Il-Konfederazzjoni tal-Futbol Sud-Amerikan (bl-Ingliż: South American Football Confederation; bil-Franċiż: Confederación Sudamericana de Fútbol) magħrufha aħjar bħala l-CONMEBOL, hi l-amministrazzjoni li tikkontrolla l-futbol ġewwa l-Amerika t'Isfel. Ġeneralment kważi kull tim f'din il-federazzjoni kellu żmien fejn iddomina permezz tal-plejers tiegħu, imma l-Arġentina, l-Brażil u l-Urugwaj huma tradizzjonalment l-aqwa timijiet f'dan il-kontinent, bil-Paragwaj u l-Perù li bdew jiddominaw ix-xena wkoll. It-timijiet tal-CONMEBOL kellhom ħafna suċċessi fit-Tazza tad-Dinja. Bl-erba' postijiet allokati għalihom fit-Tazza tad-Dinja minn 32 huma rnexxielhom jirbħu aktar min-nofs l-edizzjonijiet ta' din il-kompetizzjoni u għal ħafna snin, tnejn mill-ewwel ħamsa tal-klassifika tal-FIFA huma membri tal-CONMEBOL.

CONMEBOL

Membri tal-CONMEBOL huma kkuluriti ħodor
Formazzjoni 9 ta' Lulju 1916
Tip Organizzazzjoni sportiva
Kwartieri ġenerali Paragwaj Luque, Paragwaj
Sħubija 10 assoċjazzjoni nazzjonali
Segretarju Ġenerali Eduardo de Luca
President Nicolás Leoz
Sit elettroniku www.conmebol.com

Ħarsa ġenerali

immodifika

Din il-federazzjoni bdiet fid-9 ta' Lulju 1916, grazzi għall-Urugwajan Héctor Rivadavia Gómez li kien qed iqajjem il-punt għall-bżonn ta' għaqda fil-futbol madwar il-kontinent. L-Arġentina, l-Urugwaj, il-Brażil u ċ-Ċili kienu l-fundaturi. Il-konfederazzjoni kienet fundata waqt li kien qed isir kampjonat tal-futbol Sud-Amerikan ġewwa Buenos Aires bħala parti miċ-ċentinarju tal-Indipendenza tal-Arġentina. Dan il-kampjonat huwa magħruf bħala l-ewwel edizzjoni tal-Copa América.

Il-Paragwaj (1921), il-Perù (1925), il-Bolivja (1926), l-Ekwador (1927), il-Kolombja (1936) u l-Veneżwela (1952) daħlu membri. Illum, il-CONMEBOL tagħmel parti mill-FIFA u tieħu ħsieb tal-attivitajiet kollha tal-futbol li jsiru f'dawn il-pajjiżi membri. Il-kwartieri ġenerali huma f'Luque fil-Paragwaj. Il-president tal-Kumitat Eżekuttiv hu Nicolás Leoz.

Minkejja li l-Gujana, Surinam u l-Gujana Franċiża huma fl-Amerika t'Isfel dawn ma jagħmlux parti tal-CONMEBOL - għal raġunijiet storiċi, kulturali u prinċipalment sportivi l-assoċjazzjonijiet nazzjonali tagħhom jagħmlu parti mill-CONCACAF. Fost il-kompetizzjonijiet tal-CONMEBOL insibu il-Copa Libertadores de América (bħaċ-Champions League tal-Ewropa) u l-Copa Sudamericana (bħall-UEFA Cup tal-Ewropa) li t-tnejn huma għall-klabbs waqt li Copa América għat-timijiet nazzjonali tal-irġiel.

Presidenti tal-CONMEBOL

immodifika
 
Kwartieri ġenerali tal-CONMEBOL f'Luque, fil-Paragwaj

Timijiet nazzjonali

immodifika
  •   Arġentina (wieħed mill-fundaturi tal-CONMEBOL fl-1916)
  •   Bolivja (ingħaqdet mal-CONMEBOL fl-1926)
  •   Brażil (wieħed mill-fundaturi tal-CONMEBOL fl-1916)
  •   Ċili (wieħed mill-fundaturi tal-CONMEBOL fl-1916)
  •   Ekwador (ingħaqad mal-CONMEBOL fl-1927)
  •   Kolombja (ingħaqdet mal-CONMEBOL fl-1936)
  •   Paragwaj (ingħaqad mal-CONMEBOL fl-1921)
  •   Perù (ingħaqad mal-CONMEBOL fl-1925)
  •   Urugwaj (wieħed mill-fundaturi tal-CONMEBOL fl-1916)
  •   Veneżwela (ingħaqdet mal-CONMEBOL fl-1952)

Parteċipazzjoni fit-Tazza tad-Dinja

immodifika

18-il darba

14-il darba

10 darbiet

7 darbiet

 

4 darbiet

3 darbiet

darbtejn

L-uniku pajjiż li għadu qatt ma kkwalifika f'din il-kompetizzjoni minn din il-federazzjoni hi l-Veneżwela. Dan il-pajjiż hu meqjus bħala l-inqas tim kompetittiv fl-assoċjazzjoni, minkejja li f'dawn l-aħħar snin kiber ħafna.

Ħoloq esterni

immodifika