Géza Toldi (twieled fil-11 ta' Frar 1909 – miet fis-16 ta' Awwissu 1985) kien plejer u kowċ tal-futbol Ungeriż.

Géza Toldi

Toldi fl-1928
Informazzjoni personali
Twelid11 ta' Frar 1909(1909-02-11)
BudapestImperu Awstro-Ungeriż
Mewt16 ta' Awwissu 1985 (76 sena)
Budapest
Tul1.90 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1927–1939Ferencváros
1939–1941Szegedi
1941–1942Gamma
1942–1943Ferencváros
1945–1946Zuglói MADISZ
Tim nazzjonali
1929–1940Ungerija
Timijiet ikkowċjati
Zuglói MADISZ
1949–1950Vaasan Palloseura
1950–1954Odense Boldklub
1954–1956AGF
1956–1957Zamalek
1957Flyserd IF
1957–1958Belġju
1958–1960K. Berchem Sport
1960–1964AGF
1965–1967Viby IF
1967–1969B1909
1970–1971VSK Aarhus
1972–1975Braedstrup Horsens

Karriera

immodifika

Imwieled bħala Géza Tunigold,[1] hu trabba f'Buda, fid-distrett ta' Nemetvölgy, u beda jilgħab il-futbol ta' età żgħira. L-ewwel lagħab ma' ITE, tim lokali li kien jimmilita fir-raba' diviżjoni tal-kampjonat taż-żgħażagħ u għenhom jirbħu promozzjoni wara oħra sakemm rebħu l-ogħla diviżjoni fl-1928. Il-kumpanija industrijali Magyar Optikai Művek impjegatu bil-kunduzzjoni li jilgħab ukoll mat-tim tal-fabbrika fil-kampjonat tal-kumpanija. Dan it-tim kien jinkludi wkoll lil Gusztáv Sebes li aktar tard mexxa lit-tim nazzjonali Ungeriż fl-era tad-deheb.

Fl-1928, numru ta' timijiet offrewlu li jingħaqad magħhom wara li kien impressjona f'turnew li sar fil-Milied mill-federazzjoni taż-żgħażagħ.[1] Bejn Oradea u Ferencváros, hu għażel lil dawn tal-aħħar u magħhom lagħab għal iktar minn deċennju sal-1939, u sena oħra bejn l-1942 u l-1943. B'kollox lagħab 324 logħba fil-kampjonat Ungeriż u skorja 270 gowl.[2] Mal-Fradi rebaħ erba' kampjonati u kien l-aqwa skorer f'wieħed minnhom b'27 gowl.[3][4] Fost il-gowls jibqgħu mfakkra l-erbgħa li skorja kontra Bologna, ċampjins attwali tal-Italja, fis-semifinali tat-Tazza Mitropa tal-1939: minn taħt 3–1 wara l-ewwel leg, quddiem il-benjamini Ungeriżi, Toldi skorja għal erba' darbiet biex irribalta l-konfront għal rebħa bi skor aggregat ta' 5–4.[1]

Mat-tim nazzjonal lagħab 46 logħba u skorja 25 gowl.[5] L-ewwel logħba u l-ewwel gowl waslu fl-14 ta' April 1929 kontra l-Iżvizzera.[6] Toldi fforma parti mill-iskwadra Ungeriża li ħadet sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-1934 u l-1938, bl-aħħar edizzjoni tasal sal-finali li tilfu kontra l-Italja 4–2. F'dawn iż-żewġ parteċipazzjonijiet skorja tliet gowls, tnejn kontra l-Eġittu fl-1934 u wieħed kontra l-Indji Orjentali Netherlandiżi fl-1938. Man-nazzjonal hu rnexxielu jirbaħ it-Tazza Internazzjonali tal-1936–38, li kienet tinkludi t-tripletta kontra l-Awstrija tas-27 ta' Settembru 1936.[7] F'din il-kompetizzjoni hu jibqa' fost l-aqwa skorers b'għaxar gowls.

Mewt u legat

immodifika

Fl-1973 twaqqaf unur f'ismu fil-klabb ta' Ferencváros li sal-2001 kien jingħata lill-aqwa plejer tal-istaġun tat-tim.[8]

Hu miet fis-16 ta' Awwissu 1985 f'Budapest u jinsab midfun fiċ-ċimiterju ta' Farkasrét. Tifkira tiegħu tinsab f'kamra dedikata għalih fil-kwartieri ġenerali preċedenti tal-klabb.[1]

Ferencváros
Ungerija
Individwali

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d "Toldi Géza". tempofradi.hu (bl-Ungeriż). 2020-08-16. Miġbur 2022-09-22.
  2. ^ "Toldi Géza". nela.hu (bl-Ungeriż). Nemzeti Labdarúgó Archívum. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-05-03. Miġbur 2022-09-22.
  3. ^ "† Toldi Géza (Budapest 1909.02.11 - Budapest 1985.08.16)". magyarfutball.hu (bl-Ungeriż). Miġbur 2022-09-22.
  4. ^ "NB1 bajnokai, gólkirályok, kupagyőztesek". onlyfootball.extra.hu (bl-Ungeriż). Only Football. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-23. Miġbur 2022-09-22.
  5. ^ Mamrud, Roberto (2022-08-09). "Hungary - Record International Players" (bl-Ingliż). RSSSF. Miġbur 2022-09-22.
  6. ^ "Géza Toldi" (bl-Ungeriż). MLSZ. Miġbur 2022-09-22.
  7. ^ Reyes, Macario (2011-04-21). "4th International Cup" (bl-Ingliż). RSSSF. Miġbur 2022-09-22.
  8. ^ "Az FTC díjai, díjazottjai: Toldi vándordíj". tempofradi.hu (bl-Ungeriż). 2009-10-11. Miġbur 2022-09-22.

Ħoloq esterni

immodifika