Iftaħ il-menu prinċipali

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934 kienet it-tieni edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, il-kampjonat internazzjonali organizzat mill-FIFA. Din saret fl-Italja bejn is-27 ta' Mejju u l-10 ta' Ġunju 1934.

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934
Campionato Mondiale di Calcio
Dettalji tal-kompetizzjoni
Pajjiż ospitanti Flag of Italy.svg Italja
Dati 27 ta' Mejju – 10 ta' Ġunju
Parteċipanti 16 (minn 4 konfederazzjonijiet)
Grawnds (f'8 ibliet ospitanti)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ Gold medal blank.svg Flag of Italy (1861–1946).svg Italja
It-Tieni post Silver medal blank.svg Flag of the Czech Republic.svg Ċekoslovakkja
It-Tielet post Bronze medal blank.svg Flag of Germany (1933–1935).svg Ġermanja
Ir-Raba' post Flag of Austria.svg Awstrija
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 17
Gowls skorjati 70 (4.12 kull logħba)
Attendenza 363,000 (21,353 kull logħba)
L-aqwa skorer(s) Ċekoslovakkja Oldřich Nejedlý (5 gowls)
1930
1938

Din l-edizzjoni kienet l-ewwel darba fejn it-timijiet kellhom jikkwalifikaw biex jieħdu sehem. 31 pajjiż daħlu għal din il-kompetizzjoni, u wara l-kwalifikazzjoni, 16-il tim ipparteċipa fil-fażi finali. Iċ-ċampjins renjanti, l-Urugwaj, irrifjutaw li jieħdu sehem minħabba l-fatt li erba' timijiet Ewropej biss kienu aċċettaw li jipparteċipaw fil-kampjonat tal-1930.[1] L-Italja saret it-tieni ċampjin tat-Tazza tad-Dinja u l-ewwel Ewropew li rebaħha, wara li għelbet liċ-Ċekoslovakkja 2–1 fil-finali.

L-għażla tal-pajjiż ospitantiImmodifika

Wara proċess twil ta' teħid ta' deċiżjoni fejn il-kumitat eżekuttiv tal-FIFA iltaqa' tmien darbiet,[2] l-Italja ġiet magħżula bħala l-pajjiż ospitanti f'laqgħa fi Stokkolma fid-9 ta' Ottubru 1932.[3] Id-deċiżjoni ttieħdet mill-kumitat eżekuttiv mingħajr votazzjoni.[3] Il-kandidatura Taljana ġiet magħżula fuq dik Żvediża,[4] bil-gvern Taljan jalloka baġit ta' 3.5 miljun Lira għall-kompetizzjoni.[5]

Kwalifikazzjoni u parteċipantiImmodifika

36 pajjiż applikaw sabiex jieħdu sehem fil-kompetizzjoni, u b'hekk kienu neċessarji logħbiet ta' kwalifikazzjoni sabiex inaqqsu dan in-numru għal 16. Fost dawn kien hemm nieqsa l-Urugwaj, li rrifjutaw li jieħdu sehem bi protesta għall-fatt li diversi pajjiżi Ewropej naqsu li jmorru l-Amerika t'Isfel għall-edizzjoni preċedenti tat-Tazza tad-Dinja li l-Urugwaj ospitat fl-1930.[6] Għalhekk, it-Tazza tad-Dinja tal-1934 hi l-unika waħda fl-istorja fejn iċ-ċampjin renjanti ma ħax sehem. Il-Home Nations Brittaniċi wkoll irrifjutaw li jipparteċipaw, fi żmien ta' eżilju impost minnhom infushom fuq il-FIFA.

Minkejja r-rowl tagħhom bħala l-pajjiż ospitanti, l-Italja kellha xorta waħda tidħol fil-fażi ta' kwalifika, b'din id-darba tkun l-ewwel u l-unika darba li l-ospitu tal-kompetizzjoni ma ngħatax kwalifikazzjoni awtomatika.[3] Il-logħbiet ta' kwalifikazzjoni ġiew maqsuma skont fatturi ġeografiċi. L-irtirar kmieni taċ-Ċili u l-Perù fisser li l-Arġentina u l-Brażil ikkwalifikaw mingħajr ma lagħbu logħba waħda.[7]

Tnax mis-sittax-il post ġew allokati lill-Ewropa, tlieta lill-kontinent Amerikan, u wieħed lill-Afrika u l-Asja. Kienu biss għaxra mit-32 pajjiż, u erbgħa mis-sittax-il tim kwalifikat kienu barra mill-Ewropa. L-Eġittu sar l-ewwel tim Afrikan li kkwalifika għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja. L-aħħar logħba ta' kwalifikazzjoni kienet bejn l-Istati Uniti u l-Messiku u din saret tliet ijiem biss 'il bogħod mill-bidu tal-kampjonat f'logħba milgħuba fil-kapitali Ruma, li l-Istati Uniti rebħu.[8]

Is-sittax-il tim li kkwalifikaw għall-fażi finali kienu:

Il-kompetizzjoniImmodifika

 
Il-gowl tar-rebħa fil-finali ta' Angelo Schiavio li għeleb lill-gowler František Plánička fil-ħin barrani
 
L-Italja tiċċelebra l-ewwel titlu tat-Tazza tad-Dinja

Il-fażi tal-gruppi li ġiet użata fl-ewwel edizzjoni ġiet imwarrba u minflok intlagħab kampjonat b'eliminazzjoni diretta. Jekk logħba baqgħet indaqs wara disgħin minuta, tletin minuta ta' ħin barrani kien jintlagħab. Jekk ir-riżultat kien jispiċċa fi dro, il-partita terġa' tintlagħab fil-ġurnata ta' wara.

L-ewwel tmien logħbiet tal-ewwel rawnd intlagħabu fl-istess ħin.[9] L-Italja, li kienet magħmula fil-maġġoranza mill-plejers ta' Juventus,[10] bdiet b'rebħa konviċenti ta' 7–1 fuq l-Istati Uniti. Diżgwit intern fost l-iskwadra Arġentina fisser li għal dan il-kampjonat ma kien hemm l-ebda membru li wasal sal-finali tal-1930. Kontra l-Iżvezja, l-Arġentina marru fil-vantaġġ darbtejn, però żewġ gowls ta' Sven Jonasson u gowl ta' Knut Kroon taw l-Iżvezja rebħa ta' 3–2. Il-ġirien Sud-Amerikani tal-Brażil ukoll sofra minn eliminazzjoni bikrija hekk kif Spanja rebħitilhom bi skor konvinċenti ta' 3–1.

Għall-unika darba fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, l-aħħar tmien timijiet kienu kollha Ewropej. Fil-kwarti tal-finali, wara li l-ewwel konfront bejn l-Italja u Spanja spiċċa fi dro ta' 1–1, il-logħba kellha terġa' tintlagħab fil-ġurnata ta' wara b'diversi plejers mibdula miż-żewġ timijiet kawża ta' għeja u problemi fiżiċi. Ricardo Zamora għal Spanja kellu jaqbeż it-tieni logħba wara li weġġa' fl-ewwel waħda, u fuq in-naħa l-oħra, Mario Pizziolo lagħab l-aħħar logħba tiegħu mat-tim nazzjonali wara li f'intervent kiser saqajh.[11] Il-logħba, deskritta mill-kronaka ta' dak iż-żmien bħala waħda diffiċli u vjolenti, ra lill-Italja toħroġ rebbieħa 1–0, fost il-protesti tal-Ispanjoli għal gowl imħassar.

Fis-semifinali l-Italja ltaqgħet mal-Awstrija, li kienet għadha kemm ġejja minn konfront kontra l-Ungerija li l-kowċ Awstrijakk Hugo Meisl iddeskriva bħala "ġlieda, mhux logħba futbol". L-Italja rebħet għal darb'oħra bi skor ta' 1–0, b'gowl kontroversjali ta' Enrique Guaita. Fis-semifinali l-oħra ċ-Ċekoslovakkja assigurat postha fil-finali b'rebħa ta' 3–1 kontra l-Ġermanja. Fil-finali bejn l-Italja u ċ-Ċekoslovakkja, li ntlagħbet fi Stadio del Partito Nazionale Fascista, it-Taljani ħarġu rebbieħa b'riżultat ta' 2–1 wara l-ħin barrani. Iċ-Ċekoslovakki marru fil-vantaġġ b'gowl ta' Antonín Puč b'għoxrin minuta 'l bogħod mit-tisfira finali. Madanakollu, l-Italja sabu x-xibka fit-80 minuta b'gowl ta' Raimundo Orsi. Il-logħba marret għall-ħin supplementari u t-Taljani sabu l-gowl tar-rebħa minn Angelo Schiavio, sabiex ġew inkurunati ċampjins tad-dinja.

RiżultatiImmodifika

L-ewwel rawnd Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                           
27 ta' Mejju – Ruma            
   Italja  7
31 ta' Mejju u 1 ta' Ġunju – Firenze
   Stati Uniti  1  
   Italja  1 (1)
27 ta' Mejju – Genoa
     Spanja  1 (0)  
   Spanja  3
3 ta' Ġunju – Milan
   Brażil  1  
   Italja  1
27 ta' Mejju – Turin
     Awstrija  0  
   Awstrija (ħ.s.)  3
31 ta' Mejju – Bolonja
   Franza  2  
   Awstrija  2
27 ta' Mejju – Napli
     Ungerija  1  
   Ungerija  4
10 ta' Ġunju – Ruma
   Eġittu  2  
   Italja (ħ.s.)  2
27 ta' Mejju – Trieste
     Ċekoslovakkja  1
   Ċekoslovakkja  2
31 ta' Mejju – Turin
   Rumanija  1  
   Ċekoslovakkja  3
27 ta' Mejju – Milan
     Żvizzera  2  
   Żvizzera  3
3 ta' Ġunju – Ruma
   Olanda  2  
   Ċekoslovakkja  3
27 ta' Mejju – Firenza
     Ġermanja  1   Logħba għat-tielet post
   Ġermanja  5
31 ta' Mejju – Milan 7 ta' Ġunju – Napli
   Belġju  2  
   Ġermanja  2    Ġermanja  3
27 ta' Mejju – Bolonja
     Żvezja  1      Awstrija  2
   Żvezja  3
   Arġentina  2  

L-ewwel rawndImmodifika

27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Spanja   3–1   Brażil Stadio Luigi Ferraris, Genoa
Attendenza: 21,000
Referi:   Alfred Birlem
Iraragorri   18' (pen.)25'
Lángara   29'
Rapport Leônidas   55'

27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Ungerija   4–2   Eġittu Stadio Giorgio Ascarelli, Napli
Attendenza: 9,000
Referi:   Rinaldo Barlassina
Teleki   11'
Toldi   27'61'
Vincze   53'
Rapport Fawzi   31'39'

27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Żvizzera   3–2   Olanda Stadio San Siro, Milan
Attendenza: 33,000
Referi:   Ivan Eklind
Kielholz   7'43'
Abegglen   66'
Rapport Smit   29'
Vente   69'

27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Italja   7–1   Stati Uniti Stadio Nazionale del PNF, Ruma
Attendenza: 25,000
Referi:   René Mercet
Schiavio   18'29'64'
Orsi   20'69'
Ferrari   63'
Meazza   90'
Rapport Donelli   57'

27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Ċekoslovakkja   2–1   Rumanija Stadio Littorio, Trieste
Attendenza: 9,000
Referi:   John Langenus
Puč   50'
Nejedlý   67'
Rapport Dobay   11'

27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Żvezja   3–2   Arġentina Stadio Littoriale, Bolonja
Attendenza: 14,000
Referi:   Eugen Braun
Jonasson   9'67'
Kroon   79'
Rapport Belis   4'
Galateo   48'

27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Awstrija   3–2 (ħ.s.)   Franza Stadio Benito Mussolini, Turin
Attendenza: 16,000
Referi:   Johannes van Moorsel
Sindelar   44'
Schall   93'
Bican   109'
Rapport Nicolas   18'
Verriest   116' (pen.)

27 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Ġermanja   5–2   Belġju Stadio Giovanni Berta, Firenze
Attendenza: 8,000
Referi:   Francesco Mattea
Kobierski   25'
Siffling   49'
Conen   66'70'87'
Rapport Voorhoof   29'43'

Kwarti tal-finaliImmodifika

31 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Awstrija   2–1   Ungerija Stadio Littoriale, Bolonja
Attendenza: 23,000
Referi:   Francesco Mattea
Horvath   8'
Zischek   51'
Rapport Sárosi   60' (pen.)

31 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Italja   1–1 (ħ.s.)   Spanja Stadio Giovanni Berta, Firenze
Attendenza: 35,000
Referi:   Louis Baert
Ferrari   44' Rapport Regueiro   30'

31 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Ġermanja   2–1   Żvezja Stadio San Siro, Milan
Attendenza: 3,000
Referi:   Rinaldo Barlassina
Hohmann   60'63' Rapport Dunker   82'

31 ta' Mejju 1934
16:30 (UTC+2)
Ċekoslovakkja   3–2   Żvizzera Stadio Benito Mussolini, Turin
Attendenza: 12,000
Referi:   Alois Beranek
Svoboda   24'
Sobotka   49'
Nejedlý   82'
Rapport Kielholz   18'
Jäggi   78'
Ripetizzjoni
1 ta' Ġunju 1934
16:30 (UTC+2)
Italja   1–0   Spanja Stadio Giovanni Berta, Firenze
Attendenza: 43,000
Referi:   René Mercet
Meazza   11' Rapport

SemifinaliImmodifika

3 ta' Ġunju 1934
16:30 (UTC+2)
Italja   1–0   Awstrija Stadio San Siro, Milan
Attendenza: 35,000
Referi:   Ivan Eklind
Guaita   19' Rapport

3 ta' Ġunju 1934
16:30 (UTC+2)
Ċekoslovakkja   3–1   Ġermanja Stadio Nazionale del PNF, Ruma
Attendenza: 15,000
Referi:   Rinaldo Barlassina
Nejedlý   21'69'80' Rapport Noack   62'

Finali għat-tielet postImmodifika

7 ta' Ġunju 1934
18:00 (UTC+2)
Ġermanja   3–2   Awstrija Stadio Giorgio Ascarelli, Napli
Attendenza: 7,000
Referi:   Albino Carraro
Lehner   1'42'
Conen   27'
Rapport Horvath   28'
Sesta   54'

FinaliImmodifika

10 ta' Ġunju 1934
17:30 (UTC+2)
Italja   2–1 (ħ.s.)   Ċekoslovakkja Stadio Nazionale del PNF, Ruma
Attendenza: 55,000
Referi:   Ivan Eklind
Orsi   81'
Schiavio   95'
Rapport Puč   71'

L-aqwa skorersImmodifika

BiblijografijaImmodifika

  • Chris Hunt, World Cup Stories: The history of the FIFA World Cup, (Ingliż) Ware, Interact, 2006. ISBN 978-0-9549819-2-1
  • Cris Freddi, Complete Book of the World Cup 2006, (Ingliż) Londra, HarperCollins, 2006. ISBN 0-00-722916-X
  • Terry Crouch, The World Cup: The Complete History, (Ingliż) Londra, Aurum, 2002. ISBN 978-1-85410-843-2

ReferenziImmodifika

  1. ^ Jim Hart. (Ingliż) When the World Cup rolled into fascist Italy in 1934. These Football Times, 27 ta' Lulju 2016
  2. ^ Freddi, pġ. 15
  3. ^ a b c Hunt, pġ. 23
  4. ^ (Ingliż) History of FIFA – The first FIFA World Cup. FIFA
  5. ^ David Goldblatt, The Ball is Round: A Global History of Football, (Ingliż) Londra, Penguin, 2007. pġ. 255 ISBN 978-0-14-101582-8
  6. ^ Crouch, pġ. 16
  7. ^ Crouch, pġ. 14
  8. ^ John Brewin; Martin Williamson. (Ingliż) World Cup 1934. ESPN, 30 ta' April 2014
  9. ^ Hunt, pġ. 26
  10. ^ Luca Curino. (Taljan) Una Ital-Juve da record A ottobre in 9 con Amauri. La Gazzetta dello Sport, 2 ta' Settembru 2009
  11. ^ William Joseph Baker, Sports in the Western World, (Ingliż) Champaign, University of Illinois Press, 1988. pġ. 248 ISBN 978-0-252-06042-7

Ħoloq esterniImmodifika