Iftaħ il-menu prinċipali

Il-UEFA Champions League 2007–08 kienet it-53 edizzjoni tal-kampjonat massimu tal-futbol Ewropew.

UEFA Champions League 2007–08
Dettalji tal-kompetizzjoni
Dati 18 ta' Settembru 2007 – 21 ta' Mejju 2008
Parteċipanti 32 (minn konfederazzjoni waħda)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ Gold medal blank.svg Ingilterra Manchester United
It-Tieni post Silver medal blank.svg Ingilterra Chelsea
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 125
Gowls skorjati 330 (2.64 kull logħba)
Attendenza 5,380,947 (43,048 kull logħba)
L-aqwa skorer(s) Portugall Cristiano Ronaldo (8 gowls)
L-aqwa plejer Portugall Cristiano Ronaldo

Il-finali ntlagħbet fil-21 ta' Mejju fi Stadju Luzhniki f'Moska, fejn Manchester United lagħbu kontra Chelsea, fejn b'hekk din il-finali kienet l-ewwel waħda fl-istorja tat-Tazza Ewropea bejn żewġ timijiet Ingliżi. Manchester United rebħu 6–5 bil-penalties, wara pari ta' 1–1 wara l-ħin supplementari.

Sistema ta' kwalifikazzjoniImmodifika

76 tim se jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-UEFA Champions League 2007–08 mit-53 assoċjazzjoni membru tal-UEFA. Kull assoċjazzjoni ddaħħal ċertu numru ta' klabbs fiċ-Champions League ibbażati skont il-koeffiċjenti tal-kampjonati; assoċjazzjonijiet ta' koëffiċjent għoli jistgħu jdaħħlu aktar minn assoċjazzjonijiet ta' koeffiċjenti baxx, imma l-ebda assoċjazzjoni tista' ddaħħal aktar minn erba' timijiet. Kull membru tal-UEFA huma garantiti li jkollhom ta' lanqas tim li jikkwalifika, bl-eċċezzjoni ta' Liechtenstein, li ma torganizza l-ebda kampjonat. Nazzjon ġdid se jieħu sehem fl-edizzjoni ta' din is-sena: il-Montenegro, wara s-seperazzjoni tas-Serbja u Montenegro. Iċ-ċampjins minn San Marino u Andorra jipparteċipaw ukoll minn din is-sena. Hawn taħt hi l-iskema ta' kwalifikazzjoni għaċ-Champions League 2007-08:[1]

  • Assoċjazzjonijiet 1-3 (Spanja, Italja, u Ingilterra): 4 timijiet
  • Assoċjazzjonijiet 4-6 (Franza, Ġermanja, u Portugall): 3 timijiet
  • Assoċjazzjonijiet 7-15 (Olanda, Greċja, Russja, Rumanija, Skozja, Belġju, Ukrajna, Repubblika Ċeka, u Turkija): 2 timijiet
  • Assoċjazzjonijiet 16-53: 1 tim

L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)

  • 28 ċampjin minn assoċjazzjonijiet 25-53 (mhux inkluża Liechtenstein)

It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)

  • 14-il rebbieħ mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni
  • 8 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 17-24 (Bulgarija, Iżrael, Norveġja, Awstrija, Serbja, Polonja, Danimarka, u Ungerija)
  • 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post tal-assoċjazzjonijiet 10-15

It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni: (32 tim)

  • 14-il rebbieħ mit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni
  • 7 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 10-16
  • 3 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 7-9
  • 6 timijiet li spiċċaw fit-tielet post minn assoċjazzjonijiet 1-6
  • 2 timijiet li spiċċaw fir-raba' post minn assoċjazzjonijiet 1-3 (AC Milan, it-tim li spiċċa fir-raba' post mill-Italja, bħala ċampjins kurrenti, ikkwalifikaw awtomatikament għall-fażi tal-gruppi.

Fażi tal-gruppi: (32 tim)

  • rebbieħ kurrenti taċ-Champions League
  • 16-il rebbieħ mit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni
  • 9 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 1-9
  • 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 7-9

Rawnds ta' kwalifikazzjoniImmodifika

L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoniImmodifika

Il-poloz kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 29 ta' Ġunju 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fis-17 ta' Lulju u fit-18 ta' Lulju, waqt li t-tieni leg intlagħbu fl-24 ta' Lulju u fil-25 ta' Lulju 2007.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Khazar Lenkoran   2–4   Dinamo Zagreb 1–1 1–3 (ħs)
APOEL   2–3   Bate 2–0 0–3 (ħs)
Sheriff Tiraspol   5–0   Rànger's 2–0 3–0
FH   4–1   HB 4–1 0–0
The New Saints   4–4 (gbd)   Ventspils 3–2 1–2
Pobeda   0–1   FC Levadia 0–1 0–0
Olimpi Rustavi   0–3   Astana 0–0 0–3
Zeta   5–4   FBK Kaunas 3–1 2–3
Murata   1–4   Tampere United 1–2 0–2
F91 Dudelange   5–7   Žilina 1–2 4–5
Linfield   0–1   Elfsborg 0–0 0–1
Derry City[2]   0–2   Pyunik 0–0 0–2
Marsaxlokk   1–9   Sarajevo 0–6 1–3
Domžale   3–1   KF Tirana 1–0 2–1

It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoniImmodifika

Il-poloz kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 29 ta' Ġunju 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fil-31 ta' Lulju u fl-1 ta' Awwissu, waqt li t-tieni leg intlagħbu fis-7 ta' Awwissu u fit-8 ta' Awwissu 2007.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Pyunik   1–4   Shakhtar Donetsk 0–2 1–2
Red Star Belgrade   (gbd) 2–2   FC Levadia 1–0 1–2
Rangers   3–0   Zeta 2–0 1–0
Debrecen   0–1   Elfsborg 0–1 0–0
Zagłębie Lubin   1–3   Steaua Bucureşti 0–1 1–2
Genk   2–2 (gbd)   Sarajevo 1–2 1–0
Ventspils   0–7   Red Bull Salzburg 0–3 0–4
Astana   2–10   Rosenborg 1–3 1–7
FH   2–4   BATE 1–3 1–1
Copenhagen   2–1   Beitar Jerusalem 1–0 1–1 (ħs)
Žilina   0–0 (3–4 p)   Slavia Prague 0–0 0–0 (ħs)
Tampere United   2–0   Levski Sofia 1–0 1–0
Domžale   2–5   Dinamo Zagreb 1–2 1–3
Beşiktaş   4–0   Sheriff Tiraspol 1–0 3–0

It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoniImmodifika

Il-poloz kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 3 ta' Awwissu 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fl-14 ta' Awwissu u fil-15 ta' Awwissu, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-28 ta' Awwissu u fid-29 ta' Awwissu 2007. Rebbieħa f'dawn ir-rawnd ikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi, waqt li l-klabbs telliefa daħlu fl-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA. Minħabba l-mewt ta' Antonio Puerta, l-ewwel leg ta' Sevilla kontra AEK Athens kienet posposta għat-3 ta' Settembru.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
BATE   2–4   Steaua 2–2 0–2
Tampere United   0–5   Rosenborg 0–3 0–2
Spartak Moscow   2–2 (3–4 p)   Celtic 1–1 1–1 (ħs)
Werder Bremen   5–3   Dinamo Zagreb 2–1 3–2
Red Bull Salzburg   2–3   Shakhtar Donetsk 1–0 1–3
Ajax   1–3   Slavia Prague 0–1 1–2
Valencia   5–1   Elfsborg 3–0 2–1
Sarajevo   0–4   Dynamo Kyiv 0–1 0–3
Fenerbahçe   3–0   Anderlecht 1–0 2–0
Rangers   1–0   Red Star Belgrade 1–0 0–0
Toulouse   0–5   Liverpool 0–1 0–4
Benfica   3–1   Copenhagen 2–1 1–0
Lazio   4–2   Dinamo Bucharest 1–1 3–1
Sparta Prague   0–5   Arsenal 0–2 0–3
Zürich   1–3   Beşiktaş 1–1 0–2
Sevilla   6–1   AEK Athens 2–0 4–1

Fażi tal-gruppiImmodifika

Il-poloz itellgħu nhar il-Ħamis, 30 ta' Awwissu 2007 f'Monako. Il-poloz kienu ospitati minn Pedro Pinto u kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. Il-partiti ntlagħbu bejn it-18 ta' Settembru u it-12 ta' Diċembru 2007.

Kriterji ta' spareġġImmodifika

Skont il-paragrafu 6.05 tar-Regolament tal-UEFA għal dan l-istaġun, jekk żewġ skwadri jew aktar jispiċċaw pari fil-punti fl-aħħar tal-logħob tal-fażi tal-gruppi, jiġu applikati l-kriterji li jmiss biex tiġi stabbilita l-klassifika:

  1. l-akbar numru ta' punti miksbun kontra l-iskwadri fil-kwistjoni fil-fażi tal-gruppi;
  2. l-akbar differenza ta' gowls miksuba kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
  3. l-akbar numru ta' gowls skurjati barra mid-dar kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
  4. l-akbar differenza ta' gowls fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
  5. numru akbar ta' gowls skurjati fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
  6. numru akbar ta' punti ta' koëffiċjenti akkumulati mill-iskwadri fil-kwistjoni, kif ukoll mill-assoċjazzjoni, matul il-ħames staġuni ta' qabel
Leġġenda tal-kuluri fit-tabelli tal-gruppi
Timijiet li għaddew mill-fażi tal-gruppi għall-fażi tal-eliminazzjoni
Timijiet eliminati imma li huma aċċettati għat-Tazza UEFA
Timijiet eliminati mill-kompetizzjonijiet Ewropej għall-istaġun

Grupp AImmodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Porto 6 3 2 1 8 7 +1 11
  Liverpool 6 3 1 2 18 5 +13 10
  Marseille 6 2 1 3 6 9 −3 7
  Beşiktaş 6 2 0 4 4 15 −11 6

Grupp BImmodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Chelsea 6 3 3 0 9 2 +7 12
  Schalke 04 6 2 2 2 5 4 +1 8
  Rosenborg 6 2 1 3 6 10 −4 7
  Valencia 6 1 2 3 2 6 −4 5

Grupp ĊImmodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Real Madrid 6 3 2 1 13 9 +4 11
  Olympiacos 6 3 2 1 11 7 +4 11
  Werder Bremen 6 2 0 4 8 13 −5 6
  Lazio 6 1 2 3 8 11 −3 5

Grupp DImmodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Milan 6 4 1 1 12 5 +7 13
  Celtic 6 3 0 3 5 6 −1 9
  Benfica 6 2 1 3 5 6 −1 7
  Shakhtar Donetsk 6 2 0 4 6 11 −5 6

Grupp EImmodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Barcelona 6 4 2 0 12 3 +9 14
  Lyon 6 3 1 2 11 10 +1 10
  Rangers 6 2 1 3 7 9 −2 7
  Stuttgart 6 1 0 5 7 15 −8 3

Grupp FImmodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Manchester United 6 5 1 0 13 4 +9 16
  Roma 6 3 2 1 11 6 +5 11
  Sporting 6 2 1 3 9 8 +1 7
  Dynamo Kyiv 6 0 0 6 4 19 −15 0

Grupp GImmodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Internazionale 6 5 0 1 12 4 +8 15
  Fenerbahçe 6 3 2 1 8 6 +2 11
  PSV Eindhoven 6 2 1 3 3 6 −3 7
  CSKA Moscow 6 0 1 5 7 14 −7 1

Grupp HImmodifika

Tim L R P T GF GK DG Pti
  Sevilla 6 5 0 1 14 7 +7 15
  Arsenal 6 4 1 1 14 4 +10 13
  Slavia Praha 6 1 2 3 5 16 −11 5
  Steaua Bucureşti 6 0 1 5 4 10 −6 1

Fażi eliminatorjaImmodifika

Mill-aħħar sittax li kkwalifikaw għas-semifinali, il-klabbs jilgħabu żewġ logħbiet waħda ġewwa darhom u l-oħra barra minn darhom bl-istess regoli bħal fil-fażi ta' kwalifikazzjoni jiġu applikati. Fl-aħħar sittax, ir-rebbieħa tal-gruppi jilgħabu kontra klabbs li spiċċaw fit-tieni u mhux ma' timijiet li huma mill-istess gruppi jew nazzjon.

Il-poloz tal-ewwel fażi (dik tal-aħħar sittax) kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Diċembru 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Giorgio Marchetti, id-direttur tal-UEFA tal-futbol professjonali.

Il-poloz tal-kwarti tal-finali u tas-semifinali kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 14 ta' Marzu 2008 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Rinat Dasayev, l-ambaxxatur tal-finali ta' Moska. Il-kontra tal-fażi tal-aħħar sittax, minn din il-fażi 'l quddiem, it-timijiet jistgħu jiltaqgħu ma' timijiet tal-istess grupp jew tal-istess pajjiż.

  L-aħħar Sittax Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                                         
   Schalke 04 (p) 1 0 1(4)  
   Porto 0 1 1(1)  
     Schalke 04 0 0 0  
     Barcelona 1 1 2  
   Celtic 2 0 2
   Barcelona 3 1 4  
     Barcelona 0 0 0  
     Manchester United 0 1 1  
   Roma 2 2 4  
   Real Madrid 1 1 2  
     Roma 0 0 0
     Manchester United 2 1 3  
   Lyon 1 0 1
   Manchester United 1 1 2  
     Manchester United (p) 1(6)
     Chelsea 1(5)
   Arsenal 0 2 2  
   Milan 0 0 0  
     Arsenal 1 2 3
     Liverpool 1 4 5  
   Liverpool 2 1 3
   Internazionale 0 0 0  
     Liverpool 1 2 3
     Chelsea (ħs) 1 3 4  
   Fenerbahçe (p) 3 2 5(3)  
   Sevilla 2 3 5(2)  
     Fenerbahçe 2 0 2
     Chelsea 1 2 3  
   Olympiacos 0 0 0
   Chelsea 0 3 3  

L-aħħar sittaxImmodifika

L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fid-19 ta' Frar u fl-20 ta' Frar, waqt li t-tieni leg intlagħbu fl-4 ta' Marzu u fil-5 ta' Marzu 2008. Minħabba li Milan u Inter Milan jaqsmu l-istess grawnd, it-tieni leg tal-logħba bejn Inter Milan u Liverpool tmexxiet għall-11 ta' Marzu.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Celtic   2–4   Barcelona 2–3 0–1
Lyon   1–2   Manchester United 1–1 0–1
Schalke 04   1–1 (4–1p)   Porto 1–0 0–1 (ħs)
Liverpool   3–0   Internazionale 2–0 1–0
Roma   4–2   Real Madrid 2–1 2–1
Arsenal   2–0   Milan 0–0 2–0
Olympiacos   0–3   Chelsea 0–0 0–3
Fenerbahçe   5–5 (3–2p)   Sevilla 3–2 2–3 (ħs)

Kwarti tal-finaliImmodifika

L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fl-1 ta' April u fit-2 ta' April, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-8 ta' April u fid-9 ta' April 2008.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Arsenal   3–5   Liverpool 1–1 2–4
Roma   0–3   Manchester United 0–2 0–1
Schalke 04   0–2   Barcelona 0–1 0–1
Fenerbahçe   2–3   Chelsea 2–1 0–2

SemifinaliImmodifika

L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fit-22 ta' April u fit-23 ta' April, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-29 ta' April u fit-30 ta' April 2008.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Liverpool   3–4   Chelsea 1–1 2–3 (ħs)
Barcelona   0–1   Manchester United 0–0 0–1

FinaliImmodifika

Il-finali tal-UEFA Champions League 2008 intlagħbet fil-21 ta' Mejju 2008 fil-Luzhniki Stadium f'Moska, ir-Russja. Il-finali kienet bejn Manchester United u Chelsea, fejn din kienet l-ewwel finali fejn iż-żewġ kontestanti kienu mill-Ingilterra.

United rebħu l-logħba 6-5 bil-penalties wara li l-partita spiċċat pari ta' 1-1. Cristiano Ronaldo fetaħ l-iskor fis-26 minuta, qabel ma' Frank Lampard kiseb il-pari ftit qabel it-tmiem tal-ewwel taqsima. Ryan Giggs daħal bħala sostitut lejn l-aħħar tat-tieni taqsima fejn għamel is-759 apparenza fil-flokk ta' Manchester United, fejn stabilixxa rekord ġdid. Kmieni fil-ħin supplementari, Giggs kellu xutt salvat fuq il-linja minn John Terry. Lejn nofs it-tieni taqsima tal-ħin supplementari, kien hemm konfużjoni sħiħa li kienet tinvolvi lill-biċċa l-kbira tat-22 plejer fuq il-grawnd, u Didier Drogba ġie mkeċċi wara li ta daqqa ta' ħarta lil Nemanja Vidić quddiem ir-referì.

L-iskor baqa' l-istess, u l-partita marret għall-għoti tal-penalties. Chelsea marru fil-vantaġġ fit-tieni rawnd meta Cristiano Ronaldo ra l-penalty salvat minn Petr Čech, fejn ta ċ-ċans lil John Terry li jrebbaħ it-tazza lil Chelsea fil-ħames penalty. Madanakollu, il-kaptan ta' Chelsea x'ħin kien se jagħti żelaq u l-ballun ħabat mal-lasta u mar barra. Ryan Giggs skorja s-sebgħa penalty, qabel ma' Edwin van der Sar salva l-penalty minn Nicolas Anelka biex inkuruna lil Manchester United bħala ċampjins tal-Ewropa għat-tielet darba.

Manchester United irrapreżentaw lill-Ewropa fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2008.

21 ta' Mejju 2008
20:45
Manchester United   1 – 1 (ħs)   Chelsea Luzhniki Stadium, Moska
Attendenza: 67,310
Referi:   Ľuboš Micheľ
Ronaldo   26' Rapport Lampard   45'
  Penalties  
  Tévez  
Carrick  
Ronaldo  
Hargreaves  
Nani  
Anderson  
Giggs  
6 – 5   Ballack
  Belletti
  Lampard
  A. Cole
  Terry
  Kalou
  Anelka
 

RebbieħImmodifika

Rebbieħ tal-UEFA Champions League 2007–08
 
Manchester United FC
It-tielet titlu

L-aqwa skorersImmodifika

L-aqwa skorers tal-UEFA Champions League 2007–08 (il-fażi tal-gruppi u l-fażi eliminatorja biss) huma:[3]

Poż. Isem Klabbs Gowls Ħin ta' logħob
1   Cristiano Ronaldo   Manchester United 7 1062'
2   Lionel Messi   Barcelona 6 756'
  Fernando Torres   Liverpool 906'
  Didier Drogba   Chelsea 1072'
  Steven Gerrard   Liverpool 1145'
4   Ryan Babel   Liverpool 5 619'
  Zlatan Ibrahimović   Inter Milan 626'
  Frédéric Kanouté   Sevilla 715'
  Raúl González   Real Madrid 716'
  Deivid de Souza   Fenerbahçe 844'
  Dirk Kuyt   Liverpool 893'

ReferenziImmodifika

  1. ^ Bert Kassies (Frar 2007). Il-lista ta' aċċess għat-Tazza taċ-Ċampjins
  2. ^ Shelbourne rebħu l-Football League of Ireland 2006 imma ma applikaw għal liċenzja tal-UEFA biex jieħdu sehem fiċ-Champions League. (Ingliż) "Shels relinquish Champions League place". RTÉ Sport, 20-06-2007
  3. ^ L-aqwa skorers - uefa.com

Ħoloq esterniImmodifika