Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq
Il-Maċedonja ta' Fuq ( ˌmæsɨˈdoʊniə (għajnuna·info) Maċedonjan: Северна Македонија), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq (Maċedonjan:Република Северна Македонија), huwa pajjiż interkjuż li jinsab fil-Punent ċentrali tal-peniżola Balkana fl-Ewropa tax-Xlokk. Il-pajjiż kien wieħed mill-istati suċċessuri tal-eks Jugożlavja, li minnha ddikjaraw l-indipendenza fl-1991. Hija saret membru tan-Nazzjonijiet Uniti f'Settembru tal-1993. Bejn din is-sena sa Frar tal-2019, bħala riżultat ta' tilwima mal-Greċja fuq l-isem tagħha, kienet iddaħħlet taħt ir-referenza provviżorja tal-Eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja,[5][6] xi drabi mqassra bħala FYROM (mill-Ingliż Former Yugoslav Republic of Macedonia).[7] F'Ġunju tal-2018, il-Maċedonja u l-Greċja ffirmaw it-Trattat ta' Prespa li rriżolva t-tilwima ta' isem il-pajjiż, fejn il-Maċedonja aċċetta li l-isem uffiċċjali tal-pajjiż isir ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Dan il-bdil fl-isem beda jieħu effett mit-12 ta' Frar 2019 'il quddiem.
Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq Република Северна Македонија Republika Severna Makedonija |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
|
||||||
Innu nazzjonali: Денес над Македонија Denes nad Makedonija Illum aktar minn Maċedonja |
||||||
![]() |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Skopje 40°0′N 21°26′E / 40°N 21.433°E
| |||||
Lingwi uffiċjali | Maċedonjan | |||||
Gvern | Repubblika parlamentari | |||||
- | President | Stevo Pendarovski | ||||
- | Prim Ministru | Zoran Zaev | ||||
- | Kelliem tal-Parlament | Talat Xhaferi | ||||
Indipendenza | mill-Jugożlavja | |||||
- | Iddikjarata | 8 ta' Settembru 1991 | ||||
- | Rikonoxxuta uffiċjalment | 8 ta' April 1993 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 25,713 km2 (148) 9,779 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 1.9 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2011[2] | 2,058,539 (146) | ||||
- | ċensiment tal- | 2,022,547[1] | ||||
- | Densità | 80.1/km2 (122) 210.5/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $22.147 biljun[3] | ||||
- | Per capita | $10,718[3] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2011 | |||||
- | Total | $10.198 biljun[3] | ||||
- | Per capita | $4,935[3] | ||||
IŻU (2013) | ▲ 0.728[4] (għoli) (78) | |||||
Valuta | denar Maċedonjan (MKD ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | +389 | |||||
TLD tal-internet | .mk |

Il-pajjiż huwa mdawwar bl-art, billi jmiss mal-Kosovo fil-Majjistral, is-Serbja fit-Tramuntana, il-Bulgarija fil-Lvant, il-Greċja fin-Nofsinhar u l-Albanija fil-Punent.[8] Hija tikkostitwixxi madwar in-nofs tal-akbar reġjun tal-Maċedonja ġeografiku, li jinkludi wkoll partijiet tal-Greċja u l-Bulgarija. Il-belt kapital tal-pajjiż hija Skopje, bi 506,926 abitant skont iċ-ċensiment tal-2002. Bliet oħra jinkludu lil Bitola, Kumanovo, Prilep, Tetovo, Ohrid, Veles, Štip, Kočani, Gostivar, Kavadarci u Strumica. Hija għandha aktar minn 50 lag u sittax-il muntanja ogħla minn 2,000 m (6,562 ft). Il-Maċedonja ta' Fuq hija membru tan-NU u l-Kunsill tal-Ewropa. Minn Diċembru 2005 kienet ukoll kandidat għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea u applikat għas-sħubija man-NATO.
Adeżjoni fl-Unjoni Ewropea immodifika
L-applikazzjoni tar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq għas-sħubija fl-UE ġiet ippreżentata fit-22 ta' Marzu 2004.
Il-Kummissjoni Ewropea tat opinjoni pożittiva fid-9 ta' Novembru 2005.
F'Diċembru 2005, il-Kunsill Ewropew ta lill-pajjiż l-istatus ta' kandidat.
Fit-18 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta s-Sħubija għall-Adeżjoni riveduta mal-Maċedonja ta' Fuq.
Il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat għall-ewwel darba li jinfetħu negozjati tal-adeżjoni mar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq f'Ottubru 2009. Fl-2015 u fl-2016, ir-rakkomandazzjoni saret suġġetta għall-implimentazzjoni kontinwa tal-ftehim ta' Pržino u suġġetta għall-progress sostanzjali fl-implimentazzjoni tal-“Prijoritajiet Urġenti ta' Riforma”.
F'Ġunju 2018, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li fihom qabel li jwieġeb b'mod pożittiv għall-progress li sar mir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq, u stabbilixxa t-triq biex jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni f'Ġunju 2019, skont il-progress li sar f'ċerti oqsma ewlenin, bħar-riforma ġudizzjarja, ir-riforma tas-servizzi ta' intelligence u tas-sigurtà u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika.
F'Ġunju 2019, il-Kunsill iddiskuta l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta' Mejju 2019 dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE u r-rapport dwar ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Fid-dawl taż-żmien limitat disponibbli u l-importanza tal-kwistjoni, huwa ddeċieda li jerġa' lura, sa mhux aktar tard minn Ottubru 2019, għall-kwistjoni tal-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni mal-pajjiż, bil-ħsieb li tintlaħaq deċiżjoni ċara u sostantiva.
Fil-15 ta' Ottubru 2019, il-Kunsill iddiskuta t-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni fir-rigward tal-Albanija u r-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Wara d-diskussjoni, il-presidenza ħarġet konklużjonijiet proċedurali fejn innotat li l-Kunsill ser jiddiskuti l-kwistjoni wara l-Kunsill Ewropew ta' Ottubru.
Il-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Ottubru 2019 iddeċieda li jerġa' lura għall-kwistjoni tat-tkabbir qabel is-summit UE-Balkani tal-Punent f'Zagreb, f'Mejju 2020.
Fl-24 ta' Marzu 2020, il-ministri għall-affarijiet Ewropej qablu politikament li jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija u mar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Fil-25 ta' Marzu, il-konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni ġew formalment adottati bi proċedura bil-miktub. Fis-26 ta' Marzu, il-membri tal-Kunsill Ewropew approvaw il-konklużjonijiet.
-
Ohrid
-
Ohrid
-
Ohrid
-
Ohrid
-
Ohrid, Mużew fuq l-Ilma/Upper Water Museum/Musoe sobre el Agua
-
Samoilova Ohrid Kastell
-
Ohrid
-
Ohrid bil-lejl. L-isem antik tal-belt kien Lychnidos, li probabbilment ifisser "belt tad-dawl". (Ġie wkoll imlaqqam bħala Ġerusalemm Balkani, Ġerusalemm tal-Maċedonja, Ġerusalemm ewropea)
-
Il-veduta panoramiċi tal-Knisja ta' San Ġwann (San Juan/Saint Juan) fil Kaneo Ohrid inbniet qabel 1447 għandha pjanta arkitettoniku kurċiformi nbniet fil-forma ta' salib, b'bażi rettangolari. Go fiha-Lago/Lag Ohrid Lake
-
Kočani (28333 hab)
-
Македонска Каменица/Makedonska Kamenica (11500 hab)
-
Делчево/Delčevo (5147 hab)
-
Osogovska Planina / Muntajna Osogovska Mountain
-
Trattat ta' Ohrid/Ohrid Agreement/Acuerdo de Ohrid (Охридски рамковен договор/Ohridski ramkoven dogovor/Marrëveshja e Ohrit) fit-13 ta' Awwisu 2001u li temm il-kunflitt etniku armat bejn il-forzi Albaniżi tal-Armata tal-Ħelsien tal-Kosovo u l-Forzi tas-Sigurtà tal-Maċedonja
Referenzi immodifika
- ^ State Statistical Office of the Republic of Macedonia (ed.). "Census of Population, Households and Dwellings in the Republic of Macedonia, 2002 – Book XIII, Skopje, 2005" (PDF).
- ^ Population from the State Statistical Office.
- ^ a b ċ d International Monetary Fund (ed.). "Maċedonja".
- ^ Nazzjonijiet Uniti, ed. (2013). "Human Development Report 2013" (PDF).
- ^ United Nations, A/RES/47/225, 8 ta' April 1993
- ^ Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 817 tas-7 ta' April u 845 Ġunju 18 tal-1993, ara UN resolutions made on 1993
- ^ FYROM fuq un.org
- ^ Ir-Repubblika tal-Maċedonja – Fatti Basiċi, Repubblika tal-Maċedonja, Ministeru tal-affarijiet barranin
Ħoloq esterni immodifika
- Maċedonja ta' Fuq, Kunsill tal-Unjoni Ewropea