FA Community Shield
L-FA Community Shield (magħrufa qabel bħala Charity Shield) hija logħba tal-futbol li tintlagħab kull sena bejn ir-rebbieħa tal-kampjonat Ingliż u dawk tal-FA Cup. F'każ li ċ-ċampjins tal-Premier League ikunu rebħu wkoll l-FA Cup, l-avversarju jkun it-tim li jkun ikklassifika fit-tieni post tal-kampjonat.
FA Community Shield | |
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1908 |
Nru. ta' timijiet | 2 |
Reġjun |
Ingilterra Wales |
Ċampjin attwali | Manchester United |
L-aktar rebħiet | Manchester United (20 titlu) |
Sit elettroniku | thefa.com |
Il-finali ssir ġewwa Wembley Stadium, u ċ-ċampjins attwali huma Manchester United li fil-11 ta' Awwissu 2013 rebħu 2–0 lil Wigan Athletic, biż-żewġ gowls jaslu minn Robin van Persie.
Storja
immodifikaIl-Community Shield evolviet mix-Sheriff of London Charity Shield, kompetizzjoni li mill-1898 sal-1905 kienet tlaqqa' l-aqwa tim professjonali Ingliż kontra l-aqwa tim tad-dilettanti. L-isem ġej mill-fatt li l-introjtu minn din il-logħba jingħata b'karità lill-isptarijiet u karitajiet magħżula mill-klabbs parteċipanti, karatterisitka li għadha preżenti sal-ġurnata tal-lum.[1] Il-Football Association Charity Shield, kif kienet magħrufa dak iż-żmien, ġiet immudellata sabiex tieħu post tal-ewwel wara li l-ikbar klabbs tad-dilettanti ma waslux fi qbil mal-FA Ingliża. Il-format il-ġdid kien jinvolvi lir-rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni tal-Football League jaffrontaw lir-rebbieħa tas-Southern League, u l-ewwel logħba li ntlagħbet kienet fl-1908 bejn Manchester United u Queens Park Rangers. Il-partita ntemmet 1–1, u għalhekk kellha terġa' tintlagħab b'Manchester United joħorġu rebbieħa 4–0.
Matul is-snin il-format tal-kompetizzjoni nbidel diversi drabi. Fl-1913, ix-Shield kienet missielta bejn formazzjoni tad-dilettanti u dik tal-professjonisti, waqt li fl-1921 il-kompetizzjoni rat ir-rebbieħa tal-Football League u l-FA Cup jaffrontaw lil xulxin. Il-format kompla jvarja fis-snin għoxrin, dejjem fuq il-linja ta' dilettanti kontra professjonisti, fosthom fl-1927 meta l-professjonisti kienu rappreżentati mid-detenturi tal-FA Cup, Cardiff City, u d-dilettanti minn Corinthian.
Fis-sena 1950, ix-Shield rat jaffrontaw lit-tim nazzjonali Ingliż tat-Tazza tad-Dinja kontra tim tal-FA li kien dar il-Kanada dak is-sajf.[1] Anki fl-1961, is-sena tad-doppjetta domestika tat-Tottenham Hotspur, it-trofew ġie missielet bejn Tottenham u selezzjoni tal-FA imsejħa "Football Association XI".
Mill-1959, il-logħba bdiet tintlagħab fil-bidu tal-istaġun. Il-mistoqsija fuq liema żewġ timijiet jilgħabu għax-Shield f'każ li tim jirbaħ kemm l-FA Cup u l-kampjonat baqgħet hemm. Fl-1971, l-Arsenal saru t-tieni t-tim li għamlu d-Doppjetta minn meta bdiet ix-Shield, imma minħabba li l-logħob skedat ta' qabel l-istaġun huma ma setgħux jieħdu sehem. Leicester City ġew mistiedna bħala ċampjins tat-Tieni Diviżjoni sabiex minflok jilgħabu kontra l-finalisti telliefa tal-FA Cup Liverpool. Huma rnexxielhom jirbħu t-trofew minkejja li qatt qabel ma kienu rebħu l-kampjonat jew l-FA Cup. Fl-1972, ir-rebbieħa tal-kampjonat Derby County u dawk tal-FA Cup Leeds United irrifjutaw li jieħdu sehem fiċ-Charity Shield, u għalhekk Manchester City, li kienu spiċċaw ir-raba' fl-Ewwel Diviżjoni, u ċ-ċampjins tat-Tielet Diviżjoni Aston Villa ġew mistiedna biex jieħdu sehem; Manchester City rebħu 1–0.
Fl-1974, is-segretarju tal-FA Ted Croker, ħoloq il-format attwali bil-partita tintlagħab f'Wembley Stadium bejn iċ-ċampjins attwali tal-kampjonat u l-FA Cup.[1] Fis-snin tmenin u disgħin, jekk konfront kien jispiċċa fi dro, kull tim kien iżomm dan it-trofew sitt xhur kull wieħed; din ġiet irranġata bl-introduzzjoni tal-penalties fl-1993.[1]
Fl-2002, iċ-Charity Commission saret taf li l-Football Association naqset li tilħaq l-obbligazzjonijiet legali taħt il-liġi tal-karità, meta naqset li tispeċika liema flus mill-bejgħ tal-biljetti jmorru għall-karità, u ddum sabiex tagħmel il-pagamenti lill-karitajiet magħżula.[2] B'riżultat t'hekk, il-kompetizzjoni tbiddlilha isimha għal Community Shield.[3]
Rebbieħa
immodifikaSkont is-sena
immodifikaSkont in-numru ta' rebħiet
immodifikaTim | Rebħiet (titli maqsumin) | Snin (* titli li ġew maqsuma) |
---|---|---|
Manchester United | 20 (4) | 1908, 1911, 1952, 1956, 1957, 1965*, 1967*, 1977*, 1983, 1990*, 1993, 1994, 1996, 1997, 2003, 2007, 2008, 2010, 2011, 2013 |
Liverpool | 15 (5) | 1964*, 1965*, 1966, 1974, 1976, 1977*, 1979, 1980, 1982, 1986*, 1988, 1989, 1990*, 2001, 2006 |
Arsenal | 12 (1) | 1930, 1931, 1933, 1934, 1938, 1948, 1953, 1991*, 1998, 1999, 2002, 2004 |
Everton | 9 (1) | 1928, 1932, 1963, 1970, 1984, 1985, 1986*, 1987, 1995 |
Tottenham Hotspur | 7 (3) | 1921, 1951, 1961, 1962, 1967*, 1981*, 1991* |
Chelsea | 4 | 1955, 2000, 2005, 2009 |
Manchester City | 4 | 1937, 1968, 1972, 2012 |
Wolverhampton Wanderers | 4 (3) | 1949*, 1954*, 1959, 1960* |
Leeds United | 2 | 1969, 1992 |
Burnley | 2 (1) | 1960*, 1973 |
West Bromwich Albion | 2 (1) | 1920, 1954* |
Blackburn Rovers | 1 | 1912 |
Bolton Wanderers | 1 | 1958 |
Brighton & Hove Albion | 1 | 1910 |
Cardiff City | 1 | 1927 |
Derby County | 1 | 1975 |
Huddersfield Town | 1 | 1922 |
Leicester City | 1 | 1971 |
Newcastle United | 1 | 1909 |
Nottingham Forest | 1 | 1978 |
Sheffield Wednesday | 1 | 1935 |
Sunderland | 1 | 1936 |
Aston Villa | 1 (1) | 1981* |
Portsmouth | 1 (1) | 1949* |
West Ham United | 1 (1) | 1964* |
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ d "The FA Community Shield history" (bl-Ingliż). TheFA.com. Miġbur 2011-09-19.
- ^ Dronfield, Dylan (2012-03-04). "Charity Shield warning for FA" (bl-Ingliż). The Guardian.
- ^ "FA to rename Charity Shield" (bl-Ingliż). BBC. 2002-02-08.
Ħoloq esterni
immodifika- Sit uffiċjali
- Lista tal-edizzjonijiet fuq RSSSF.com