Gżejjer Faroe
Il-Gżejjer Faroe (Faroiż:Føroyar) huma grupp ta' gżejjer u arċipelagu li qegħdin taħt is-sovranità tar-Renju Daniż, huma jinsabu bejn il-Baħar Norveġiż u l-Oċean Atlantiku tat-tramuntana, kważi nofs triq bejn in-Norveġja u l-Iżlanda. Iż-żona totali ta' dawn il-gżejjer hija, bejn wieħed u ieħor ta'1,400 kilometru kwadru, b'popolazzjoni li tammonta għal madwar 50,000 ruħ skont iċ-ċensiment li sar fl-2010. Il-Gżejjer Faroe huma awtonomi, voldieri huwa stat li jmexxi lilu nnifsu mingħajr ma jindaħallu stat ieħor fl-affarijiet interni, u dawn il-gżejjer ilhom taħt id-Danimarka sa mill-1948.
Gżejjer Faroe | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Innu nazzjonali: Tú alfagra land mítt |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Tórshavn 62°00′N 06°47′W / 62°N 6.783°W
| |||||
Lingwi uffiċjali | Faroiż · Daniż | |||||
Gvern | Demokrazija parlamentari taħt monarkija kostituzzjonali | |||||
- | Monarka | Frederik X | ||||
- | Kummissarju Għoli | Dan M. Knudsen | ||||
- | Prim Ministru | Aksel V. Johannesen | ||||
Leġislatura | Løgting | |||||
Awtonomija fi ħdan ir-Renju tad-Danimarka | ||||||
- | Unifikata man-Norveġja | 1035 | ||||
- | Ċeduta lid-Danimarka | 14 ta' Jannar 1814 | ||||
- | Regola interna | 1 ta' April 1948 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 1,399 km2 (180) 540 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 0.5 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-206 | 49,709[1] (206) | ||||
- | ċensiment tal-2011 | 48,351 | ||||
- | Densità | 35.5/km2 91/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $1.642 biljun | ||||
- | Per capita | $33,700 | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2008 | |||||
- | Total | $2.45 biljun | ||||
- | Per capita | $50,300 | ||||
IŻU (2013) | 0.8951 (għoli ħafna) (15) | |||||
Valuta | Krone Faroiż (DKK ) |
|||||
Żona tal-ħin | WET (UTC+0) | |||||
Kodiċi telefoniku | +298 | |||||
TLD tal-internet | .dk | |||||
1 | Informazzjoni tad-Danimarka tinkudi l-Gżejjer Faroe u l-Groenlandja. |
Matul is-snin, il-poplu Faroiż ħa kontroll tal-kwistjonijiet domestiċi. Dawk l-oqsma li baqgħu kkonsidrati bħala r-responsabbilità tad-Danimarka huma: id-difiża militari, il-pulizija, il-gustizzja u l-ministeru tal-affarijiet barranin. Il-Gżejjer Faroe għandhom ukoll, ir-rappreżentanti tagħhom fil-Kunsill Nordiku, bħala membri tad-delegazzjoni Daniża. Il-gżejjer kienu assoċjati u ntaxxati min-Norveġja, mill-Unjoni ta' Kalmar u mid-Danimarka-Norveġja sal-1814, meta n-Norveġja kienet unità mal-Iżvezja. L-Iskandinavja kienet għaddejja minn taqlib politiku, segwit mis-Sitt Koalizzjoni fil-Gwerer Napoleoniċi, meta t-Trattat ta' Kiel iggarantixxa l-kontroll fuq il-Faroe, fuq l-Iżlanda u l-Groenlandja mid-Danimarka fl-1814. Il-monopolju Daniż intemm fl-1856.
Annimali
immodifikaL-annimali domestiċi tal-Gżejjer Faroe huma r-riżultat tal-1,200 sena ta' tgħammir iżolanti. Bħala riżultat, ħafna mill-annimali domestiċi li jinsabu fuq il-gżejjer huma uniċi, għalhekk ma ssibhomx fi bnadi oħra fid-dinja. It-tgħammir domestiku ta' dawn il-gżejjer jinkludi: Il-poni Faroiż, il-baqra Faroiża, in-nagħġa Faroiża, il-wiżż Faroiż u l-papra Faroiża, li għandhom dehra pjuttost differenti mill-kumplament tal-ispeċi l-oħra preżenti fid-dinja.
Mammiferi
immodifikaFtit huma l-ispeċijiet ta' Mammiferi terrestjali, li jgħixu fis-salvaġġ tal-Gżejjer Faroe, fil-fatt il-Mammiferi ġew introdotti mill-bniedem. Tlieta mill-ispeċijiet ta' din il-gżira jinsabu f'kompetizzjoni bejniethom, dawn huma l-Fenek tal-muntanji ( Lepus timidus), il-Far kannella (Rattus norvegicus) u l-Ġurdien tad-dar (Mus musculus domesticus). Minbarra dawn l-ispeċijiet elenkati, darba waħda kien hemm ir-razza tan-nagħġa domestika, li jsejħula l-Faroes (meħuda mill-Emblema tan-nazzjon), varjetà ta' nagħaġ ferali li rnexxielu jissopravivi fuq Lítla Dímun sa nofs is-seklu dsatax.[2]
Is-Siġilli griżi (Halichoerus grypus) huma komuni madwar ix-xtut tal-Gżejjer Faroe. Bosta speċi ta' ċetaċej jgħixu fl-ilmijiet ta' madwar il-gżejjer. Magħrufin l-aktar bħala l-Baleni piloti tal-pinen twal (Globicephala melaena), għadhom jiġu kkaċjati min-nies tal-gżira sal-lum il-ġurnata skont it-tradizzjoni twila tal-lokal. Kultant il-Baleni qattiela (Orcinus orca) jżuru l-fjordi tal-gżejjer tal-Faroe, però dan huwa avveniment rarissimu.[3]
Kultura
immodifikaL-għeruq tal-kultura tal-Gżejjer Faroe huma imposti fil-kultura Nordika. Il-Gżejjer Faroe kienu f'iżolament totali matul bosta żminijiet mill-fażijiet tal-kultura prinċipali u mill-movimenti storiċi li ġraw fi ħdan l-Ewropa. Dan ifisser, li huma żammew parti kbira mill-kultura tradizzjonali tagħhom. Il-lingwa mitkelma hija l-Faroiż, waħda mill-lingwi Skandinavi insulari li huwa mnissel mill-ilsien arkajk tan-Norveġiżi, mitkellem fl-Iskandinavja matul il-Perjodu tal-Vikingi, l-oħrajn ikunu: l-Iżlandiż u l-lingwa estinta, Norn, lingwa li hija maħsuba li kienet kompletament intelliġibli mill-poplu Faroiż. Sas-seklu 15, il-lingwa Faroiża kienet tinkiteb b'ortografija li kienet simili għal dik Iżlandiża u Norveġiża, però wara r-riforma tal-1538, il-mexxejja Daniżi eskludew din il-forma ta' kitba mill-iskejjel, mill-knejjes u mid-dokumenti uffiċjali. Għalkemm din it-tradizzjoni mitkellma salvat għal 300 sena l-lingwa ma kinitx tinkiteb. Dan ifisser li l-poeżiji u l-istejjer kienu jiġu mgħoddija oralment. Dawn ix-xogħlijiet kienu maqsuma fid-diviżjonijiet segwenti: ævintýr (Stejjer) u f'kvæði (ballids), fejn ta' sikwit, hija stabbilità l-mużika u ż-żfin medjevali. Eventwalment dawn ix-xogħlijiet letterarji nkitbu fis-seklu dsatax.
Trasport
immodifikaMinħabba l-art ġeblija u d-daqs relattivament żgħir tal-Gżejjer Faroe, is-sistema tat-trasport ma kinitx estensiva bħalma kienet f'postijiet oħra fid-dinja. Però issa, is-sitwazzjoni nbidlet u l-infrastruttura ġiet żviluppata estensivament sabiex tkun tista' taqdi 'l poplu Faroiż bl-aħjar mod possibbli. Xi 80% tal-popolazzjoni tal-gżejjer hija konnessa permezz ta' mini li jgħaddu minn ġol-muntanji u minn bejn il-gżejjer, permezz ta' diversi pontijiet u trejqiet li jgħaqqdu l-gżejjer il-kbar mat-tlett igżejjer kbar tal-Grigal flimkien, filwaqt li jgħaqqdu ż-zewġt igżejjer il-kbar l-oħra tan-nofsinhar taż-żona prinċipali b'vapuri ġodda. Dawn il-gżejjer jipposjedu toroq eċċellenti li jwassluk lejn kull villaġġ mibni fuq din il-gżira, però dawn it-toroq ma jwasslux lejn is-sebat igżejjer żgħar, li fuq sitta minnhom hemm villaġġ wieħed.
Ġeografija
immodifikaIl-Gżejjer Faroe jifformaw arċipelagu li jikkonsisti minn tmintax-il gżira maġġuri, madwar 655 kilometru 'l bogħod mill-kosta tal-Ewropa ta' Fuq, bejn il-Baħar Norveġiż u l-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana, xi nofs triq bejn l-Iżlanda u n-Norveġja, bl-eqreb ġirien ikunu l-Gżejjer Skoċċiżi tat-Tramuntana u tal-Punent. Il-ko-ordinati tal-Gżejjer Faroe huma 62°00′N 06°47′W / 62°N 6.783°W . Il-Gżejjer ikopru żona ta' 1,399 kilometru u m'għandhom l-ebda lagi jew xmajjar maġġuri.[1] Il-kosta hija ta' 1,170 kilometru u l-unika gżira sinifikanti, li hija diżbitata hija Lítla Dímun. Il-gżejjer huma robusti u ġeblija ma' xi qċaċet baxxi; il-kosti huma fil-maġġor parti tagħhom irdum. L-ogħla punt ġeografiku ta' din il-gżira huwa Slættaratindur, li jinsab madwar 882 metru (2,894 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar.
Id-Distanzi tal-eqreb Pajjiżi u Gżejjer
immodifikaKlima
immodifikaIl-klima ta' dawn il-gżejjer hija kkaratterizzata bħala waħda Sotto-Artika, skont il-klassifikazzjoni tal-klima Köppen. Il-karattru ġenerali tal-klima tal-gżejjer huwa influwenzat mill-qawwa sħuna tal-oċean Atlantiku, li tipproduċi l-Kurrent tal-Atlantiku tat-Tramuntana. Dan, flimkien mal-moviment kontinwu ta' kwalunkwe sors ta' arja sħuna, jassigura l-moderazzjoni tax-xtiewi (b'temperatura medja ta' 3.0 sa 4.0 gradi jew 37 sa 39 °F), filwaqt li s-sjuf huma bierda (b'temperatura medja ta' 9.5 sa 10.5 °C jew 49 sa 51 °F. Matul is-sena, il-gżejjer ikunu bir-riħ, bis-sħab u kesħin, b'madwar 260 jum ta' xita annwali. Il-gżejjer jinsabu fil-passaġġ ta' dippressjonijiet, li jiċċaqilqu lejn il-Grigal, u għalhekk dan ifisser li rwiefen qawwija u xita qalila huma possibbli f'kull żmien matul is-sena. Ġranet bix-xemx huma rari iżda jingħad li l-ġranet imċajpra u mudlama huma komuni. L-Urugan Faith ħabat għall-Gżejjer Faroe fil-5 ta' Settembru tal-1966, b'irwiefen li jsostnu madwar il-100 mil kull siegħa(mph), u minn hemm faqqgħet maltempata li waqqfet il-ħidma tas-sistema tropikali. Ir-reġistrazzjoni tal-informazzjoni meteoroloġika tal-Gżejjer Faroe bdiet fl-1867.[4]
Festi Pubbliċi
immodifika- L-Ewwel tas-sena, 1 ta' Jannar.
- Maundy il-Ħamis
- Il-Ġimgħa l-kbira
- L-Għid il-kbir
- L-Għid ta' nhar it-Tnejn
- Jum il-bandiera, 25 ta' April.
- Jum l-aċċessjoni
- Jum il-kostituzzjoni, 5 ta' Ġunju (Vaganza ta' nofs jum).
- Lejlet Sant.Olav, 28 ta' Lulju (Vaganza ta' nofs jum).
- Jum Sant.Olav, 29 ta' Lulju (Jum nazzjonali).
- Lejlet il-Milied, 24 ta' Diċembru.
- Il-Milied, 25 ta' Diċembru.
- Jum il-Boksing, 26 ta' Diċembru.
- Lejlet l-ewwel tas-sena, 31 ta' Diċembru (Vaganza ta' nofs jum).
Referenzi
immodifika- ^ a b "Faroe Islands" (bl-Ingliż). Central Intelligence Agency. 2013-02-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-02-23.
- ^ Ryder, M. L. (1981-10-15). "A survey of European primitive breeds of sheep" (PDF). Annales de génétique et de sélection animale (bl-Ingliż). 13: 381–418. doi:10.1186/1297-9686-13-4-381.
- ^ Rogers, Stephanie. "Pilot Whales Brutally Slaughtered Annually in the Faroe Islands". Earth First! (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-07.
- ^ Guttesen, Rolf. "Plant production on a Faeroese farm 1813-1892, related to climatic fluctuations" (PDF). Geografisk Tidsskrift, Danish Journal of Geography (bl-Ingliż). 101: 67–76. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2012-03-17.
Ħoloq esterni
immodifika- Gvern
- Uffiċċju tal-Prim Ministru (sit uffiċjali).
- Librerija Nazzjonali tal-Gżejjer Faroe
- Informazzjoni ġenerali
- Gżejjer Faroe fuq UCB Libraries GovPubs.
- Turiżmu
- Żur il-Gżejjer Faroe (sit tat-turisti uffiċjali).
- Gwida turistika tal-Gżejjer Faroe
- Ritratti mill-Gżejjer Faroe minn diversi fotografiċi
- Gallerija ta' ritratti tal-Gżejjer Faroe
- Dar Nordika (sit uffiċjali).
- Ritratti tal-Gżejjer Faroe
- Oħrajn
- vifanord, librerija diġitali li tipprovdi informazzjoni xjentifika dwar il-pajjiżi u żoni Nordiċi u Baltiċi.
- Faroe Foraminifera, gallerija ta' ritratti (bid-deskrizzjonijiet) ta' 56 kampjuni tal-fawna tal-baħar fond mill-Gżejjer Faroe.