It-Tripletta

(Rindirizzat minn Treble)

It-Tripletta (jew aħjar bl-Ingliż, The Treble) huwa terminu fil-futbol li jintuża' biex jirreferi għal klabb li jkun rebaħ il-kampjonat nazzjonali, l-aqwa tazza domestika u t-tazza tal-kompetizzjoni kontinentali fl-istess staġun. Ġeneralment, tripletta tinqasam fi tliet kategoriji diversi. Dawn huma, it-Tripletta Kontinentali – għal tim li jirbaħ il-kampjonat domestiku, l-aqwa tazza domestika u l-aqwa tazza kontinentali, u t-Tripletta Domestika – tikkonsisti mill-kampjonat u rebħiet fiż-żewġ tazzi nazzjonali.

It-tliet trofej mirbuħa minn Manchester United fl-1999: (xellug għall-lemin) it-trofew tal-Premier League, il-UEFA Champions League u l-FA Cup

L-FA Community Shield (jew trofej minuri oħra simili), is-Supertazza Ewropea (jew dawk minn konfederazzjonijiet oħra), is-Supertazzi domestiċi (bħas-Supertazza tal-Italja, is-Supertazza ta' Spanja), it-Tazza Interkontinentali, jew it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs huma rari riferuti bħala parti mit-tripletta.

Tripletta oħra distinti hi t-Tripletta Internazzjonali, li tikkonsisti mill-aqwa kompetizzjoni kontinentali (għall-UEFA, il-Kampjonati Ewropej), it-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Din hi differenti mit-tripletti l-oħra hekk kif hu impossibbli li tirbaħ dawn kollha fi staġun wieħed jew f'sena ta' kalendarju; pajjiż li jikseb din it-tripletta hu kkunsidrat bħala d-detentur tat-tliet trofej fl-istess ħin.

Ir-rebħ ta' erba' trofej rari sseħħ, fejn din tissejjaħ Il-Kwadruplu u tikkonsisti mir-rebħ tat-tazza kontinentali u tliet tazzi domestiċi. Dan l-avveniment seħħ darba biss fl-istorja mit-tim ta' Celtic lura fl-1967.

It-Tripletta Kontinentali

immodifika

Din it-tip ta' tripletta tikkonsisti minn klabb jirbaħ l-ogħla livell tal-kampjonat nazzjonali u r-rebħ tal-aqwa kompetizzjoni domestika (Id-Doppjetta), flimkien mal-kampjonat kontinentali, dawn kollha fi staġun wieħed. Dan it-tragward intlaħaq l-ewwel darba mit-tim ta' Celtic fl-1967, meta dan rebaħ il-kampjonat Skoċċiż, it-Tazza Skoċċiża u t-Tazza taċ-Ċampjins, u kif ukoll il-League Cup. Minn dakinhar 'il quddiem, erba' timijiet oħra laħqu dan it-tragward fl-Ewropa, waqt li erba' Afrikani, żewġ Ażjatiċi u tim Nord-Amerikan irrepetew ir-rebħ tat-tripletta.

Klabb Sena Titli mirbuħa għat-tripletta
  Celtic FC 1967 Premier League Skoċċiż, Tazza Skoċċiża, Tazza taċ-Ċampjins
  Englebert 1967 Linafoot, Tazza tal-Kongo, CAF Champions League
  AS Vita Club 1973 Linafoot, Tazza tal-Kongo, CAF Champions League
  Defence Force 1985 TT Pro League, Tazza tat-Trinindad u Tobago, CONCACAF Champions Cup
  Al-Sadd 1988 Qatari League, Tazza tal-Qatar, AFC Champions League
  AFC Ajax 1972 Eredivisie, KNVB Cup, Tazza taċ-Ċampjins
  PSV Eindhoven 1988 Eredivisie, KNVB Cup, Tazza taċ-Ċampjins
  Thai Farmers Bank 1995 Thai League, Tazza tat-Tajlandja, AFC Champions League
  Manchester United FC 1999 FA Premier League, FA Cup, Champions League
  Hearts of Oak 2000 Premier League Ganiż, Tazza tal-Gana, CAF Champions League
  Al-Ahly 2005
2006
Premier League Eġizzjan, Tazza tal-Eġittu, CAF Champions League
  FC Barcelona 2009 La Liga, Tazza tar-Re, Champions League
  FC Internazionale Milano 2010 Serie A, Tazza Taljana, Champions League
  Espérance de Tunis 2011 Ligue Professionnelle 1, Tazza Tuneżina, CAF Champions League
  Bayern Munich 2013 Bundesliga, DFB Pokal, Champions League

It-Tripletta Domestika

immodifika

Din it-tip ta' tripletta tikonsisti minn klabb li jirbaħ l-ogħla diviżjoni tal-pajjiż flimkien mal-aqwa żewġ tazzi domestiċi, kollha fi staġun wieħed

Klabb Numru ta'
tripletti
Titli mirbuħa għat-tripletta
  Rangers 7 Scottish Premier League, Tazza Skoċċiża, Tazza tal-Kampjonat Skoċċiża
  South China 4 Hong Kong League, Hong Kong Senior Shield, Hong Kong FA Cup
  Bayern München 3 Bundesliga, Tazza Ġermaniża, Tazza tal-Kampjonat Ġermaniża
  Celtic 3 Scottish Premier League, Tazza Skoċċiża, Tazza tal-Kampjonat Skoċċiża
  Linfield 3 Irish Premier League, Tazza tal-Irlanda ta' Fuq, Tazza tal-Kampjonat Irlandiża
  Shamrock Rovers 3 Irish Premier League, Tazza Irlandiża, League of Ireland Shield
  Kedah 2 Malaysian Super League, Tazza tal-Malażja, Tazza tal-Kampjonat tal-Malażja
 Melbourne Victory 1 A-League Challenge Cup, A-League Premiership, A-League Grand Final
  Cruzeiro 1 Kampjonat Mineiro, Tazza tal-Brażil, Campeonato Brasileiro Série A
  Sun Hei 1 Hong Kong League, Hong Kong Senior Shield, Tazza tal-Ħong Kong
  Al-Sadd 1 Qatari League, Tazza tal-Qatar, Tazza tal-Kuruna tal-Prinċep tal-Qatar
  Fall River Marksmen 1 American Soccer League, U.S. Open Cup, Tazza Lewis
  Brookhattan 1 American Soccer League, U.S. Open Cup, Tazza Lewis
  Bohemians 1 Irish Premier League, Tazza Irlandiża, League of Ireland Shield
  Derry City 1 Irish Premier League, Tazza Irlandiża, League of Ireland Shield

It-Tripletta Internazzjonali

immodifika

Din it-tripletta tinvolvi dawk it-timijiet nazzjonali li rnexxielhom jirbħu tliet trofej fl-istess żmien. Dawn it-tip ta' tripletti huma impossibbli li jiġu miksuba fi staġun wieħed, u ġeneralment tikkonsisti mir-rebħ tal-kampjonat kontinentali tat-tim, it-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet.

Pajjiż Sena Titli mirbuħa għat-tripletta
  Brażil 1997 Tazza tad-Dinja 1994, Copa America 1997 Tazza tal-Konfederazzjonijiet 1997
  Franza 2001 Tazza tad-Dinja 1998, Kampjonati Ewropej 2000, Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2001
  Brażil 2005 Tazza tad-Dinja 2002, Copa America 2004, Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005.

Ara wkoll

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika