Iftaħ il-menu prinċipali

Chelsea Football Club huwa klabb tal-futbol Ingliż ibbażat fil-Punent ta' Londra. Iffundat fl-1905, huma jilagħbu fil-Premier League fejn qattgħu l-biċċa l-kbira tal-istorja tagħhom fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż. Il-grawnd ta' Chelsea huwa Stamford Bridge li jesa' 41,837 persuna,[1] grawnd li ilhom jilgħabu fih mill-bidu tal-klabb.

Chelsea
Chelsea crest.png
Ismijiet oħra The Pensioners
The Blues
Fundazzjoni 10 ta' Marzu 1905
Grawnd Stamford Bridge, Londra
(Jesa': 41,837[1])
Proprjetarju Russja Roman Abramovich
President Stati Uniti Bruce Buck
Kowċ Portugall José Mourinho
Kampjonat Premier League
2018–19 3et
Sit elettroniku http://www.chelseafc.com
Darhom
Barra minn darhom

Huma kellhom żewġ perjodi ta' suċċess: l-ewwel wieħed fis-snin sittin għall-bidu tas-snin sebgħin, u t-tieni wieħed lejn it-tmiem tal-disgħinijiet sal-ġurnata tal-lum. Fost it-trofej mirbuħa hemm inklużi erba' titli tal-kampjonat, seba' FA Cups, erba' League Cups u erba' FA Community Shields. F'kompetizzjonijiet kontinentali, il-klabb rebħa żewġ Tazzi tat-Tazez Ewropej, Super Cup Ewropea waħda u UEFA Champions League waħda.[2]

Fl-2003, il-klabb ġie mixtri mill-biljunarju Russu Roman Abramovich.[3]

StorjaImmodifika

 
L-ewwel tim ta' Chelsea f'Settembru 1905

Chelsea kien fundat fl-14 ta' Marzu 1905 fil-pub The Rising Sun (li llum iġib l-isem ta' The Buther's Hook), faċċata tad-daħla prinċipali tal-grawnd ta' Fulham Road, u kienu amessi fil-Football League ftit wara. L-ewwel snin tal-klabb ma tantx raw ħafna suċċessi; l-iktar qrib li waslu biex jirbħu trofew maġġuri kienet il-finali tal-FA Cup fl-1915, fejn tilfu kontra Sheffield United. Chelsea iggwadanjaw reputazzjoni li jixtru plejers ta' isem kbir[4] u li jesprimu futbol divertenti, imma fis-snin bejn iż-żewġ gwere ftit ħallew impatt fuq il-futbol Ingliż.

Fl-1952 kien nominat bħala kowċ l-eks-attakkant tat-tim nazzjonali Ingliż Ted Drake, li beda jimmodernizza l-klabb. Din il-modernizzazzjoni kienet se ssir kemm ġewwa u anki barra l-grawnd. Fost il-provvedimenti li għamel kienet li jneħħi l-logo storiku li kien juri pensjonant ta' Chelsea mill-programm tal-partita, b'mod li ma jibqax aktar użat il-laqam storiku Pensioners ("pensjonati") u jkun sostitwit minn ljun rampanti (Lion Rampant Regardant). Minn dakinhar il-plejers ta' Chelsea bdew jiġu magħrufa bħala The Blues. Barra minn hekk, Drake tejjeb il-moda ta' taħriġ fejn introduċa sessjonijiet ta' eżerċitazzjonijiet bil-ballun, li kien taħriġ rari f'dak iż-żmien fl-Ingilterra, u wassal lill-klabb għall-ewwel rebħa maġġuri – il-kampjonat nazzjonali – fl-1954–55. L-istaġuni segwenti ra l-kreazzjoni tat-Tazza taċ-Ċampjins mill-UEFA, imma t-tim ta' Chelsea kienu persważi mill-Football League u l-FA biex jirtiraw mill-kompetizzjoni qabel ma kienet diġà bdiet.[5]

Is-snin sittin ra l-bidu tat-talent ġuvni ta' Chelsea taħt il-gwida ta' Tommy Docherty. It-tim minn Londra ġġieled għall-unuri matul id-deċennju, u ħafna minnhom waslu qrib ħafna tat-tragward. Fl-istaġun 1964–65, fil-fatt, kienu qedgħin fil-ġirja għat-treble li kienet tinvolvi l-kampjonat, l-FA Cup u l-League Cup, fejn rebħu biss dan it-trofew tal-aħħar.[6] Fi tliet staġuni l-iskwadra kienet megħluba fi tliet semi-finali oħra u kienu finalisti telliefa tal-FA Cup. Fl-1970, Chelsea rebħu l-FA Cup fejn rebħu 2–1 lil Leeds United. Sena wara huma kisbu l-ewwel trofew Ewropew, it-Tazza tat-Tazez Ewropej f'Ateni, fejn rebħu f'ripetizzjoni tal-partita lit-tim ta' Real Madrid.

L-aħħar tas-snin sebgħin u l-bidu tas-snin tmenin kien perjodu mimli avvenimenti għat-tim ta' Chelsea. Proġett ambizzjuż ta' ristrutturazzjoni ta' Stamford Bridge hedded l-istabilità finanzjarja tal-klabb,[7] fejn ġew minjugħa diversi plejers importanti u din ipprovokat ir-relegazzjoni. Problemi oħra kienu kawżati mill-element tal-hooligans li kompla matul dak id-deċennju.[8] It-tim ta' Chelsea, li kienu fl-inqas punt tal-fortuni, kien akkwistat minn Ken Bates għal ċifra nominali ta' £1, anki jekk il-proprjetà legali fuq Stamford Bridge kienet mibjugħha lill-iżviluppaturi mmobiljarji, bir-riskju konkret għall-klabb li jħalli l-proprju stadju.[9] Fuq il-grawnd l-iskwadra marret daqxejn aħjar, fejn reqet viċin għall-ewwel darba għar-relegazzjoni fit-Third Division, imma fl-1983 il-kowċ John Neal kien irnexxielu li jgħaqqad skwadra ta' livell minimu ta' żborsament. Chelsea rebħu s-Second Division fl-1983–84 u stabilixxew lilhom infushom fl-aqwa serje, qabel ma kienu retroċessi għal darb'oħra fl-1988. Reġgħu għamlu r-ritorn fl-aqwa diviżjoni immedjatament wara li rebħu s-Second Division 1988–89.

Wara battalja legali kbira Bates reġa' għaqqad il-proprjetà legali mal-klabb fl-1992, fejn laħqu ftehim mal-iżviluppaturi finanzjarji, li kienu fallew minħabba waqgħa fis-suq.[10] Il-forma ta' Chelsea fil-Premier League il-ġdid ma kienx konvinċenti, minkejja li laħqu l-finali tal-FA Cup tal-1994. Kellu jkun Ruud Gullit, rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb fl-1987, li bħala plejer-kowċ biddel il-fortuni tal-klabb. L-Olandiż żied mal-iskwadra diversi plejers internazzjonali, partikularment Gianfranco Zola. Il-klabb irnexxielu jirbaħ l-FA Cup tal-1997 u jerġa' jsir wieħed mill-aqwa timijiet fil-futbol Ingliż bħalma kien darba. Post Gullit ħadu Gianluca Vialli, li, ukoll bħala plejer-kowċ, wassal lit-tim għar-rebħ fil-League Cup u fit-Tazza tat-Tazez Ewropej fl-1998, fl-FA Cup fis-sena 2000 u fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League 1999–00. Wara l-eżoneru tiegħu minfloku wasal Taljan ieħor, Claudio Ranier, li wassal lil Chelsea fil-finali tal-FA Cup tal-2002 u għall-kwalifikazzjoni għaċ-Champions League fl-2002–03.

F'Ġunju 2003 Bates biegħ il-klabb għal ċifra ta' 60 miljun sterlina għall-biljunarju Russu Roman Abramovich, fejn kompla l-bejgħ tal-aktar klabb Ingliż li jiswa minn kull żmien.[11] Il-proprjetarju l-ġdid ħallas parti kbira mid-dejn ta' £80 miljun tal-klabb, u aktar minn £100 miljun kienu minfuqa għal plejers ġodda. It-tim ta' Ranier ma kiseb l-ebda trofew, u postu ħadu l-kowċ Portugiż José Mourinho, li kien għadu kemm rebaħ iċ-Champions League ma' Porto.

 
Chelsea laħqet għall-ewwel darba il-finali tal-UEFA Champions League 2008.

Fl-2005, fis-sena taċ-ċentinarju tal-klabb, il-Blues rebħu l-Premiership wara nixfa ta' ħamsin sena mill-aħħar titlu nazzjonali, fi staġun rekord (l-inqas numru ta' gowls li laqqat minn fost it-timijiet l-oħra, l-aktar numru ta' rebħiet u l-aktar numru ta' punti miksuba).[12] Mas-suċċess fil-kampjonat kien hemm ukoll ir-rebħa fil-League Cup kontra l-Liverpool bl-iskor ta' 3–2. Fl-2005–06 Chelsea ikkonfermaw lilhom infushom bħala Ċampjins tal-Ingilterra, fejn ugwaljaw ir-rekord ta' 29 rebħa stabbilit fl-istaġun preċedenti. Saret ukoll il-ħames skwadra Ingliża li rebħu t-tieni titlu konsekuttiv wara t-Tieni Gwerra Dinjija u l-ewwel klabb minn Londra li għamel dan wara l-Arsenal lura fl-1933–34.[13] Fis-sena ta' wara, Chelsea rebħu l-FA Cup u l-League Cup.[14][15] imma spiċċaw it-tieni wara Manchester United fil-Premier League.

Fl-20 ta' Settembru 2007, fil-bidu tal-istaġun 2007–08, José Mourinho ħalla lil Chelsea fuq "ftehim kollettiv" u postu ħadu mid-Direttur tal-Futbol Avram Grant.[16][17] Grant wassal lill-iskwadra għat-tieni post fil-kampjonat, għall-finali tal-League Cup li tilfuha kontra Tottenham Hotspur u għall-finali tal-UEFA Champions League, l-ewwel waħda fl-istorja tal-klabb f'din il-kompetizzjoni. Il-partita spiċċat però b'rebħa għal Manchester United permezz tal-għoti tal-penalties. Tliet ijiem wara Grant abbanduna l-bankina ta' Chelsea wara li l-iskadenza tal-kuntratt[18] u kien sostitwit minn Luiz Felipe Scolari fl-1 ta' Lulju 2008.[19]

EmblemaImmodifika

Mill-fundazzjoni tal-klabb, Chelsea kellha erba' emblemi prinċipali, minkejja li kollha sarulhom xi varjazzjonijiet minuri. Fl-1905, Chelsea adottaw l-ewwel emblema bl-immaġini ta' pensjonant ta' Chelsea (suldat Brittaniku), li għenet fil-laqam ta' "pensioners", u baqgħet tintuża' sa nofs seklu wara, minkejja li qatt ma dehret fuq il-flokkijiet. Bħala parti mill-modernizzazzjoni tal-klabb fi żmien Ted Drake mill-1952 'il quddiem, hu insista li l-emblema preżenta tintneħħa u minflok isir waħda ġdida.[20] Għal sena kienet adottata emblema temporanja u sempliċi li kienet tikkonsisti biss mill-inizzjali C.F.C. Fl-1953, l-emblema tbiddlet għal iljun blu iħares lura u f'idejh iżomm bastun, li damet sa tliet deċennji ta' wara. mal-iljun u l-bastun kien hemm ukoll tliet wardiet li kienu jirrapreżentaw lill-Ingilterra u żewġ blalen tal-futbol. Din kienet l-ewwel darba li l-emblema tal-klabb dehret fuq il-flokkijiet, minħabba li l-politika li tpoġġi l-emblema tal-klabb fuq il-flokkijiet kienet adottata biss fil-bidu tas-snin sittin.[20]

Fl-1986, bi proprejatrji ġodda fil-klabb, l-emblema ta' Chelsea reġgħet inbiddlet bħala parti ta' attentat ieħor ta' modernizzazzjoni. Din kienet tikkonsisti minn iljun, b'kulur isfar u mhux blu, bilqiegħda fuq l-inizzjali C.F.C. Din damet għad-dsatax-il sena ta' wara, b'xi modifiki bħal kuluri differenti. Bi proprejatri ġodda u ċ-ċentinarju tal-klabb li kien qed joqrod, bil-kombinazzjoni ta' xi rikjesi min-naħa tal-partitarji biex tiġi restawrata l-emblema tradizzjonali tal-klabb, kien deċiż li din terġa' tinbidel fl-2004. Din kienet adottata għall-bidu tal-istaġun 2005–06 u kien jimmarka r-ritorn tad-disinn il-qadim tal-iljun blu bil-bastun. Bħal emblemi oħra, din ukoll dehret f'kuluri diversi, fosthom l-abjad u kulur id-deheb.

Kuluri soċjaliImmodifika

     
 
 
Il-kuluri tad-dar ta' Chelsea, li kienu wżati mill-1905 sal-1912.

Chelsea minn dejjem libbsu flokkijiet blu, minkejja li għall-bidu huma adottaw kulur aktar ċar mill-verżjoni kurrenti, u b'differenza mill-ġurnata tal-lum huma kienu jilbsu xorts bojod u b'kalzetti blu skuri. Il-flokkijiet blu ċari ma tantx damu, u minflok il-kulur sar blu rjali madwar l-1912.[21] Meta Tommy Dochert sar kowċ fil-bidu tas-snin sittin hu biddel għal darb'oħra l-uniformi, fejn żied xorts blu (li għadhom jintużaw sal-lum) u kalzetti bojod, biex b'hekk ikun jista' jagħmel il-kuluri tal-klabb aktar distiniti hekk kif l-ebda klabb maġġuri ma kellu din il-kombinazzjoni; din l-uniformi ntlibset fl-istaġun 1964-65.[22]

Il-kuluri tradizzjoni ta' Chelsea għal logħob barra mid-dar huma kollha sofor jew bojod b'linja bluna, imma, bħal xi timijiet oħra, huma kellhom ukoll oħrajn li ma tantx kienu komuni. L-ewwel uniformi għal barra minn darhom kienet tikkonsisti minn ta' faxxi suwed u bojod u għal logħba waħda fis-snin sittin, it-tim libes bi strixxi blu u suwed fi stil ta' Inter Milan, għal darb'oħra fi żmien Docherty. Uniformijiet oħra jinkludu uniformi ħadra menta fis-snin tmenin, u b'kaxex ħomor u bojod fil-bidu tas-snin disgħin.[23]

     
 
 
It-tielet uniformi ta' Chelsea fl-istaġun 07/08.

L-uniformi tal-istaġun 2007–08 ta' Chelsea għal logħob barra minn darhom tikkonsisti minn flokk "isfar elettriku" b'linji suwed ħoxnin li jiffurmaw kaxex separati fuq il-flokk. It-tliet strixxi tal-adidas huma suwed, li jkomplu sejrin fuq l-id. Hi milbusa flimkien ma' xorts u kalzetti suwed, imma f'ċerti każijiet jintlibsu xorts u/jew kalzetti "sofor elettriku". L-emblema tal-flokk hi f'kulur "isfar elettriku" u iswed, minflok is-soltu blu, abjad, aħmar u kulur id-deheb. Għall-istaġun 2007–08, hemm ukoll it-tielet uniformi, li hi kollha bajda b'linji bluni u suwed.

L-uniformi ta' Chelsae bħalissa hi magħmula mill-Adidas, li għandu kuntratt li joffri l-uniformi tal-klabb mill-2006 sal-2001. L-isponsor tal-uniformi kurrenti hu Samsung.[24]

StadjuImmodifika

PlejersImmodifika

L-ewwel timImmodifika

Aġġornata fil-31 ta' Awwissu 2013[25]

N. Poż. Plejer
1   G Petr Čech (it-3et kaptan)
2   D Branislav Ivanović
3   D Ashley Cole
4   D David Luiz
5   M Michael Essien
7   M Ramires
8   M Frank Lampard (viċi-kaptan)
9   A Fernando Torres
10   M Juan Mata
11   M Oscar
12   M John Obi Mikel
14   A André Schürrle
15   M Kevin De Bruyne
16   M Marco van Ginkel
N. Poż. Plejer
17   M Eden Hazard
19   A Demba Ba
20   M Josh McEachran
22   M Willian
23   G Mark Schwarzer
24   D Gary Cahill
26   D John Terry (kaptan)
28   D César Azpilicueta
29   A Samuel Eto'o
33   D Tomáš Kalas
34   D Ryan Bertrand
40   G Henrique Hilário
45   D Nathaniel Chalobah

Plejers barra f'selfImmodifika

N. Poż. Plejer
  D Patrick van Aanholt (ma' Vitesse sat-30 ta' Ġunju 2014)
  G Thibaut Courtois (ma' Atlético Madrid sat-30 ta' Ġunju 2014)
  M Christian Atsu (ma' Vitesse sat-30 ta' Ġunju 2014)
  M Gaël Kakuta (ma' Vitesse sat-30 ta' Ġunju 2014)
  A Romelu Lukaku (ma' Everton sat-30 ta' Ġunju 2014)
N. Poż. Plejer
  A Victor Moses (ma' Liverpool sat-30 ta' Ġunju 2014)
  M Marko Marin (ma' Sevilla sat-30 ta' Ġunju 2014)
  A Lucas Piazón (ma' Vitesse sat-30 ta' Ġunju 2014)
  M Oriol Romeu (ma' Valencia sat-30 ta' Ġunju 2014)

Plejer tas-SenaImmodifika

Sena Rebbieħ
1967   Peter Bonetti
1968   Charlie Cooke
1969   David Webb
1970   John Hollins
1971   John Hollins
1972   David Webb
1973   Peter Osgood
1974   Gary Locke
1975   Charlie Cooke
1976   Ray Wilkins
1977   Ray Wilkins
1978   Micky Droy
1979   Tommy Langley
1980   Clive Walker
1981   Petar Borota
1982   Mike Fillery
1983   Joey Jones
1984   Pat Nevin
1985   David Speedie
1986   Eddie Niedzwiecki
1987   Pat Nevin
1988   Tony Dorigo
1989   Graham Roberts
 
Sena Rebbieħ
1990   Ken Monkou
1991   Andy Townsend
1992   Paul Elliott
1993   Frank Sinclair
1994   Steve Clarke
1995   Erland Johnsen
1996   Ruud Gullit
1997   Mark Hughes
1998   Dennis Wise
1999   Gianfranco Zola
2000   Dennis Wise
2001   John Terry
2002   Carlo Cudicini
2003   Gianfranco Zola
2004   Frank Lampard
2005   Frank Lampard
2006   John Terry
2007   Michael Essien
2008   Joe Cole
2010   Didier Drogba
2011   Petr Čech
2012   Juan Mata
2013   Juan Mata

Kowċis prominentiImmodifika

RivalitàImmodifika

Chelsea għandha rivalità kbira mat-tim tal-Fulham minħabba raġunijiet storiċi u loġistiċi. Il-"Cottagers", fil-fatt, huma t-tim tad-distrett ta' Fulham li jikkonfinaw proprju ma' dak ta' Chelsea. Barra minn hekk Stamford Bridge jinsab fid-distrett ta' Fulham.

Rivalità oħra jinkludu dawk kontra l-Arsenal u kontra t-Tottenham. Timijiet oħra ta' Londra, bħall-Millwal u West Ham ma tantx jissimpatizzaw lill-kuġini bluni.

Fuq livell nazzjonali, il-Leeds United hi forsi waħda mill-klabbs l-inqas simpatiċi mal-benjamini ta' Chelsea. Din ir-rivalità kibret mill-finali diskussa tal-FA Cup mirbuħa minn Chelsea. F'dawn l-aħħar snin, Sir Alex Ferguson (kowċ ta' Manchester United) u José Mourinho welldu oppożizzjoni sinjifikattiva bejn iż-żewġ klabbs.

Fuq ambitu kontinetali, mill-2004 iċ-Champions League offriet xenarju prestiġuż għall-isfidi kontra l-Ispanjoli ta' Barcelona, li ħallew effetti fl-ambjenti rispettivi. Anki mal-Liverpool ta' Rafa Benìtez żdiedet rivalità mill-ikbar ma' Chelsea, l-aktar fl-isfida doppja fis-semi-finali taċ-Champions League li raw lir-"Reds" jittrijunfaw dejjem.

Fl-isfida doppja taċ-Champions League kontra l-Barcelona fl-istaġuni 2004–05 u 2005–06, Chelsea rebħu lill-Ispanjoli wara partita emozzjonanti fi Stamford Bridge, fejn hemmhekk twieldet ir-rivalità bejn iż-żewġ klabbs. F'dik l-edizzjoni Chelsea kienu kkwalifikaw. Fis-sena ta' wara, dejjem fiċ-Champions League, Chelsea ħarġu bħala telliefa kontra l-Katalani. Il-protagonista assolut tal-isfida kien Ronaldinho, li kien awtur ta' gowl mill-isbaħ fit-tieni konfront.

UnuriImmodifika

Kompetizzjonijiet domestiċiImmodifika

  • (4) 1954–55, 2004–05, 2005–06, 2009–10 2014/15 2017/18


  • (2) 1983–84, 1988–89

Tazzi domestiċiImmodifika

  • (7) 1970, 1997, 2000, 2007, 2009, 2010, 2012
  • (4) 1965, 1998, 2005, 2007
  • (4) 1955, 2000, 2005, 2009
  • (2) 1986, 1990

Kompetizzjonijiet internazzjonaliImmodifika

  • (3) 1970–1971, 1997–1998
  • (1) 1998

BiblijografijaImmodifika

  • Clive Batty. A Serious Case of the Blues: Chelsea in the 80s. Vision Sports Publishing Ltd, 2004. ISBN 1-905326-02-5
  • Clive Batty. The Chelsea Miscellany. Vision Sports Publishing Ltd, 2005. ISBN 0-9546428-9-9
  • Clive Batty. Kings of the King's Road: The Great Chelsea Team of the 60s and 70s. Vision Sports Publishing Ltd, 2004. ISBN 0-9546428-1-3
  • Scott Cheshire; Levy, Michael. Chelsea Home Programme Guide 1946-1998. Scott Cheshire and Michael Levy. ISBN 0-9533917-0-1
  • Glanvill Glanvill. Chelsea FC: The Official Biography - The Definitive Story of the First 100 Years. Headline Book Publishing Ltd, 2006. ISBN 0-7553-1466-2
  • Rob Hadgraft. Chelsea: Champions of England 1954-55. Desert Island Books Limited, 2004. ISBN 1-874287-77-5
  • Harry Harris. Chelsea's Century. Blake Publishing, 2005. ISBN 1-84454-110-X
  • John Ingledew. And Now Are You Going to Believe Us: Twenty-five Years Behind the Scenes at Chelsea FC. John Blake Publishing Ltd, 2006. ISBN 1-84454-247-5
  • Tony Matthews. Who's Who of Chelsea. Mainstream Publishing, 2005. ISBN 1-84596-010-6
  • Brian Mears. Chelsea: A 100-year History. Chelsea: A 100-year History, 2004. ISBN 1-84018-823-5
  • Brian Mears. Chelsea: Football Under the Blue Flag. Chelsea: A 100-year History, 2002. ISBN 1-84018-658-5
  • Leo Moynihan. Chelsea's Cult Heroes. Know the Score Books, 2005. ISBN 1-905449-00-3

ReferenziImmodifika

  1. ^ a b (Ingliż) Club Information. chelseafc.com. Aċċess tal-URL: 23-02-2012.
  2. ^ (Ingliż) Trophy Cabinet. chelseafc.com. Aċċess tal-URL: 25-01-2007.
  3. ^ (Ingliż) Russian businessman buys Chelsea. BBC, 02-07-2003. Aċċess tal-URL: 11-02-2007.
  4. ^ (Ingliż) Brian Glanville, Little sign of change for Chelsea and their impossible dreams, 10-01-2004.
  5. ^ (Ingliż) Brian Glanville, The great Chelsea surrender, 27-04-2005.
  6. ^ Glanvill, Rick, Chelsea FC: The Official Biography - The Definitive Story of the First 100 Years, , 2006. pġ. pġ. 196 ISBN 0-7553-1466-2
  7. ^ Glanvill, Chelsea FC: The Official Biography, , 2006. pġ. pġ. 84–87
  8. ^ Glanvill, Chelsea FC: The Official Biography, , 2006. pġ. pġ. 143–157
  9. ^ Glanvill, Chelsea FC: The Official Biography, , 2006. pġ. pġ. 89–90
  10. ^ Glanvill, Chelsea FC: The Official Biography, , 2006. pġ. pġ. 90–91
  11. ^ (Ingliż) Steve Rosenberg, Chasing 'Mr Chelski', 24-08-2003.
  12. ^ (Ingliż) Mourinho proud of battling finish, 13-05-2005.
  13. ^ (Ingliż) Matt Barlow, Terry Eyes Back-to-Back Titles.
  14. ^ (Ingliż) Mitchell, Kevin, Something old, new and Blue, 20-05-2007.
  15. ^ (Ingliż) Chelsea 2-1 Arsenal, 25-02-2007.
  16. ^ (Ingliż) Mourinho makes shock Chelsea exit, 20-09-2007.
  17. ^ (Ingliż) Chelsea name Grant as new manager, 20-09-2007.
  18. ^ (Ingliż) Grant leaves Chelsea, 24-05-2008.
  19. ^ (Ingliż) Scolari is new Chlesea manager. chelseafc.com. Aċċess tal-URL: 11-06-2008.
  20. ^ a b (Ingliż) Club Badges. chelseafc.com. Aċċess tal-URL: 21-01-2007.
  21. ^ Glanvill, Rick, Chelsea Football Club: The Official History in Pictures, , 2006. ISBN 0-7553-1467-0 pġ. 212
  22. ^ Mears, Brian, Chelsea: Football Under the Blue Flag, , 2002. pġ. pġ. 42 ISBN 1-84018-658-5
  23. ^ Kull uniformi hi diskussjoni fuq is-sit uffiċjali tal-klabb (Ingliż) Kits. chelseafc.com. Aċċess tal-URL: 01-01-2007.
  24. ^ (Ingliż) Ashling O'Connor, Clubs to cash in on mobile advertising, 02-05-2005.
  25. ^ (Ingliż) First Team Squad List. Chelsea FC. Aċċess tal-URL: 31-08-2012.

Ħoloq esterniImmodifika