telfa mill-15 ta' Ġunju 1952 sat-tmiem ta' din il-mixja pożittiva, fit-18 ta' Frar 1956. L-Ungerija għandha d-distinzjoni unika li tipposta ruħha bl-ikbar numru ta' punti (2173 punt) fir-ratings ta' l-ELO f'Ġunju 1954 flimkien mat-tieni l-iktar b'2153 punt fl-1956; fejn tgħaddi lill-Brażil, l-Ingilterra, l-Arġentina u l-Ġermanja f'kull kompetizzjoni ta' kull żmien.
L-Ungeriżi kienu darbtejn fil-finali tat-Tazza tad-Dinja bit-tnejn li huma jitilfuhom; kontra l-Italja fl-1938 (4-2) u kontra l-Ġermanja tal-Punent fl-1954 (3-2), minkejja li rebħu lill-istess Ġermanja tal-Punent 8-3 kmieni fil-kompetizzjoni. It-tim, mibni fuq il-leġġendarju Ferenc Puskás, mar fil-vantaġġ 2-0 fil-partita, imma spiċċaw jitilfu 3-2 f'logħba li l-Ġermaniżi baqgħu jsejħulha bħala "Il-Miraklu ta' Bern" (The Miracle of Bern). F'din il-partiti kien hemm xi żewġ kontroversji: l-ewwel x'ħin Puskas ġab l-iskor indaqs fid-89 minuta imma l-gowl kien imħassar wara offside, u t-tieni meta plejer Ġermaniż għamel foul ċar fuq Kocsis fil-kaxxa tal-gowler u l-Ungerija ma ngħatatx penalty.
L-Ungerija rebħet id-deheb fl-Olimpjadi tliet darbiet: fl-1952, fl-1964 u fl-1968. It-tim ta' taħt it-23 sena, li kienet l-età limitu għat-timijiet ta' l-Olimpjadi, rebħu l-Kampjonat tal-UEFA ta' taħt it-23 sena fl-1974. Mill-1976, it-tim beda jikkompeti bħala parti mit-tim ta' taħt il-21 sena.
Rekords
immodifikaIl-logħba bejn l-Awstrija u l-Ungerija, fi Vjenna fl-1902, kienet l-ewwel logħba internazzjonali bejn żewġ pajjiżi li ma kinux Brittaniċi.
L-Ungerija kienet l-ewwel tim, minn barra l-Gżejjer Brittaniċi, li rebħet lill-Ingilterra ġewwa l-Ingilterra stess. Hi kienet rebħet bl-iskor kbir ta' 6-3 f'Wembley fil-25 ta' Novembru 1953. Din ir-rebħa kellha sinjifikat mondjali hekk kif din waqfet il-mixja pożittiva ta' l-Ingilterra li kienet ilha sejra minn meta twaqqfet l-assoċċazzjoni tal-futbol fl-1863. Huma rebħa l-Ingilterra 7-1, din id-darba f'Budapest sena wara, fl-1954. Din it-telfa tibqa' bħala l-ikbar telfa għall-Ingilterra.
L-Ungerija żżomm ir-rekord ta' l-iktar partiti mingħajr telfa bi 33 logħba internazzjonali bejn l-14 ta' Mejju 1950 u l-4 ta' Lulju 1954, meta tilfu fil-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Ġermanja. Dan ir-rekord għadu mhux miksur sa Jannar ta' l-2007. L-Arġentina u Spanja jżommu t-tieni l-itwal żmien ta' bla telfa - 31 partita (l-Arġentina bejn l-1991 u l-1993, u Spanja bejn l-1994 u l-1998).
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ungerija (Hungary national football team) |