Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1938
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1938 kienet it-tielet edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, kampjonat internazzjonali organizzat mill-FIFA, u din saret fi Franza bejn l-4 u d-19 ta' Ġunju 1938. L-Italja żammet it-tilu mirbuħ fl-edizzjoni preċedenti meta għelbet lill-Ungerija 4–2. It-timijiet tal-Italja tal-1934 u l-1938 saru l-uniċi timijiet li qatt rebħu t-Tazza tad-Dinja taħt l-istess kowċ, Vittorio Pozzo.
Coupe du Monde 1938 | |
---|---|
Kartellun uffiċjali | |
Dettalji tal-kompetizzjoni | |
Pajjiż ospitanti | Franza |
Dati | 4 ta' Ġunju – 19 ta' Ġunju |
Parteċipanti | 15 (minn 4 konfederazzjonijiet) |
Grawnds | 10 (f'10 ibliet ospitanti) |
Pożizzjonijiet finali | |
Rebbieħ | Italja |
It-Tieni post | Ungerija |
It-Tielet post | Brażil |
Ir-Raba' post | Żvezja |
Statistika tal-kompetizzjoni | |
Partiti | 18 |
Gowls skorjati | 84 (4.67 kull logħba) |
Attendenza | 375,700 (20,872 kull logħba) |
L-aqwa skorer(s) | Leônidas (7 gowls) |
← 1934 1950 → |
L-għażla tal-organizzatur
immodifikaFranza ġiet magħżula mill-FIFA f'Berlin fit-13 ta' Awwissu 1936, u ġiet magħżula fuq l-Arġentina u l-Ġermanja fl-ewwel rawnd ta' votazzjoni. Din id-deċiżjoni ma niżlitx tajjeb fl-Amerika t'Isfel fejn kienu tal-fehma li l-organizzatur kien se jalterna bejn iż-żewġ kontinenti; minflok dan kien it-tieni kampjonat konsekuttiv li ntlagħab fl-Ewropa. Dan kien l-aħħar turnew li sar qabel ma faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija.
Kwalifikazzjoni
immodifikaMinħabba r-rabja għad-deċiżjoni li tinżamm it-Tazza tad-Dinja għat-tieni darba konsekuttiva fl-Ewropa, la l-Urugwaj u lanqas l-Arġentina ma daħlu għall-kompetizzjoni, filwaqt li Spanja saru l-ewwel pajjiż li ma tħallewx jikkompetu minħabba li kienu fi gwerra. Din kienet ukoll l-ewwel darba li l-ospiti, Franza, u d-detenturi tat-trofew, l-Italja, ikkwalifikaw awtomatikament. Il-kwalifikazzjoni awtomatika taċ-ċampjins attwali tal-kompetizzjoni baqgħet miżmuma sat-Tazza tad-Dinja tal-2006 meta din ir-regola ġiet abolita.
Mill-erbatax-il post, ħdax ġew mogħtija lil timijiet Ewropej, tnejn lill-Amerika u wieħed lill-Asja. B'riżultat t'hekk, kienu biss tliet pajjiżi barra mill-Ewropa li ħadu sehem, li jinkludu lill-Brażil, il-Kuba u l-Indji Orjentali Olandiżi. Dan kien l-inqas numru barra mill-kontinent ospitanti li qatt ikkompeta f'Tazza tad-Dinja.
L-Awstrija kkwalifikat għat-Tazza tad-Dinja, però wara l-kwalifikazzjoni l-Anschluss waħħdet 'il-Awstrija mal-Ġermanja. B'hekk l-Awstrija rtirat mit-turnew, b'xi plejers Awstrijaċi jissieħbu mal-iskwadra Ġermaniża; l-istilla Awstrijaka Matthias Sindelar irrifjuta li jilgħab f'isem it-tim unifikat.[1] Il-Latvja spiċċat wara l-Awstrija fil-fażi tal-gruppi, però ma ġietx mistiedna biex tipparteċipa, biex b'hekk post l-Awstrija baqa' vojt. B'riżultat t'hekk, l-Iżvezja, li kellha tkun l-ewwel avversarju tal-Awstrija fil-fażi finali, ikkwalifikat awtomatikament għat-tieni rawnd. Dan it-turnew ra l-parteċipazzjoni għall-ewwel u l-aħħar darba (sal-2018) tal-Kuba u l-Indji Orjentali Olandiżi (illum l-Indoneżja). Barra minn hekk kien hemm id-debutt tal-Polonja u n-Norveġja.
Is-sittax-il tim segwenti kkwalifikaw għall-fażi finali, bl-Awstrija tirtira qabel il-bidu:
Stadji
immodifikaĦdax-il stadju f'għaxart ibliet ġew magħżula għal dan it-turnew. Il-logħba f'Lyon ma ntlagħbietx minħabba l-irtirar tal-Awstrija.
Pariġi | Marsilja | Lyon | |
---|---|---|---|
Stade Olympique de Colombes | Parc des Princes | Stade Vélodrome | Stade Gerland (l-unika logħba ġiet imħassra) |
Postijiet: 60,000 | Postijiet: 48,712 | Postijiet: 48,000 | Postijiet: 40,500 |
Toulouse | Bordeaux | Strasburgu | Le Havre |
Stade Chapou | Parc Lescure | Stade de la Meinau | Stade Municipal |
Postijiet: 35,472 | Postijiet: 34,694 | Postijiet: 30,000 | Postijiet: 22,000 |
Reims | Lille | Antibes | |
Vélodrome Municipal | Stade Victor Boucquey | Stade du Fort Carré | |
Postijiet: 21,684 | Postijiet: 15,000 | Postijiet: 7,000 | |
L-avvenimenti
immodifikaGħal din l-edizzjoni l-istess format tal-edizzjoni preċedenti ġie miżmum. Jekk logħba kienet tispiċċa dro wara 90 minuta, 30 minuta ta' ħin supplementari kien jintlagħab. Jekk ir-riżultat jibqa' indaqs, il-logħba kienet terġa' tintlagħab. Din kienet l-aħħar darba li format eliminatorju ġie wżat.
Ħamsa mis-seba' logħbiet mill-ewwel rawnd kellhom bżonn il-ħin barrani biex jiġi deċiż ir-rebbieħ, b'żewġ logħbiet kellhom jerġgħu jintlagħbu. Fiż-żewġ logħbiet li reġgħu ntlagħbu, il-Kuba avvanzat għall-ispejjeż tar-Rumanija, u l-Ġermanja tilfet vantaġġ ta' 2–0 meta sfat megħlubha 4–2 mill-Iżvizzera. Din it-telfa tal-Ġermaniżi, fost atmosfera ostili fil-folla f'Pariġi, skont il-kowċ Sepp Herberger kienet kawża tal-mentalità fqira murija mill-ħames plejers Awstrijaċi;[2] aktar tard, ġurnalista Ġermaniż ikkummenta fuq kif "Ġermaniżi u Awstrijaċi jippreferu jilgħabu kontra xulxin anke meta jkunu fl-istess tim". Din kienet l-unika darba fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja (sal-2014) li l-Ġermanja naqset li tgħaddi mal-aħħar tmienja.
L-Iżvezja kkwalifikaw awtomatikament għall-kwarti tal-finali b'riżultat tal-irtirar tal-Awstrija, u huma komplew biex għelbu lill-Kuba 8–0. L-organizzaturi, Franza, ġew megħluba mill-Italja, u l-Ungerija ttrijonfat fuq l-Iżvizzera. Iċ-Ċekoslovakkja minkejja li żammet lill-Brażil sal-ħin barrani f'Bordeaux, fir-ripetizzjoni tal-konfront tilfet kontra s-Sud-Amerikani 2–1, biċ-Ċekoslovakki jkollhom nieqsa numru ta' plejers fosthom Oldřich Nejedlý u František Plánička li sofrew għadam miksur fl-ewwel logħba. Din kellha tkun l-aħħar logħba fit-Tazza tad-Dinja li qatt reġgħet intlagħbet.
L-Ungerija ma sabux problemi biex jirbħu lill-Iżvezja 5–1 fis-semifinali, filwaqt li l-Italja u l-Brażil kellhom l-ewwel konfront importanti bejniethom fost il-ħafna li segwew matul is-snin. Għal din il-logħba l-Brażil kienet kunfidenti li se tasal sal-finali, tant li xtrat il-biljetti tal-ajru għal Pariġi u serrħet lill-aqwa plejers tagħha Leônidas u Tim. It-Taljani ħarġu rebbieħa 2–1, u l-Brażil kellha tikkunteta bit-tielet post wara r-rebħa ta' 4–2 fuq l-Iżvezja.
Għall-finali li saret fi Stade Olympique de Colombes f'Pariġi, l-Italja mmexxiha minn Vittorio Pozzo ħadet vantaġġ kmieni, però l-Ungeriżi ġabu d-dro żewġ minuti wara. It-Taljani reġgħu ħadu l-vantaġġ ftit wara u daħlu jistrieħu 3–1 fil-vantaġġ. Dan kien wisq għall-Ungeriżi li qatt ma dehru li kienu se jidħlu fil-logħba, u l-partita ntemmet 4–2. L-Italja b'hekk irnexxielha tiddefendi b'suċċess it-titlu u għal darb'oħra ġew inkurunati ċampjins tad-dinja. Mal-wasla tagħhom lura l-Italja, il-President Benito Mussolini ta lill-plejers premju ta' 8,000 Lira, kif stqarr snin wara Pietro Rava.[3] Minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija, it-Tazza tad-Dinja kellha tieqaf għal tnax-il sena, u rritornat fl-1950.
Riżultati
immodifikaL-ewwel rawnd | Kwarti tal-finali | Semifinali | Finali | |||||||||||
5 ta' Ġunju – Marsilja | ||||||||||||||
Italja (ħ.s.) | 2 | |||||||||||||
12 ta' Ġunju – Pariġi (Olympique) | ||||||||||||||
Norveġja | 1 | |||||||||||||
Italja | 3 | |||||||||||||
5 ta' Ġunju – Pariġi (Olympique) | ||||||||||||||
Franza | 1 | |||||||||||||
Franza | 3 | |||||||||||||
16 ta' Ġunju – Marsilja | ||||||||||||||
Belġju | 1 | |||||||||||||
Italja | 2 | |||||||||||||
5 ta' Ġunju – Strażburgu | ||||||||||||||
Brażil | 1 | |||||||||||||
Brażil (ħ.s.) | 6 | |||||||||||||
12 and 14 ta' Ġunju – Bordeaux | ||||||||||||||
Polonja | 5 | |||||||||||||
Brażil | 1 (2) | |||||||||||||
5 ta' Ġunju – Le Havre | ||||||||||||||
Ċekoslovakkja | 1 (1) | |||||||||||||
Ċekoslovakkja (ħ.s.) | 3 | |||||||||||||
19 ta' Ġunju – Pariġi (Olympique) | ||||||||||||||
Netherlands | 0 | |||||||||||||
Italja | 4 | |||||||||||||
5 ta' Ġunju – Reims | ||||||||||||||
Ungerija | 2 | |||||||||||||
Ungerija | 6 | |||||||||||||
12 ta' Ġunju – Lille | ||||||||||||||
Indji Orjentali Olandiżi | 0 | |||||||||||||
Ungerija | 2 | |||||||||||||
4 u 9 ta' Ġunju – Pariġi (Princes) | ||||||||||||||
Żvizzera | 0 | |||||||||||||
Żvizzera | 1 (4) | |||||||||||||
16 ta' Ġunju – Pariġi (Princes) | ||||||||||||||
Ġermanja | 1 (2) | |||||||||||||
Ungerija | 5 | |||||||||||||
5 ta' Ġunju – Lyon | ||||||||||||||
Żvezja | 1 | Logħba għat-tielet post | ||||||||||||
Żvezja | – | |||||||||||||
12 ta' Ġunju – Antibes | 19 ta' Ġunju – Bordeaux | |||||||||||||
Awstrija[a] | – | |||||||||||||
Żvezja | 8 | Brażil | 4 | |||||||||||
5 u 9 ta' Ġunju – Toulouse | ||||||||||||||
Kuba | 0 | Żvezja | 2 | |||||||||||
Kuba | 3 (2) | |||||||||||||
Rumanija | 3 (1) | |||||||||||||
L-ewwel rawnd
immodifika4 ta' Ġunju 1938 17:00 (UTC+1) |
Żvizzera | 1–1 (ħ.s.) | Ġermanja | Parc des Princes, Pariġi Attendenza: 27,152 Referi: John Langenus |
---|---|---|---|---|
Abegglen 43' | Rapport | Gauchel 29' |
5 ta' Ġunju 1938 17:00 (UTC+1) |
Ungerija | 6–0 | Indji Orjentali Olandiżi | Vélodrome Municipal, Reims Attendenza: 9,000 Referi: Roger Conrié |
---|---|---|---|---|
Kohut 14' Toldi 16' Sárosi 25', 88' Zsengellér 30', 67' |
Rapport |
5 ta' Ġunju 1938 |
Żvezja | Irtirata[a] | Awstrija | Stade Gerland, Lyon |
---|---|---|---|---|
5 ta' Ġunju 1938 17:00 (UTC+1) |
Kuba | 3–3 (ħ.s.) | Rumanija | Stade Chapou, Toulouse Attendenza: 7,000 Referi: Giuseppe Scarpi |
---|---|---|---|---|
Socorro 44', 103' Magriñá 69' |
Rapport | Bindea 35' Barátky 88' Dobay 105' |
5 ta' Ġunju 1938 17:00 (UTC+1) |
Franza | 3–1 | Belġju | Stade Olympique de Colombes, Pariġi Attendenza: 30,454 Referi: Hans Wüthrich |
---|---|---|---|---|
Veinante 1' Nicolas 16', 69' |
Rapport | Isemborghs 38' |
5 ta' Ġunju 1938 17:00 (UTC+1) |
Italja | 2–1 (ħ.s.) | Norveġja | Stade Vélodrome, Marsilja Attendenza: 19,000 Referi: Alois Beranek |
---|---|---|---|---|
Ferraris 2' Piola 94' |
Rapport | Brustad 83' |
5 ta' Ġunju 1938 17:30 (UTC+1) |
Brażil | 6–5 (ħ.s.) | Polonja | Stade de la Meinau, Strażburgu Attendenza: 13,452 Referi: Ivan Eklind |
---|---|---|---|---|
Leônidas 18', 93', 104' Romeu 25' Perácio 44', 71' |
Rapport | Scherfke 23' (pen.) Wilimowski 53', 59', 89', 118' |
5 ta' Ġunju 1938 18:30 (UTC+1) |
Ċekoslovakkja | 3–0 (ħ.s.) | Netherlands | Stade municipal, Le Havre Attendenza: 11,000 Referi: Lucien Leclerq |
---|---|---|---|---|
Košťálek 93' Zeman 111' Nejedlý 118' |
Rapport |
- Ripetizzjoni
9 ta' Ġunju 1938 18:00 (UTC+1) |
Ġermanja | 2–4 | Żvizzera | Parc des Princes, Pariġi Attendenza: 20,025 Referi: Ivan Eklind |
---|---|---|---|---|
Hahnemann 8' Lörtscher 22' (awt.) |
Rapport | Walaschek 42' Bickel 64' Abegglen 75', 78' |
9 ta' Ġunju 1938 18:00 (UTC+1) |
Kuba | 2–1 | Rumanija | Stade Chapou, Toulouse Attendenza: 8,000 Referi: Alfred Birlem |
---|---|---|---|---|
Socorro 51' Fernández 57' |
Rapport | Dobay 35' |
Kwarti tal-finali
immodifika12 ta' Ġunju 1938 17:00 (UTC+1) |
Żvizzera | 0–2 | Ungerija | Stade Victor Boucquey, Lille Attendenza: 15,000 Referi: Rinaldo Barlassina |
---|---|---|---|---|
Rapport | Sárosi 40' Zsengellér 89' |
12 ta' Ġunju 1938 17:00 (UTC+1) |
Żvezja | 8–0 | Kuba | Stade du Fort Carré, Antibes Attendenza: 7,000 Referi: Augustin Krist |
---|---|---|---|---|
H. Andersson 9', 81', 89' Wetterström 22', 37', 44' Keller 80' Nyberg 84' |
Rapport |
12 ta' Ġunju 1938 17:00 (UTC+1) |
Franza | 1–3 | Italja | Stade Olympique de Colombes, Pariġi Attendenza: 58,455 Referi: Louis Baert |
---|---|---|---|---|
Heisserer 10' | Rapport | Colaussi 9' Piola 51', 72' |
12 ta' Ġunju 1938 17:00 (UTC+1) |
Brażil | 1–1 (ħ.s.) | Ċekoslovakkja | Parc Lescure, Bordeaux Attendenza: 22,021 Referi: Pál von Hertzka |
---|---|---|---|---|
Leônidas 30' | Rapport | Nejedlý 65' (pen.) |
- Ripetizzjoni
14 ta' Ġunju 1938 18:00 (UTC+1) |
Brażil | 2–1 | Ċekoslovakkja | Parc Lescure, Bordeaux Attendenza: 18,141 Referi: Georges Capdeville |
---|---|---|---|---|
Leônidas 57' Roberto 62' |
Rapport | Kopecký 25' |
Semifinali
immodifika16 ta' Ġunju 1938 18:00 (UTC+1) |
Ungerija | 5–1 | Żvezja | Parc des Princes, Pariġi Attendenza: 20,000 Referi: Lucien Leclerq |
---|---|---|---|---|
Jacobsson 19' (awt.) Titkos 37' Zsengellér 39', 85' Sárosi 65' |
Rapport | Nyberg 1' |
16 ta' Ġunju 1938 18:00 (UTC+1) |
Italja | 2–1 | Brażil | Stade Vélodrome, Marsilja Attendenza: 33,000 Referi: Hans Wüthrich |
---|---|---|---|---|
Colaussi 51' Meazza 60' (pen.) |
Rapport | Romeu 87' |
Finali għat-tielet post
immodifika19 ta' Ġunju 1938 17:00 (UTC+1) |
Żvezja | 2–4 | Brażil | Parc Lescure, Bordeaux Attendenza: 12,000 Referi: John Langenus |
---|---|---|---|---|
Jonasson 28' Nyberg 38' |
Rapport | Romeu 44' Leônidas 63', 74' Perácio 80' |
Finali
immodifika19 ta' Ġunju 1938 17:00 (UTC+1) |
Ungerija | 2–4 | Italja | Stade Olympique de Colombes, Pariġi Attendenza: 45,000 Referi: Georges Capdeville |
---|---|---|---|---|
Titkos 8' Sárosi 70' |
Rapport | Colaussi 6', 35' Piola 16', 82' |
L-aqwa skorers
immodifika- 7 gowls
- 5 gowls
- 4 gowls
- 3 gowls
- 2 gowls
- gowl
- awtogowls
- Sven Jacobsson (kontra l-Ungerija)
- Ernst Lörtscher (kontra l-Ġermanja)
Noti
immodifikaReferenzi
immodifika- ^ Ashdown, John (2014-04-22). "World Cup: 25 stunning moments … No11: Austria's Wunderteam" (bl-Ingliż). The Guardian.
- ^ Hesse-Lichtenberger, Ulrich (2003). Tor!: The Story of German Football (bl-Ingliż). Londra: WSC Books. p. 85. ISBN 095401345X.
- ^ "Addio Rava, Mondiale nel 1938" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport. 2006-11-11.
Ħoloq esterni
immodifika- Franza 1938 fuq FIFA.com
- Lista tar-riżultati fuq RSSSF