Tim nazzjonali tal-futbol tal-Jugożlavja
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Jugożlavja irrapreżenta lill-Jugożlavja fil-futbol internazzjonali bejn l-1920 u l-1992, inkluż bejn l-1920 u l-1929 meta l-isem uffiċjali tal-pajjiż kien ir-Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni.
Psewdonimu | Plavi (Il-Koħol) | |||
---|---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Jugożlavja | |||
Rekord ta' preżenzi | Dragan Džajić (85) | |||
Rekord ta' gowls | Stjepan Bobek (38) | |||
Stadju prinċipali | Rajko Mitić Stadium | |||
Kodiċi tal-FIFA | YUG | |||
| ||||
L-ewwel logħba | ||||
Ċekoslovakkja 7–0 Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni (Antwerp, Belġju; 28 ta' Awwissu 1920) | ||||
L-aħħar logħba | ||||
Netherlands 2–0 Jugożlavja (Amsterdam, Netherlands; 25 ta' Marzu 1992) | ||||
L-ikbar rebħa | ||||
Jugożlavja 10–0 Veneżwela (Curitiba, Brażil; 14 ta' Ġunju 1972) | ||||
L-ikbar telfa | ||||
Ċekoslovakkja 7–1 Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni (Antwerp, Belġju; 28 ta' Awwissu 1920) Urugwaj 7–0 Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni (Pariġi, Franza; 26 ta' Mejju 1924) Ċekoslovakkja 7–0 Renju tas-Serbi, Kroati u Sloveni (Praga, Ċekoslovakkja; 28 ta' Ottubru 1925) | ||||
Tazza tad-Dinja | ||||
Preżenzi | 8 (l-ewwel fl-1930) | |||
L-aqwa riżultat | Ir-raba' post (1930, 1962) | |||
Kampjonati Ewropej | ||||
Preżenzi | 4 (l-ewwel fl-1960) | |||
L-aqwa riżultat | Finalisti telliefa (1960, 1968) |
Minkejja qatt ma rebħu titlu uffiċjali, il-Jugożlavja kisbet riżultati pożittivi, fosthom darbtejn it-tieni fil-Kampjonati Ewropej, darbtejn ir-raba' fit-Tazza tad-Dinja u darba finalista fit-turnew Olimpiku. Fl-aħħar sena li kienet attiva, fl-1992, minkejja li kienet kisbet kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta' dik is-sena, il-Jugożlavja ġiet eskluża wara deċiżjoni meħuda mill-FIFA u l-UEFA minħabba s-sanzjonijiet attwali imposti mill-Ġnus Magħquda.
It-tim nazzjonali tas-Serbja ħa post il-Jugożlavja fil-FIFA u l-UEFA, u huwa kkunsidrat bħala s-suċċessur tal-Jugożlavja (u s-Serbja u Montenegro) miż-żewġ organizzazzjonijiet.[1][2]
Storja
immodifikaIl-Jugożlavja lagħbet l-ewwel logħba fit-28 ta' Awwissu 1920 fil-Belġju, f'telfa ta' 7–0 kontra ċ-Ċekoslovakkja. Ħadet sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, bit-tim ikun l-iżgħar fost il-parteċipanti kollha b'età medja ta' 22 sena. Fil-fażi tal-gruppi huma għelbu lill-Brażil u 'l-Bolivja sabiex iffissaw il-konfront fis-semifinali kontra l-Urugwaj. Madanakollu, l-Urugwaj urew is-saħħa tagħhom u ħarġu rebbieħa b'riżultat ta' 6–1 u eventwalment rebħu l-kompetizzjoni. Il-FIFA poġġiet lill-Jugożlavja fir-raba' post minkejja li ma kienx hemm logħba ta' spareġġ għat-tielet post kontra l-Istati Uniti minħabba li l-Amerikani kellhom differenza ta' gowls aħjar.[3]
Fl-ewwel edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej, fl-1960, il-Jugożlavja eliminat fis-semifinali lil Franza bi skor ta' 5–4. Fil-finali kontra l-Unjoni Sovjetika, il-Jugożlavja marret fil-vantaġġ b'gowl ta' Milan Galić qabel tmiem l-ewwel taqsima, però s-Sovjetiċi sabu żewġ gowls mingħand Slava Metreveli u Viktor Ponedelnik biex kisbu dan it-trofew. Fl-istess sena, it-tim nazzjonali ħa sehem fl-Olimpjadi ta' Ruma. Wara d-diżappunt fit-tliet edizzjonijiet preċedenti, fejn kienu dejjem spiċċaw finalisti telliefa, din id-darba huma kisbu l-midalja ta-deheb b'rebħa ta' 3–1 fuq id-Danimarka.[4]
Fil-Kampjonati Ewropej tal-1968, il-Jugożlavja reġgħet waslet qrib li tikseb it-trijonf mixtieq. Wara l-eliminazzjoni tal-Ġermanja tal-Punent u Franza, fis-semifinali l-Jugożlavi għelbu lill-Ingilterra 1–0, b'gowl deċiżiv ta' Dragan Džajić. Fil-finali tat-8 ta' Ġunju huma affrontaw lill-Italja, mingħajr il-preżenza ta' Ivica Osim li kien it-tmun tat-tim, minħabba li kien weġġa' fis-semifinali. Džajić poġġa fil-vantaġġ lill-Jugożlavi, imma t-Taljani ġabu l-gowl tad-dro minn Angelo Domenghini. Wara li l-ħin barrani żamm l-iskor indaqs, logħba oħra kellha tintlagħab. Din id-darba t-Taljani kienu aktar deċiżivi u żewġ gowls minn Gigi Riva u Pietro Anastasi taw l-ewwel titlu Ewropew lill-Italja.[5]
Wara l-eliminazzjoni mit-Tazza tad-Dinja tal-1974 kontra l-Ġermanja tal-Punent, il-Jugożlavja ospitat il-fażi finali tal-Euro 1976 u kisbet ir-raba' post. Fis-semifinali kontra l-Ġermaniżi wara dro ta' 2–2 fil-ħin normali, huma sofrew żewġ gowls fl-aħħar minuti minn Dieter Müller biex tilfu 4–2. Fil-logħba għat-tielet u r-raba' post, in-Netherlands rebħu l-logħba 3–2.
Is-snin tmenin u disgħin kienu snin diffiċli għall-Jugożlavja. Bejn l-1978 u l-1992 ħadu sehem biss f'żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u waħda tal-Kampjonati Ewropej, bl-aqwa riżultat ikun il-kwarti tal-finali miksuba fit-Tazza tad-Dinja tal-1990. Wara telfa fl-ewwel logħba kontra l-Ġermanja tal-Punent, huma ġabu żewġ rebħiet kontra l-Kolombja u l-Emirati Għarab Magħquda u spiċċaw fit-tieni post. Fir-rawnd tal-aħħar sittax eliminaw fil-ħin barrani lil Spanja b'doppjetta ta' Dragan Stojković. Fil-kwarti tal-finali ltaqgħu mal-Arġentina. Il-Jugożlavja soffriet it-tkeċċija ta' Refik Šabanadžović wara nofs siegħa logħob, però rnexxielha żżomm sal-għoti tal-penalties fejn is-Sud-Amerikani ħarġu rebbieħa 3–2.[6]
Minkejja li kienet ikkwalifikat għall-Kampjonati Ewropej tal-1992, fir-rebbiegħa qabel il-bidu tal-kompetizzjoni, il-Jugożlavja ġiet eskluża mill-kompetizzjonijiet kollha internazzjonali organizzati mill-FIFA u l-UEFA kawża tal-gwerra li faqqgħet wara d-dikjarazzjoni tal-indipendenza tar-repubbliki tas-Slovenja, il-Kroazja, il-Maċedonja u l-Bożnija u Ħerżegovina.[7] Post il-Jugożlavja fil-Kampjonatii Ewropej ħaditu d-Danimarka li rnexxielha tirbaħ it-titlu. L-aħħar logħba taħt il-bandiera Jugożlava saret fil-25 ta' Marzu 1992 kontra n-Netherlands f'telfa ta' 2–0.
Suċċessuri
immodifikaBħala riżultat tal-qasma tal-Jugożlavja fl-1992, twieldu t-timijiet suċċessivi:
- Bosnja-Ħerzegovina (1996–preżent)
- Kosovo (2016–preżent)
- Kroazja (1992–preżent)
- Maċedonja ta' Fuq (1994–preżent)
- Montenegro (2007–preżent)
- Serbja (1992–preżent)[a]
- Slovenja (1992–preżent)
Rekord kompetittiv
immodifikaTazza tad-Dinja
immodifikaSena | Fażi | Pożizzjoni | L | R | D | T | GF | GK | |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1930 | Ir-raba' post[b] | 4 | 3 | 2 | 0 | 1 | 7 | 7 | |
1934 | Ma kkwalifikawx | ||||||||
1938 | |||||||||
1950 | Fażi tal-gruppi | 5 | 3 | 2 | 0 | 1 | 7 | 3 | |
1954 | Kwarti tal-finali | 7 | 3 | 1 | 1 | 1 | 2 | 3 | |
1958 | Kwarti tal-finali | 5 | 4 | 1 | 2 | 1 | 7 | 7 | |
1962 | Ir-raba' post | 4 | 6 | 3 | 0 | 3 | 10 | 7 | |
1966 | Ma kkwalifikawx | ||||||||
1970 | |||||||||
1974 | It-tieni fażi tal-gruppi | 7 | 6 | 1 | 2 | 3 | 12 | 7 | |
1978 | Ma kkwalifikawx | ||||||||
1982 | Fażi tal-gruppi | 16 | 3 | 1 | 1 | 1 | 2 | 2 | |
1986 | Ma kkwalifikawx | ||||||||
1990 | Kwarti tal-finali | 5 | 5 | 3 | 1 | 1 | 8 | 6 | |
1994 | Ipprojbiti[ċ] | ||||||||
Total | Ir-raba' post | 8/15 | 33 | 14 | 7 | 12 | 55 | 42 |
Kampjonati Ewropej
immodifikaSena | Fażi | Pożizzjoni | L | R | D | T | GF | GK | |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1960 | Finalisti telliefa | 2 | 2 | 1 | 0 | 1 | 6 | 6 | |
1964 | Ma kkwalifikawx | ||||||||
1968 | Finalisti telliefa | 2 | 3 | 1 | 1 | 1 | 2 | 3 | |
1972 | Ma kkwalifikawx | ||||||||
1976 | Ir-raba' post | 4 | 2 | 0 | 0 | 2 | 4 | 7 | |
1980 | Ma kkwalifikawx | ||||||||
1984 | Fażi tal-gruppi | 8 | 3 | 0 | 0 | 3 | 2 | 10 | |
1988 | Ma kkwalifikawx | ||||||||
1992 | Ipprojbiti[d] | ||||||||
Total | Finalisti telliefa | 4/9 | 10 | 2 | 1 | 7 | 14 | 26 |
Noti
immodifika- ^ Bejn l-1994 u l-2003 it-tim nazzjonali Serb irrappreżenta lir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja u mill-2003 sal-2006 irrappreżenta lis-Serbja u Montenegro.
- ^ Il-Jugożlavja ngħatat ir-raba' post minħabba differenza ta' gowls inqas mill-Istati Uniti li ngħataw it-tielet post. L-ebda logħba għat-tielet post ma ntlagħbet.
- ^ It-tlugħ tal-poloz għall-kwalifiki tat-Tazza tad-Dinja tal-1994 saru fit-8 ta' Diċembru 1991. Madanakollu, minħabba l-kollass tal-Jugożlavja u l-kunflitt sussegwenti li seħħew fil-bidu tal-1991, l-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Jugożlavja ma baqgħetx teżisti bħala l-organizzazzjoni tal-futbol tar-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugożlavja. L-organizzazzjoni ġiet eskluża milli tieħu sehem wara s-sanzjonijiet tal-Ġnus Magħquda.[8]
- ^ Sospiżi minħabba r-riżoluzzjoni tal-Ġnus Magħquda kawża tal-Gwerrer Jugożlavi. Posthom ħaduh id-Danimarka.
Referenzi
immodifika- ^ "Историја" [Storja] (bis-Serb). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-09-04.
- ^ "Serbia" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-06-03.
- ^ "1930 FIFA World Cup Uruguay - Awards" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-02-11.
- ^ "Olympic Football Tournament Rome 1960: Yugoslavia - Denmark" (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-22.
- ^ "Riva steers Italy to EURO 1968 final replay win against Yugoslavia" (bl-Ingliż). UEFA. 2003-10-02.
- ^ "1990 FIFA World Cup Italy™: Yugoslavia - Argentina" (bl-Ingliż). FIFA.
- ^ "S/RES/757(1992)" (bl-Ingliż). Ġnus Magħquda.
- ^ "History of the FIFA World Cup Preliminary Competition (by year)" (PDF) (bl-Ingliż). FIFA. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2011-07-17.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Tim nazzjonali tal-futbol tal-Jugożlavja (Yugoslavia national association football team) |