Copa América
Il-Copa América (bl-Ispanjol u l-Portugiż għal "Tazza Amerikana") hi l-kompetizzjoni għat-timijiet nazzjonali tal-irġiel taħt il-konfederazzjoni tal-CONMEBOL (Amerika t'Isfel). Din il-kompetizzjoni hi l-eqdem kompetizzjoni tal-futbol fid-dinja hekk kif din tmur lura lejn l-1916. Il-pajjiżi parteċipanti huma l-Arġentina, il-Brażil, il-Bolivja, iċ-Ċili, l-Ekwador, il-Kolombja, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj u l-Veneżwela. Żewġ timijiet minn konfederazzjonijiet oħra ikomplu l-kwadru ta' tnax-il tim parteċipant: il-Messiku hu pajjiż regolari f'din il-kompetizzjoni wara l-ewwel invit fl-1993. M'hemm l-ebda fażi ta' kwalifikazzjoni: l-għaxar timijiet tal-CONMEBOL jikkompetu bi dritt, u oħrajn b'invit. L-aqwa tim klassifikat fil-kompetizzjoni u li hu membru tal-CONMEBOL għandu d-dritt li jipparteċipa fl-edizzjoni suċċessiva tat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-FIFA, imma mhuwiex obbligat li jagħmel dan.
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1916 |
Sit elettroniku | www.conmebol.com |
Storja
immodifikaIl-Copa América hi l-iktar kompetizzjoni qadima u li għadha attiva fl-istorja tal-kompetizzjonijiet tal-futbol madwar id-dinja. L-ewwel edizzjoni saret nhar it-2 ta' Lulju u s-17 ta' Lulju u kienet mirbuħa mill-Urugwaj, bħala parti mill-kommemorazzjonijiet għaċ-ċentinarju mill-Indipendenza tal-Arġentina. Il-CONMEBOL ġiet iffurmata fil-ġurnata tal-indipendeza tal-Arġentina (9 ta' Lulju). Il-kompetizzjoni kienet tkun ospitata normalment kull sentejn (imma l-intervalli xi kultant inbidlu) sakemm fl-2007, il-CONMEBOL ddeċiedet li l-kompetizzjoni issir kull erba' snin.[1]
Il-kampjonat kien għall-bidu magħruf bħala Campeonato Sudamericano de Selecciones (Kampjonat Sud-Amerikan tat-Timijiet Nazzjonali). Dan l-isem kien użat sal-1975. Bejn l-1975 u fl-1983 il-kompetizzjoni ma ġietx ospitata fl-ebda pajjiż. Il-CONMEBOL fl-1984 iddeċidiet li kull pajjiż li hu parti mill-assoċjazzjoni għandu jospita l-kompetizzjoni. L-ewwel rotazzjoni ġie kompluta fil-Copa América 2007 li ġiet ospitata fil-Veneżwela. It-tieni rotazzjoni ġiet imfassla għas-sena 2011, bil-pajjiżi ospiti jintgħażlu skont l-ordni alfabetiku, fejn jibdew bl-Arġentina.[2]
Mill-1993, żewġ timijiet minn konfederazzjonijiet differenti (preferibilment il-CONCACAF, minħabba l-qagħda ġeografika tagħha) bdew jiġu invitati. Il-pajjiżi invitati kienu l-Kosta Rika (1997, 2001, 2004), il-Ħonduras (2001), il-Ġappun (1999), il-Messiku (1993, 1995, 1997, 1999, 2001, 2004, 2007) u l-Istati Uniti (1993, 1995, 2007).
Riżultati
immodifika(timijiet invitati huma miktuba fil-korsiv)
- Leġġenda:
- pen - wara l-għoti tal-penalties
Statistika
immodifikaRebbieħa
immodifikaDrabi | Pajjiż | Sena/Snin |
---|---|---|
14-il darba | Urugwaj | 1916, 1917, 1920, 1923, 1924, 1926, 1935, 1942, 1956, 1959, 1967, 1983, 1987, 1995 |
14-il darba | Arġentina | 1921, 1925, 1927, 1929, 1937, 1941, 1945, 1946, 1947, 1955, 1957, 1959, 1991, 1993 |
8 darbiet | Brażil | 1919, 1922, 1949, 1989, 1997, 1999, 2004, 2007 |
darbtejn | Paragwaj | 1953, 1979 |
darbtejn | Perù | 1939, 1975 |
darba | Ċili | 2015 |
darba | Kolombja | 2001 |
darba | Bolivja | 1963 |
Apparenzi fil-kompetizzjoni
immodifikaApparenzi | Pajjiż |
---|---|
42 | Urugwaj |
40 | Arġentina |
37 | Ċili |
35 | Paragwaj |
34 | Brażil |
30 | Perù |
26 | Ekwador |
25 | Bolivja |
20 | Kolombja |
16 | Veneżwela |
9 | Messiku |
3 | Kosta Rika Stati Uniti |
1 | Ħonduras Ġappun Ġamajka |
Ospiti
immodifikaDrabi | Pajjiżi | Sena/Snin |
---|---|---|
9 darbiet | Arġentina | 1916, 1921, 1925, 1929, 1937, 1946, 1959, 1987, 2011 |
7 darbiet | Urugwaj | 1917, 1923, 1924, 1942, 1956, 1967, 1995 |
7 darbiet | Ċili | 1920, 1926, 1941, 1945, 1955, 1991, 2015 |
6 darbiet | Perù | 1927, 1935, 1939, 1953, 1957, 2004 |
4 darbiet | Brażil | 1919, 1922, 1949, 1989 |
3 darbiet | Ekwador | 1947, 1959, 1993 |
darbtejn | Bolivja | 1963, 1997 |
darba | Kolombja | 2001 |
darba | Paragwaj | 1999 |
darba | Veneżwela | 2007 |
3 darbiet | Ebda ospitu | 1975, 1979, 1983 |
L-aqwa skorers (ta' kull żmien)
immodifika
|
|
Statistika ġenerali
immodifikaTim | Pti | L | R | P | T | GF | GK | Diff | Rend | |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1 | Arġentina | 368 | 175 | 112 | 32 | 31 | 431 | 168 | +263 | 70.1% |
2 | Urugwaj | 342 | 186 | 104 | 30 | 52 | 386 | 212 | +174 | 61.3% |
3 | Brażil | 315 | 167 | 95 | 30 | 42 | 387 | 191 | +196 | 62.9% |
4 | Paragwaj | 214 | 153 | 61 | 31 | 61 | 242 | 269 | -27 | 46.6% |
5 | Ċili | 187 | 163 | 53 | 28 | 82 | 248 | 297 | -49 | 38.2% |
6 | Perù | 167 | 132 | 41 | 32 | 55 | 193 | 220 | -27 | 42.2% |
7 | Kolombja | 128 | 99 | 36 | 20 | 43 | 121 | 174 | -53 | 43.1% |
8 | Bolivja | 82 | 102 | 19 | 25 | 58 | 97 | 257 | -160 | 26.8% |
9 | Messiku | 61 | 38 | 17 | 10 | 11 | 55 | 44 | +11 | 53.5% |
10 | Ekwador | 61 | 108 | 14 | 19 | 75 | 113 | 297 | -184 | 18.8% |
11 | Veneżwela | 15 | 49 | 2 | 9 | 38 | 34 | 155 | -121 | 10.2% |
12 | Kosta Rika | 11 | 11 | 3 | 2 | 6 | 12 | 21 | -9 | 33.3% |
13 | Ħonduras | 10 | 6 | 3 | 1 | 2 | 7 | 5 | +2 | 55.6% |
14 | Stati Uniti | 8 | 12 | 2 | 2 | 7 | 11 | 21 | -10 | 22.2% |
15 | Ġappun | 1 | 3 | 0 | 1 | 2 | 3 | 8 | -5 | 11.1% |
Referenzi
immodifika- ^ CONMEBOL.com, ed. (14-02-2007). "System and fixture for the 2010 Preliminary Competition are approved" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ CONMEBOL.com, ed. (21-12-2007). "Copa America: a new cycle begins and the revolving calendar remains" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna)
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Copa América |
- Arkivju fuq RSSSF – jinkludi wkoll rapporti estensivi tal-logħob