Tim nazzjonali tal-futbol tal-Messiku

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Messiku (bl-Ispanjol: Selección de fútbol de México) jirrappreżenta lill-Messiku fil-kompetizzjonijiet internazzjonali tal-futbol. It-tim huwa mmexxi mill-Federazzjoni Messikana u huwa membru tal-FIFA u l-CONCACAF.

Messiku
Messiku
Psewdonimu El Tri
Assoċjazzjoni Federación Mexicana de Fútbol
Konfederazzjoni CONCACAF (L-Amerika ta' Fuq)
Kowċ Gerardo Martino
Kaptan Andrés Guardado
Rekord ta' preżenzi Claudio Suárez (177)
Rekord ta' gowls Javier Hernández (52)
Stadju prinċipali Estadio Azteca
Kodiċi tal-FIFA MEX
L-ewwel kulur
It-tieni kulur
Klassifika tal-FIFA
Pożizzjoni attwali 12 (Ġunju 2022)
L-ogħla 4 (Frar – Ġunju 1998, Awwissu 2003, April 2004, Ġunju 2004, Mejju – Ġunju 2006)
L-inqas 40 (Lulju 2015)
L-ewwel logħba
 Gwatemala 2–3 Messiku Messiku
(Belt tal-Gwatemala, Gwatemala; 1 ta' Jannar 1923)
L-ikbar rebħa
Messiku Messiku 13–0 Baħamas 
(Toluca, Messiku; 28 ta' April 1987)
L-ikbar telfa
 Ingilterra 8–0 Messiku Messiku
(Londra, Ingilterra; 10 ta' Mejju 1961)

Il-Messiku ikkwalifika għal sbatax-il Tazza tad-Dinja u hu fost sitt pajjiżi li ilu jikkwalifika b'mod konsekuttiv mill-1994. Huma ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, bl-aqwa riżultat ikun il-kwarti tal-finali miksuba fl-1970 u l-1986, liema saru fil-pajjiż stess.

Storikament, il-Messiku huwa fost l-aktar timijiet nazzjonali ta' suċċess fiż-żona tal-CONCACAF, bi ħdax-il titlu tal-konfederazzjoni, fosthom ħdax-il titlu tal-CONCACAF Gold Cup. Bir-rebħa fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-1999,[1] il-Messiku hu l-unika tim fil-CONCACAF li rebaħ kompetizzjoni uffiċjali tal-FIFA.

Il-futbol fil-Messiku daħal fil-bidu tas-seklu 20 minn gruppi ta' immigranti Ewropej u fis-snin ta' wara minn Spanjoli eżiljati mill-Gwerra Ċivili Spanjola. L-ewwel logħba tal-Messiku saret fl-1 ta' Jannar 1923 kontra l-Gwatemala li huma rebħu 3–2.[2]

 
It-tim nazzjonali Messikan qabel l-ewwel logħba tat-Tazza tad-Dinja tal-1930 kontra Franza.

Fl-1927, ġiet imwaqqfa l-organizzazzjoni uffiċjali li tamministra l-futbol fil-Messiku. L-ewwel kompetizzjoni internazzjonali kienu l-Olimpjadi tal-1928 fejn il-Messiku ġew eliminati fil-kwarti tal-finali minn Spanja.[2] Il-Messiku ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ġewwa l-Urugwaj, fi grupp magħmul mill-Arġentina, ċ-Ċili u Franza. Kienu l-Messiku li lagħbu l-ewwel logħba fl-istorja tal-kompetizzjoni, li kienet telfa ta' 4–1 kontra Franza. Fit-tieni logħba huma tilfu kontra ċ-Ċili, u fl-aħħar logħba kontra l-Arġentina, il-Messiku skorjaw l-ewwel penalty fl-istorja tal-kompetizzjoni, ikkonvertit minn Manuel Rosas.[3]

Qabel l-1970, il-Messiku ftit li xejn ħallew impatt fit-Tazza tad-Dinja, minkejja li kienu l-aqwa tim fin-North American Football Confederation u s-sessur tagħha, il-CONCACAF. Minkejja dan, il-gowler Antonio Carbajal iddistingwa ruħu biex sar l-ewwel plejer li deher f'ħames edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja konsekuttivi.[4] Fuq livell kontinentali huma rebħu l-ewwel titlu fl-1965, bir-rebħ tal-Kampjonat CONCACAF. Fl-1970, ospitaw it-Tazza tad-Dinja u fil-grupp ġabu dro ta' mingħajr gowls kontra l-Unjoni Sovjetika u rebħa ta' 4–0 fuq El Salvador. Fil-fażi ta' wara huma rebħu lill-Belġju, però kellhom ibaxxu rashom għall-finalisti tal-Italja fil-kwarti tal-finali.

Fl-1986, il-Messiku reġgħu ospitaw it-Tazza tad-Dinja. Huma kkwalifikaw mill-fażi tal-gruppi b'żewġ rebħiet kontra l-Belġju u l-Iraq, u dro mal-Paragwaj. Huma rnexxielhom jagħmluha għal darb'oħra sal-kwarti tal-finali wara li għelbu lill-Bulgarija, imma tilfu kontra l-Ġermanja tal-Punent wara l-għoti tal-penalties.

Il-Messiku kienu ġew skwalifikati mit-Tazza tad-Dinja tal-1990 u kompetizzjonijiet oħra internazzjonali wara li wżaw plejers fuq l-età massima għal-logħbiet ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja taż-Żgħażagħ tal-1989. L-iskandlu kien magħruf bħala Cachirules u l-iskwalifika applikat għat-timijiet Messikani ta' kull livell f'kull kompetizzjoni organizzata mill-FIFA għal sentejn.[5]

Rekords individwali

immodifika
Aġġornati sal-5 ta' Ġunju 2022.[6]

L-aktar preżenzi

immodifika
 
Claudio Suárez huwa l-aktar plejer li lagħab bil-flokk tal-Messiku b'177 logħba.
Poż. Plejer Preżenzi Gowls Karriera
1 Claudio Suárez 177 7 1992–2006
2 Andrés Guardado 175 28 2005–
3 Rafael Márquez 147 17 1997–2018
4 Pável Pardo 146 11 1996–2009
Gerardo Torrado 146 6 1999–2013
6 Jorge Campos 130 0 1991–2004
7 Guillermo Ochoa 129 0 2005–
8 Carlos Salcido 124 10 2004–2014
Héctor Moreno 124 5 2007–
10 Ramón Ramírez 121 15 1991–2000

L-aqwa skorers

immodifika
 
Javier Hernández huwa l-aqwa skorer fl-istorja tal-Messiku bi 52 gowl.
Poż. Plejer Gowls Preżenzi Karriera
1 Javier Hernández 52 109 2009–
2 Jared Borgetti 46 89 1997–2008
3 Cuauhtémoc Blanco 38 120 1995–2014
4 Luis Hernández 35 85 1995–2002
Carlos Hermosillo 35 90 1984–1997
6 Enrique Borja 31 65 1966–1975
7 Luís Roberto Alves 30 84 1988–2001
Raúl Jiménez 30 97 2013–
8 Hugo Sánchez 29 58 1977–1998
Luis Flores 29 62 1983–1993
Luis García 29 78 1991–1999

Rekord kompetittiv

immodifika

Tazza tad-Dinja

immodifika
Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
  1930 Fażi tal-gruppi 13 3 0 0 3 4 13
  1934 Ma kkwalifikawx
  1938 Irtiraw
  1950 Fażi tal-gruppi 12 3 0 0 3 2 10
  1954 13 2 0 0 2 2 8
  1958 16 3 0 1 2 1 8
  1962 11 3 1 0 2 3 4
  1966 12 3 0 2 1 1 3
  1970 Kwarti tal-finali 6 4 2 1 1 6 4
  1974 Ma kkwalifikawx
  1978 Fażi tal-gruppi 16 3 0 0 3 2 12
  1982 Ma kkwalifikawx
  1986 Kwarti tal-finali 6 5 3 2 0 6 2
  1990 Ipprojbiti
  1994 L-aħħar sittax 13 4 1 2 1 4 4
  1998 13 4 1 2 1 8 7
    2002 11 4 2 1 1 4 4
  2006 15 4 1 1 2 5 5
  2010 14 4 1 1 2 4 5
  2014 10 4 2 1 1 5 3
  2018 12 4 2 0 2 3 6
  2022 Ikkwalifikaw
      2026 Ikkwalifikaw bħala ospitu
Total Kwarti tal-finali 17/22 57 16 14 27 60 98

CONCACAF Gold Cup

immodifika
Sena Fażi Pożizzjoni L R D T GF GK
  1963 Fażi tal-gruppi 7 3 1 1 1 9 2
  1965 Rebbieħa 1 5 4 1 0 13 2
  1967 Finalisti telliefa 2 5 4 0 1 10 1
  1969 Ir-raba' post 4 5 1 2 2 4 5
  1971 Rebbieħa 1 5 4 1 0 6 1
  1973 It-tielet post 3 5 2 2 1 10 5
  1977 Rebbieħa 1 5 5 0 0 20 5
  1981 It-tielet post 3 5 1 3 1 6 3
1985 Irtiraw biex jospitaw it-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1986
1989 Ipprojbiti
  1991 It-tielet post 3 5 3 1 1 10 5
    1993 Rebbieħa 1 5 4 1 0 28 2
  1996 Rebbieħa 1 4 4 0 0 9 0
  1998 Rebbieħa 1 4 4 0 0 8 2
  2000 Kwarti tal-finali 7 3 1 1 1 6 3
  2002 5 3 2 1 0 4 1
    2003 Rebbieħa 1 5 4 1 0 9 0
  2005 Kwarti tal-finali 6 4 2 0 2 7 4
  2007 Finalisti telliefa 2 6 4 0 2 7 5
  2009 Rebbieħa 1 6 5 1 0 15 2
  2011 Rebbieħa 1 6 6 0 0 22 4
  2013 Semifinali 3 5 3 0 2 8 5
    2015 Rebbieħa 1 6 4 2 0 16 6
  2017 Semifinali 3 5 3 1 1 6 2
      2019 Rebbieħa 1 6 5 1 0 16 4
  2021 Finalisti telliefa 2 6 4 1 1 9 2
Total 11-il titlu 24/26 117 80 21 16 258 71

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Mexico 1999". SuperSport.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-06-16. Miġbur 2022-08-23.
  2. ^ a b "El Comienzo" (bl-Ispanjol). Televisa. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2003-10-04. Miġbur 2022-08-23.
  3. ^ "Six countries entered bidding for first World Cup" (bl-Ingliż). The Times of India. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-06-15. Miġbur 2022-08-23.
  4. ^ "Antonio Carbajal, el eterno Cinco Copas" (bl-Ispanjol). FIFA. 2004-10-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-06-17. Miġbur 2022-08-23.
  5. ^ "Mexico Given Ban In Soccer" (bl-Ingliż). The New York Times. 1988-07-01. Miġbur 2022-08-24.
  6. ^ Mamrud, Roberto (2022-08-12). "Appearances for Mexico National Team" (bl-Ingliż). Rec.Sport.Soccer Statistics Foundation.

Ħoloq esterni

immodifika