Sven Jonasson (twieled fid-9 ta' Lulju 1909 – miet fis-17 ta' Settembru 1984) kien plejer u kowċ tal-futbol Żvediż li kien jilgħab bħala attakkant.

Sven Jonasson
Informazzjoni personali
Twelid9 ta' Lulju 1909(1909-07-09)
BoråsŻvezja
Mewt17 ta' Settembru 1984 (75 sena)
Varberg
RwolAttakkant
Mixtliet
IK Ymer
Karriera professjonali
SninKlabb
1927–1946Elfsborg
Tim nazzjonali
1932–1940Żvezja
Timijiet ikkowċjati
1952–1954Elfsborg

Karriera immodifika

Jonasson qatta' l-karriera kollha tiegħu ma' Elfsborg bid-debutt tiegħu jasal fil-11 ta' Settembru 1927 kontra AIK.[1] L-ewwel gowls tiegħu waslu fil-ġimgħa ta' wara b'doppjetta fil-konfront kontra Stattena.[1] Magħhom rebaħ tliet kampjonati u kien l-aqwa skorer f'żewġ staġuni minnhom: fl-1934 b'20 gowl u fl-1936 b'24 gowl. Jonasson iżomm ir-rekord tal-aktar gowls (252 gowl) u l-aktar numru ta' logħbiet konsekuttivi (334 logħba, 1927–1941) fil-kampjonat Żvediż.[a] Is-serje ġiet miksura minħabba li ġie msejjaħ għall-militar fit-Tieni Gwerra Dinjija.[3] It-total ta' 410 logħbiet li lagħab ma' Elfsborg jagħmluh it-tielet fil-lista ta' plejers skont in-numru ta' preżenzi fil-kampjonat.[4]

Mat-tim nazzjonali Żvediż lagħab 42 logħba u skorja 20 gowl.[5] Hu kien l-awtur tal-ewwel gowl fit-Tazza tad-Dinja għall-Iżvezja fl-edizzjoni tal-1934. Wara disa' minuti skorja gowl kontra l-Arġentina fir-rebħa ta' 3–2. L-Iżvezja waslu sal-kwarti tal-finali fejn ġew eliminati mill-Ġermanja.

Jonasson miet fl-1984 u hu midfun fiċ-ċimiterju ta' Brämhult. Fl-2003 ġie magħżul bħala l-ħames membru fil-Hall of Fame tal-futbol Żvediż.[6]

Unuri immodifika

Elfsborg

Noti immodifika

  1. ^ In-numru jinkludi żewġ logħbiet fl-istaġun 1933–34 kontra Malmö li ġew skwalifikati mill-kampjonat u l-logħbiet tagħhom ma ġewx magħduda fil-klassifika.[1][2]

Referenzi immodifika

  1. ^ a b ċ Gabrielsson, Hans (2003-10-29). "Den störste av dem alla" (bl-Iżvediż). SvenskaFans.com.
  2. ^ Mattsson, Peter (2022-06-30). "Sweden Final Tables 1924/25-1997" (bl-Ingliż). RSSSF.
  3. ^ "Jonasson, Sven". svenskfotboll.se (bl-Iżvediż). Tim nazzjonali tal-Iżvezja.
  4. ^ Rota, Davide (2003-04-20). "Sweden - All-Time Most Matches Played in Allsvenskan" (bl-Ingliż). RSSSF.
  5. ^ Mamrud, Roberto (2022-07-26). "Sweden - Record International Players" (bl-Ingliż). RSSSF.
  6. ^ "Hall of Fame". bolletinen.se (bl-Iżvediż). Sveriges Fotbollshistoriker och Statistiker.

Ħoloq esterni immodifika