Ħin barrani

(Rindirizzat minn Ħin supplementari)

Il-ħin supplementari hu perjodu miżjud f'xi logħob tal-futbol jekk l-iskor jibqa' pari fl-aħħar tal-ħin normali.

Il-ħin supplementari jintlagħab biss jekk il-logħba jkollha bżonn rebbieħ ċert, eż. f'kampjonat eliminatorju fejn tim wieħed biss irid jikkwalifika għall-fażi ta' wara. Fil-futbol professjonali jintlagħbu 30 minuta ta' ħin miżjud, li jkunu maqsuma f'żewġ perjodi ta' ħmistax-il minuta kull taqsima. Imma, mhux il-kompetizzjonijiet kollha jinkludu din is-sistemà ta' ħin miżjud; eżempju, il-CONMEBOL storikament qatt ma wżaw il-ħinijiet supplementari f'ebda kompetizzjoni li kienet torganizza, bħal Copa Libertadores (illum, din tuża l-ħin supplementari biss fil-partita finali tal-kompetizzjoni).

Jekk partita bħal din tispiċċa pari anki wara l-ħin miżjud, din tiġi deċiża permezz ta' l-għoti tal-penalties.

Il-ħin supplementari m'għandux ikun konfuż mal-ħin miżjud mir-referì f'kull perjodu minħabba telf ta' ħin għas-sostituzzjonijiet, xi plejers li jkunu weġġgħu jew xi tip ta' telf ta' ħin ieħor.

Ara wkoll

immodifika