Kampjonati Ewropej tal-Futbol

Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol hija l-kompetizzjoni prinċipali tal-futbol għat-timijiet nazzjonali li huma mmexxija mill-UEFA. Din il-kompetizzjoni, li għandha l-istess bażi tat-Tazza tad-Dinja, ilha sejra mill-1960 u ssir kull erba' snin, eżattament bejn it-Tazza tad-Dinja. L-isem oriġinali kien it-Tazza tan-Nazzjonijiet Ewropej, imma fl-1968 tbiddel u sar l-isem bħala mhu illum. Il-kampjonat hu kkunsidrat bħala t-tieni l-aktar avveniment importanti għat-timijiet nazzjonali wara t-Tazza tad-Dinja, alavolja dan il-kampjonat ma jolqotx pajjiżi barra mill-Ewropa. Ir-rebbieħa tal-kampjonat jingħataw l-opportunità li jikkompetu fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet, imma mhumiex obbligati.[1]

Kampjonati Ewropej tal-Futbol
Sport Futbol
Fundazzjoni 1960
Nru. ta' timijiet 52 (Kwalifiki)
16 (Finali)
Reġjun Ewropa (UEFA)
Ċampjin attwali  Spanja (3 titli)
L-aktar rebħiet  Ġermanja
 Spanja
(3 titli kull wieħed)
Sit elettroniku Sit Uffiċjali

L-idea ta' kampjonat tal-futbol Ewropew kienet għall-ewwel propost minn Henri Delaunay mill-federazzjoni tal-futbol Franċiża fl-1927, imma din l-idea ġiet fis-seħħ fl-1958. Bħala tfikira għal Delaunay, it-trofew li jingħata liċ-ċampjins hu msemmi għal warajh. L-edizzjoni tal-1960 li saret fi Franza, kellha 4 timijiet jikkompetu fil-fażi finali minn total ta' sbatax-il tim li daħlu fil-kompetizzjoni. Din kienet mirbuħa mill-Unjoni Sovjetika 2-1 fuq l-Jugożlavja, f'finali intensa f'Pariġi. Spanja irtirat mill-partita tal-kwarti tal-finali kontra l-Unjoni Sovjetika minħabba raġunijiet politiċi. Mis-sbatax-il tim li ħadu sehem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, fost l-iktar timijiet prominenti li kienu assenti kienu l-Ġermanja tal-Punent u l-Italja. Spanja organizzat l-edizzjoni ta' wara tal-1964, li ra żieda ta' parteċipanti fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, b'numru ta' 29 nazzjon; madanakollu, il-Greċja rtirat minħabba li kellha tilgħab kontra l-Albanija, u dawn kienu għadhom fi gwerra kontra xulxin. L-ospiti rnexxielhom jegħlbu lid-detenturi tat-tazza, l-Unjoni Sovjetika, 2-1 fis-Santiago Bernabéu ta' Madrid.

Il-format tal-kampjonat baqa' l-istess għall-edizzjoni tal-1968. L-Italja kienu l-ospiti tal-edizzjoni kif ukoll iċ-ċampjins. Għall-ewwel u l-aħħar darba partita kienet deċiża permezz tat-tfigħ tal-munita (is-semi-finali kontra l-Unjoni Sovjetika) u l-finali marret f'replay, wara li l-partita kontra l-Jugożlavja spiċċat 1-1. Italy rebħu r-replay 2-0. Aktar timijiet daħlu fil-kampjonat (31), li kien juri l-popularità li bdiet tgawdi din il-kompetizzjoni. Il-Belġu ospitaw l-edizzjoni tal-1972, fejn il-Ġermanja tal-Punent rebħu lill-Unjoni Sovjetika 3-0 fil-finali fi Brussell. It-tim Ġermaniż kien karaterizzat mill-plejers li sussegwentament rebħu t-Tazza tad-Dinja 1974. Il-kampjonat tal-1976 kien l-aħħar wieħed fejn erba' timijiet biss kienu jikkwalifikaw għall-fażi finali, u l-aħħar wieħed fejn l-ospiti kienu jikkwalifikaw awtomatikament; fil-finali ċ-Ċekoslovakkja rebħu lill-Ġermanja tal-Punent permezz tal-għoti tal-penalties.

Tmien timijiet ħadu sehem fl-edizzjoni ta' wara ospitata mill-Italja. Dan kien jinvolvi fażi tal-gruppi, bir-rebbieħa tal-gruppi jikkwalifikaw għall-finali, u t-timijiet fit-tieni post jikkwalifikaw għall-partita tat-tielet post. Il-Ġermanja tal-Punent rebħu t-tieni titlu tagħhom billi rebħu 2-1 lill-Belġju fi Stadio Olimpico ta' Ruma. Franza rebħu l-edizzjoni tal-1984, bil-kaptan tagħhom Michel Platini jiskorja 9 gowls f'5 partiti biss, fosthom il-gowl tal-ftuħ fil-finali, fejn rebħu lil Spanja 2-0. Il-format tbiddel ukoll, bl-aqwa żewġ timijiet f'kull grupp jikkwalifikaw għall-fażi tas-semi-finali, minflok li r-rebbieħ jikkwalifika direttament għall-finali. Il-partita għat-tielet post kienet ġiet abolita.

Fl-Euro 1988, li saret fil-Ġermanja tal-Punent, l-Olanda rebħu lill-ospiti — u rivali tradizzjonali — 2-1 fis-semi-finali. L-Olanda komplew fil-kompetizzjoni sakemm rebħuha, meta għelbu lill-Unjoni Sovjetika 2-0 fi Stadju Olimpiku, fejn din il-finali tibqa' waħda mill-iktar imfakkra hekk kif Marco van Basten skorja wieħed mill-iżjed gowls memorabbli fl-istorja tal-futbol, meta skorja l-gowl permezz ta' xutt bid-dawra fin-naħa leminija tal-kaxxa. Il-Kampjonati Ewropej 1992 saru fl-Iżvezja, u kienet mirbuħa mid-Danimarka — sorpriża kbira meta wieħed għandu jkun jaf li d-Danimarka daħlu fil-kampjonat bħala s-sostitut tal-Jugożlavja li rtiraw minħabba l-gwerer Jugożlavi. Madanakollu, huma wettqu sorpriża, meta rebħu liċ-ċampjins tad-dinja tal-Ġermanja 2-0, wara li kienu għadhom kemm rebħu lid-detenturi tat-trofew, l-Olanda, permezz tal-penalties fis-semi-finali. Din kienet l-ewwel darba li il-Ġermanja lagħbet bħala nazzjon unifikat u kif ukoll l-ewwel darba li kampjonat maġġuri kellu l-ismijiet tal-plejers imniżżlin fuq id-dahar tal-flokkijiet tal-istess plejers.

L-Euro 1996, li sar fl-Ingilterra, ra n-numru ta' timijiet jirdoppjaw għal 16. L-ospiti sfaw eliminati mill-Ġermanja bil-penalties, wara li kienu tilfu fit-Tazza tad-Dinja 1990 kontra l-istess Ġermanja. Dan tal-aħħar kompla fil-kompetizzjoni biex rebaħ 2-1 kontra r-Repubblika Ċeka, grazzi għall-ewwel gowl tad-deheb li sar f'kampjonat maġġuri, skurjat minn Oliver Bierhoff. Dan kien l-ewwel titlu tal-Ġermanja bħala nazzjon wieħed. L-edizzjoni tas-sena 2000 kien l-ewwel kampjonat li sar f'żewġ pajjiżi, l-Olanda u l-Belġju. Iċ-ċampjins tad-dinja ta' Franza kienu favoriti li jirbħu, u rnexxielhom jagħmlu dan meta rebħu lill-Italja 2-1 wara l-ħin supplementari, wara li kienu minn taħt 1-0: Sylvain Wiltord kiseb il-pari fl-aħħar minuta tal-partita u David Trezegeut skorja l-gowl tar-rebħa. Bħal fl-1992, l-Euro 2004 ġab diżappunt hekk kif il-Greċja, li qabel kienu kkwalifikaw biss għal edizzjoni waħda tat-Tazza tad-Dinja (1994) u edizzjoni waħda tal-Kampjonati Ewropej (1980), rebħu lill-ospiti tal-Portugall 1-0 f'finali drammatika (wara li kienu rebħulhom ukoll fil-partita tal-ftuħ) biex rebħu l-kampjonat b'sorpriża kbira. Fit-triq għall-finali huma rnexxielhom jirbħu lid-detenturi tat-tazza, Franza, kif ukoll lir-Repubblika Ċeka b'gowl tal-fidda, regola li ħadet post il-gowl tad-deheb fl-2003, qabel ma kienet abolita ftit wara l-kampjonat.

L-edizzjoni tal-2008, ospitata mill-Awstrija u l-Isvizzera hi t-tieni darba li żewġ nazzjonijiet ospitaw edizzjoni waħda. Din bdiet fis-7 ta' Ġunju u spiċċat fid-29 ta' Ġunju. Il-finali saret bejn il-Ġermanja u Spanja fl-Ernst Happel Stadion ta' Vjenna, u l-Ispanjoli ttrijonfaw għat-tieni darba f'din il-kompetizzjoni b'rebħa ta' 1-0.

It-Trofew Henri Delaunay, li hu mogħti lit-tim rebbieħ tal-Kampjonat Ewropew, huwa taħt l-isem ta' Henri Delaunay li kien l-ewwel Segretarju Ġenerali tal-UEFA u li ħareġ bl-idea tal-Kampjonat Ewropew, imma laħaq miet ħames snin qabel l-ewwel edizzjoni. It-tifel tiegħu Pierre Delaunay kien il-persuna li ħa ħsieb biex jagħmel it-trofew.[2] Mill-ewwel kampjonat it-trofew kien ġie mogħti lit-tim rebbieħ biex iżommu sal-kampjonat ta' wara.

Għall-kampjonat tal-2008, it-trofew kien daqxejn mibdul, hekk kif issa sar ikbar. It-trofew, li hu magħmula mill-fidda sterlina, issa jiżen 8 kilogrammi u hu twil 60 ċm. Il-figura żgħira li kienet tidher fuq wara tat-trofew oriġinali ġiet imneħħija. Il-bażi tat-trofew kellu jiġi mkabbar biex ikun aktar stabbli. L-ismijiet tal-pajjiżi rebbieħa nkitbu fin-naħa ta' wara tat-trofew.[3] [4]

Il-kompetizzjoni

immodifika

Qabel l-1980, erba' timijiet biss setgħu jikkwalifikaw għall-kampjonat. Mill-1980 in-numru kiber għal tmienja waqt li fl-1996 il-kampjonat espanda biex minn dak iż-żmien sa issa, jilqa' sittax-il pajjiż. It-timijiet li jikkwalifikaw jiġu magħżula minn serje ta' logħob ta' kwalifikazzjoni: fl-1960 u fl-1964 permezz ta' play-off li tintlagħab ġewwa u barra il-pajjiż tat-timijiet; fl-1968 kemm permezz ta' play-offs u gruppi ta' kwalifikazzjoni.

Wara l-espansjoni tal-kampjonat finali mill-1980, il-pajjiż (jew pajjiżi) li jintagħżlu biex jospitaw il-kompetizzjoni kienu jikkwalifikaw awtomatikament. Iċ-ċampjin qatt ma kien ingħata post awtomatiku fil-fażi finali.

Il-futur

immodifika

Edizzjonijiet futuri

immodifika
 
Mappa tan-numru ta' apparenzi tal-pajjiżi

Nhar it-18 ta' April 2007, il-Polonja u l-Ukrajna ġew magħżula bħala l-ospiti tal-kompetizzjoni tas-sena 2012. Huma għelbu l-kompetizzjoni tal-favorita l-Italja, u l-Kroazja u l-Ungerija li ngħaqdu flimkien. Fl-2010, il-UEFA tiddeċiedi liema pajjiż se jospita l-Kampjonati Ewropej 2016. L-Iżvezja u n-Norveġja qed jippjanaw li jingħaqdu flimkien biex jospitaw flimkien il-kompetizzjoni, kif ukoll il-Galles, l-Irlanda u l-Iskozja. Is-sottomissjonijiet iridu jintbagħtu sal-2008.

Kemm il-Bulgarija u r-Rumanija[5] u r-Repubblika Ċeka u l-Islovakkja[6] qed jikkonsidraw jospitawx l-edizzjoni tal-2020.

Espansjoni għal 24 tim

immodifika

Hemm diskussjoni dwar jekk n-numru ta' pajjiżi li jikkwalifikaw għall-fażi finali jikber minn sittax għal erbgħa u għoxrin, minħabba n-numru ta' pajjiżi li ħarġu wara l-firda taċ-Ċekoslovakkja, il-Jugożlavja u l-Unjoni Sovjetika. Il-president attwali Michel Platini qabel mal-idea imma l-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA formalment ċaħad l-idea ta' espansjoni fl-2012.[1]

Riżultati

immodifika
Sena Ospitu Finali Partita għat-tielet post
Rebbieħ Riżultat Finalista tellief It-tielet post Riżultat Ir-raba' post
1960
Dettalji
  Franza  
Unjoni Sovjetika
2–1
ħs
 
Jugożlavja
 
Ċekoslovakkja
2–0  
Franza
1964
Dettalji
  Spanja  
Spanja
2–1  
Unjoni Sovjetika
 
Ungerija
3–1
ħs
 
Danimarka
1968
Dettalji
  Italja  
Italja
1–1 ħs
2–0 replay
 
Jugożlavja
 
Ingilterra
2–0  
Unjoni Sovjetika
1972
Dettalji
  Belġju  
Ġermanja tal-Punent
3–0  
Unjoni Sovjetika
 
Belġju
2–1  
Ungerija
1976
Dettalji
  Jugożlavja  
Ċekoslovakkja
2–2 ħs
(5–3) pen
 
Ġermanja tal-Punent
 
Netherlands
3–2
ħs
 
Jugożlavja
1980
Dettalji
  Italja  
Ġermanja tal-Punent
2–1  
Belġju
 
Ċekoslovakkja
1–1
(9–8) pen
 
Italja
Sena Ospitu Finali Semifinalisti telliefa (1)
Rebbieħ Riżultat Finalista tellief
1984
Dettalji
  Franza  
Franza
2–0  
Spanja
  Danimarka u   Portugall
1988
Dettalji
  Ġermanja tal-Punent  
Netherlands
2–0  
Unjoni Sovjetika
  Italja u   Ġermanja tal-Punent
1992
Dettalji
  Żvezja  
Danimarka
2–0  
Ġermanja
  Netherlands u   Żvezja
1996
Dettalji
  Ingilterra  
Ġermanja
2–1
gd
 
Repubblika Ċeka
  Ingilterra u   Franza
2000
Dettalji
  Belġju u
  Pajjiżi l-Baxxi
 
Franza
2–1
gd
 
Italja
  Netherlands u   Portugall
2004
Dettalji
  Portugall  
Greċja
1–0  
Portugall
  Repubblika Ċeka u   Netherlands
2008
Dettalji
  Awstrija u
  Żvizzera
 
Spanja
1–0  
Ġermanja
  Russja u   Turkija
2012
Dettalji
  Polonja u
  Ukrajna
 
Spanja
4–0  
Italja
  Ġermanja u   Portugall
1 L-ebda partita ma ntlagħbet għat-tielet post sal-1980; semifinalist telliefa huma mniżżla f'ordni alfabetiku.

Statistika

immodifika

Rebbieħa u finalisti

immodifika
 
Mappa tal-pajjiżi rebbieħa
Tim Titli Finalista telliefa
  Ġermanja^ 3 (1972, 1980, 1996) 3 (1976, 1992, 2008)
  Spanja 3 (1964*, 2008, 2012) 1 (1984)
  Franza 2 (1984*, 2000) -
  Russja 1 (1960) 3 (1964, 1972, 1988)
  Repubblika Ċeka 1 (1976) 1 (1996)
  Italja 1 (1968*) 2 (2000, 2012)
  Netherlands 1 (1988) -
  Danimarka 1 (1992) -
  Greċja 1 (2004) -
  Jugożlavja - 2 (1960, 1968)
  Belġju - 1 (1980)
  Portugall - 1 (2004*)
* = ospiti
^ = tinkludi riżultati bħala Ġermanja tal-Punent sal-1988
= tinkludi riżultati bħala ċ-Ċekoslovakkja sal-1992[7]
~ = tinkludi riżultati bħala l-Unjoni Sovjetika sal-1988, u l-Komunità tal-Istati Indipendenti fl-1992[8]

Prestazzjoni min-nazzjonijiet ospiti

immodifika
Sena Nazzjon ospitu Fażi
1960   Franza Raba' post
1964 [[Stampa:{{{flag alias-1939}}}|22x20px|border |ħolqa=]] Spanja Rebbieħa
1968   Italja Rebbieħa
1972   Belġju Tielet post
1976   Jugożlavja Raba' post
1980   Italja Raba' post
1984   Franza Rebbieħa
1988   Ġermanja tal-Punent Semifinali
1992   Żvezja Semifinali
1996   Ingilterra Semifinali
2000   Netherlands
  Belġju
Semifinali
Fażi tal-gruppi
2004   Portugall Finalista tellief
2008   Awstrija
  Żvizzera
Fażi tal-gruppi
Fażi tal-gruppi
2012   Polonja
  Ukrajna
Fażi tal-gruppi
Fażi tal-gruppi

L-aqwa skorers (ta' kull żmien)

immodifika
Plejer Gowls
  Michel Platini 9
  Alan Shearer 7
  Thierry Henry
  Patrick Kluivert
  Ruud van Nistelrooy
  Nuno Gomes
6
  Zinédine Zidane
  Jürgen Klinsmann
  Milan Baroš
  Marco van Basten
  Savo Milošević
5

L-aqwa skorers (ta' kull edizzjoni)

immodifika
Sena Plejer Gowls
1960   François Heutte
  Valentin Ivanov
  Viktor Ponedelnik
  Milan Galić
  Dražan Jerković
2
1964   Jesús María Pereda
  Ferenc Bene
  Dezső Novák
2
1968   Dragan Džajić 2
1972   Gerd Müller 4
1976   Dieter Müller 4
1980   Klaus Allofs 3
1984   Michel Platini 9
1988   Marco van Basten 5
1992   Henrik Larsen
  Karlheinz Riedle
  Dennis Bergkamp
  Tomas Brolin
3
1996   Alan Shearer 5
2000   Patrick Kluivert
  Savo Milošević
5
2004   Milan Baroš 5
2008   David Villa 4
2012   Mario Mandžukić
  Mario Gómez
  Mario Balotelli
  Cristiano Ronaldo
  Alan Dzagoev
  Fernando Torres
3

Tripletti

immodifika

Tripletta issir meta plejer jiskorja tliet gowls jew aktar f'partita waħda. Imniżżla f'ordni kronoloġiku.

Plejer Riżultat Gowls Edizzjoni
Dieter Müller   4–2   82', 115', 119' 1976
Klaus Allofs   3–2   20', 60', 65' 1980
Michel Platini   5–0   4', 74', 89' 1984
Michel Platini   3–2   59', 62', 77' 1984
Marco van Basten   3–1   44', 71', 75' 1988
Sérgio Conceição   3–0   35', 54', 71' 2000
Patrick Kluivert   6–1   24', 38', 54' 2000
David Villa   4–1   20', 44', 75' 2008

L-aktar edizzjonijiet parteċipanti

immodifika
App. Plejer Edizzjonijiet
4   Lothar Matthäus 1980, 1984, 1988, 2000
4   Peter Schmeichel 1988, 1992, 1996, 2000
4   Aron Winter 1988, 1992, 1996, 2000
4   Lilian Thuram 1996, 2000, 2004, 2008
4   Edwin van der Sar 1996, 2000, 2004, 2008
4   Alessandro Del Piero 1996, 2000, 2004, 2008

Nazzjonijiet parteċipanti

immodifika
 
Mappa tan-numru ta' parteċipazzjonijiet tal-pajjiż

10 darbiet

9 darbiet

8 darbiet

7 darbiet

5 darbiet

4 darbiet

 

3 darbiet

darbtejn

darba

 

1:Tinkludi 5 apparenzi bħal Ġermanja tal-Punent

2:Tinkludi 6 apparenzi bħala l-Unjoni Sovjetika u 1 bħala l-Komunità tal-Istati Indipendenti

3:Tinkludi 3 apparenzi bħala ċ-Ċekoslovakkja

Statisika ġenerali

immodifika
Tim L R P T GF GK DG
  Ġermanja tal-Punent (1960-1988)
  Ġermanja (mill-1992)
38 19 10 9 55 39 +16
  Netherlands 32 17 8 7 55 32 +23
  Franza 28 14 7 7 46 34 +12
  Spanja 30 13 9 8 38 31 +7
  Portugall 23 12 4 7 34 22 +12
  Italja 27 11 12 4 27 18 +9
  Ċekoslovakkja (1960-1980)
  Repubblika Ċeka (mill-1996)
25 11 5 9 36 32 +4
  Unjoni Sovjetika (1960-1988)
  CIS (1992)
  Russja (mill-1996)
27 11 5 11 31 36 −5
  Ingilterra 23 7 7 9 31 28 +3
  Danimarka 24 6 6 12 26 38 −12
  Kroazja 11 5 3 3 14 13 +1
  Żvezja 14 4 5 5 19 16 +3
  Greċja 12 4 2 6 9 13 −4
  Belġju 12 4 2 6 13 20 −7
  Turkija 12 3 2 7 11 18 −7
  Jugożlavja (1960-1984)
  Jugożlavja (2000)
14 3 2 9 22 39 −17
  Skozja 6 2 1 3 4 5 −1
  Rumanija 13 1 4 8 8 17 −9
  Żvizzera 9 1 2 6 5 13 −8
  Irlanda 3 1 1 1 2 2 0
  Norveġja 3 1 1 1 1 1 0
  Bulgarija 6 1 1 4 4 13 −9
  Ungerija 4 1 0 3 5 6 −1
  Slovenja 3 0 2 1 4 5 −1
  Awstrija 3 0 1 2 1 3 −2
  Polonja 3 0 1 2 1 4 −3
  Latvja 3 0 1 2 1 5 −4

L-aħħar aġġornament: 20 ta' Mejju 2013‎.

Referenzi

immodifika
  1. ^ http://www.fifa.com/aboutfifa/federation/releases/newsid=95756.html
  2. ^ Michael Harold, 'You won't find a superior trophy' (Ingliż), UEFA.com, 27 ta' Jannar 2006
  3. ^ New trophy for UEFA EURO 2008 (Ingliż), UEFA.com, 23 ta' Jannar 2007
  4. ^ euro2008.uefa.com - Home Page (Ingliż)
  5. ^ Bulgaria, Romania discussing joint Euro 2020 bid (Ingliż)
  6. ^ Euro 2020 - La Tchéco-Slovaquie intéressée (Franċiż)
  7. ^ http://www.fifa.com/associations/association=rus/index.html
  8. ^ http://www.fifa.com/associations/association=cze/ranking/gender=m/index.html
  9. ^ Ma tinkludix il-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewroepj 1992 u l-iskwalifikazzjoni minħabba sanzjonijiet internazzjonali

Ħoloq esterni

immodifika