Javier Hernández Balcázar

Javier "Chicharito" Hernández Balcázar (Guadalajara, 1 ta' Ġunju 1988) huwa plejer tal-futbol Messikan li jilgħab ma' West Ham United u mat-tim nazzjonali Messikan bħala attakkant.

Javier Hernández
Hertha BSC vs. West Ham United 20190731 (139).jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħJavier Hernández Balcázar
Twelid1 ta' Lulju 1988 (1988-07-01) (33 sena)
Guadalajara, Messiku
Tul1.75 m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliWest Ham United
Numru17
Mixtliet
1997–2006Guadalajara
Karriera professjonali
SninKlabb
2006–2010Guadalajara
2010–2015Manchester United
2014–2015Real Madrid (self)
2015–2017Bayer Leverkusen
2017–West Ham United
Tim nazzjonali
2009–Messiku

Hu hu t-tifel ta' Javier Hernández Gutiérrez u n-neputi ta' Tomás Balcázar, li kienu lkoll eks-plejers internazzjonali Messikani.

KarrieraEdit

KlabbEdit

Hernández iddebutta mal-klabb ta' Guadalajara fir-rebħa ta' 4–0 fuq Necaxa fl-Apertura 2006 fejn kien daħal bħala sostitut għal Omar Bravo fit-82 minuta u kien skorja l-aħħar gowl tal-konfront. Matul dak l-istaġun, fejn fiha lagħab erba' logħbiet, dan kien l-uniku gowl tiegħu. Fl-Apertura 2009, Hernández irnexxielu jispiċċa t-tielet l-aqwa skorer bi ħdax-il gowl minn sbatax-il partita. Għal dan l-istaġun 2009–10 skorja għaxar gowls fi ħdax-il logħba.

Fit-8 ta' April 2010, ġie uffiċjalizzat it-trasferiment ta' Hernández mal-klabb Ingliż ta' Manchester United suġġett għall-permess tax-xogħol.[1] Fis-27 ta' Mejju 2010, hu ngħata l-permess tax-xogħol u t-trasferiment sar uffiċjali fl-1 ta' Lulju.[2] Bħala parti mill-qbil it-tim tal-United lagħab logħba ta' ħbiberija ma' Chivas fil-grawnd il-ġdid nhar it-30 ta' Lulju 2010. Fl-ewwel logħba kompetittiva tiegħu kontra Chelsea mill-Community Shield, hu skorja t-tieni gowl tal-logħba fir-rebħa ta' 3–1. Id-debutt fil-Premier League wasal fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat fis-16 ta' Awwissu, meta ħa post Wayne Rooney. Fid-29 ta' Settembru, sab għall-ewwel ix-xibka għall-ewwel darba meta skorja l-uniku gowl fir-rebħa ta' 1–0 kontra Valencia fil-UEFA Champions League. Hu skorja l-ewwel gowl fil-kampjonat fil-pari ta' 2–2 kontra West Bromwich Albion fis-16 ta' Ottubru. Tmint ijiem wara skorja l-ewwel doppjetta tiegħu hekk kif United ħarġu rebbieħa 2–1 barra minn darhom kontra Stoke City. Matul l-istaġun il-vena tal-gowls kompliet fejn skorja f'kull kompetizzjoni li fiha ħadu sehem, fosthom l-ewwel gowl wara biss 36 sekonda fir-rebħa ta' 2–1 tat-8 ta' Mejju kontra Chelsea, li poġġiet lil United punt wieħed biss 'il bogħod mir-rebħ tat-titlu. Dan il-gowl għamlu l-ewwel plejer li skorja għoxrin gowl għall-klabb fl-ewwel staġun tiegħu mill-istaġun 2001–02 meta Ruud van Nistelrooy kien laħaq l-istess tragward.[3] Hernández temm l-istaġun b'20 gowl u bir-rebħ tal-unur tal-Plejer tas-Sena Sir Matt Busby ivvutat mill-partitarji.[4]

InternazzjonaliEdit

L-ewwel logħba tiegħu mat-tim nazzjonali Messikan waslet fit-30 ta' Settembru 2009 kontra l-Kolombja. L-ewwel gowls tiegħu waslu fl-24 ta' Frar 2010 meta skorja doppjetta fir-rebħa ta' 5–0 fuq il-Bolivja.

Għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2010, Hernández ġie inkluż fost il-lista tat-23 plejer. F'din il-kompetizzjoni lagħab l-ewwel logħba tiegħu meta daħal bħala sostitut fit-73 minuta kontra l-Afrika t'Isfel. Fit-tieni partita tal-grupp kontra Franza, skorja l-ewwel gowl għall-Messiku fir-rebħa ta' 2–0. Għal din il-partita ġie magħżul bħala l-plejer tal-partita. Fis-27 ta' Ġunju 2010, hu ngħata għall-ewwel darba post mal-ewwel ħdax fil-partita mill-aħħar sittax kontra l-Arġentina fejn skorja l-gowl tal-bandiera, fit-telfa ta' 3–1 li fissret l-eliminazzjoni.

Nhar il-5 ta' Ġunju 2011, skorja l-ewwel tripletta tal-karriera tiegħu fir-rebħa ta' 5–0 fuq El Salvador, l-ewwel logħba mill-CONCACAF Gold Cup 2011. Erbat ijiem wara skorja darbtejn oħra kontra l-Kuba, u nhar it-18 ta' Ġunju 2011, Hernández skorja l-gowl tar-rebħa kontra l-Gwatemala biex tefa' lill-Messiku sas-semifinali. Fil-logħba kontra l-Ħonduras tat-22 ta' Ġunju, hu għen lill-Messiku jaċċessaw il-finali meta skorja t-tieni gowl fil-ħin barrani fir-rebħa ta' 2–0. Hernández temm il-Gold Cup bħala l-aqwa skorer b'seba' gowls u ġie magħżul bħala l-aqwa plejer tat-tornew, flimkien mar-rebħa fil-finali kontra l-Istati Uniti.

StatistikaEdit

Statistika korretta sal-10 ta' Marzu 2013[5]

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Kontinentali Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Guadalajara 2006–07 8 1 0 0 1 0 0 0 9 1
2007–08 6 0 0 0 4 0 1 0 11 0
2008–09 22 4 3 0 7 3 0 0 32 7
2009–10 28 21 0 0 0 0 0 0 28 21
Total 64 26 3 0 12 3 1 0 80 29
Manchester United 2010–11 27 13 5 1 3 1 9 4 1 1 45 20
2011–12 28 10 1 0 0 0 7 2 0 0 36 12
2012–13 15 8 5 4 2 1 6 3 28 16
Total 70 31 11 5 5 2 22 9 1 1 109 48
Total tal-karriera 134 57 14 5 5 2 34 12 2 1 189 77

UnuriEdit

KlabbEdit

Guadalajara
Manchester United
Real Madrid

InternazzjonaliEdit

IndividwaliEdit

ReferenziEdit

  1. ^ Communications Dept. (08-04-2010). ManUtd.com (ed.). "Reds agree Hernandez deal" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Tuck, James (27-05-2010). ManUtd.com (ed.). "Chicharito granted work permit" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ Taylor, Daniel (09-05-2011). Guardian.co.uk (ed.). "Manchester United on brink of record 19th title after win over Chelsea" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ Tuck, James (18-05-2011). ManUtd.com (ed.). "Fans honour Hernandez" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ Andrew Endlar. StretfordEnd.co.uk (ed.). "Javier Hernandez" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)

Ħoloq esterniEdit