Tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja (bit-Taljan: Nazionale di calcio dell'Italia) jirrappreżenta lill-Italja fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Federazione Italiana Giuoco Calcio.

Italja
Italja
Psewdonimu Gli Azzurri
Assoċjazzjoni Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC)
Konfederazzjoni UEFA
Kowċ Roberto Mancini
Kaptan Leonardo Bonucci
Rekord ta' preżenzi Gianluigi Buffon (176)
Rekord ta' gowls Gigi Riva (35)
Kodiċi tal-FIFA ITA
L-ewwel kulur
It-tieni kulur
Klassifika tal-FIFA
Pożizzjoni attwali 7 (Awwissu 2022)
L-ogħla 1 (Novembru 1993, Frar 2007, April–Ġunju 2007, Settembru 2007)
L-inqas 21 (Awwissu 2018)
L-ewwel logħba
Italja Italja 6–2 Franza Flag of France (1794–1815, 1830–1974, 2020–present).svg
(Milan, Italja; 15 ta' Mejju 1910)
L-ikbar rebħa
Italja Italja 9–0 Stati Uniti US flag 48 stars.svg
(Brentford, Ingilterra; 2 ta' Awwissu 1948)
L-ikbar telfa
Flag of Hungary (1915-1918, 1919-1946).svg Ungerija 7–1 Italja Italja
(Budapest, Ungerija; 6 ta' April 1924)

L-Italja hija fost l-aktar timijiet nazzjonali ta' suċċess fl-istorja tal-futbol u tat-Tazza tad-Dinja fejn rebħet erba' titli u dehret f'żewġ finali oħra. L-Italja rebħet ukoll żewġ Kampjonati Ewropej u dehret f'żewġ finali oħra ta' dan it-turnew kontinentali.

It-tim huwa magħruf bħala gli Azzurri (il-Koħol) minħabba li l-ikħal huwa l-kulur komuni wżat għat-timijiet nazzjonali tal-Italja u tradizzjonalment huwa l-kulur tad-Dar ta' Savojja li kienet tirrenja fuq ir-Renju tal-Italja. Fl-1938, l-Italja saret l-ewwel tim nazzjonali li żammet it-titlu mirbuħ f'edizzjoni preċedenti u żammitu għal tnax-il sena minħabba l-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija. Minbarra l-prestazzjoni fit-Tazza tad-Dinja, l-Italja rebħet ukoll midalja tad-deheb fl-Olimpjadi.

Ħoloq esterniImmodifika