Iftaħ il-menu prinċipali

Tazza tal-Konfederazzjonijiet

It-Tazza tal-Konfederazzjonijiet hija kompetizzjoni internazzjonali tal-futbol għat-timijiet nazzjonali, li ssir kull erba' snin mill-FIFA. Dan it-turnew jinvolvi lir-rebbieħa individwali tal-kampjonati tas-sitt konfederazzjonijiet tal-FIFA (CAF, CONMEBOL, UEFA, AFC, OFC, CONCACAF) flimkien mar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja u l-pajjiż ospitu, biex iġib in-numru ta' parteċipanti għal tmienja.

Tazza tal-Konfederazzjonijiet
Staġun jew kompetizzjoni attwali:
Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013
Sport Futbol
Fundazzjoni 1992
Nru. ta' timijiet 8
Reġjun Internazzjonali (FIFA)
Ċampjin attwali Flag of Brazil.svg Brażil
L-aktar rebħiet Flag of Brazil.svg Brażil (3 titli)
Sit elettroniku fifa.com

StorjaImmodifika

L-ewwel Tazza tal-Konfederazzjonijiet (li kienet għadha ma tissejaħx hekk) saret fl-1992 ġewwa l-Arabja Sawdija, u dan l-istess pajjiż ospita ż-żewġ edizzjonijiet suċċessivi tal-1995 u l-1997. L-ewwel edizzjoni rat lill-Arġentina terfa' l-"King Fahd Cup", f'isem ir-Re u l-Prim Ministru tal-Arabja Sawdija li kien beda dan it-turnew, quddiem tliet avversarji oħra li kienu l-Istati Uniti, il-Kosta tal-Avorju u l-Arabja Sawdija. Fl-1995 in-numru ta' parteċipanti ġie estiż għal sitt f'żewġ gruppi ta' tlieta. Ir-rebbieħa kienet id-Danimarka b'rebħa sorpriża fil-finali kontra l-Arġentina bl-iskor ta' 2–0.

Fl-1997 il-FIFA organizzat direttament dan it-turnew u n-numru ta' parteċipanti kiber għal tmienja. Il-Brażil ta' Romario rebħet din l-edizzjoni b'rebħa ta' 6–0 fuq is-sorpriża tal-kampjonat, l-Awstralja. L-edizzjoni tal-1999 rat it-trijonf tal-ospiti tal-Messiku; suċċess li kellu aktar importanza wara r-rebħa ta' 4–3 fil-finali kontra l-finalisti telliefa tat-Tazza tad-Dinja preċedenti, il-Brażil, li kienu għadhom iżommu t-titlu ta' din il-kompetizzjoni f'idejhom. L-edizzjoni tal-2001 saret fil-Korea t'Isfel u l-Ġappun u serviet ta' prova ġenerali għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tas-sena suċċessiva organnizzata mill-istess żewġ pajjiż. Franza ħarġu rebbieħa fuq il-finalisti Ażjatiċi tal-Ġappun bl-iskor ta' 1–0.

Fl-2003 it-turnew sar fi Franza, u kienu huma stess li baqgħu jżommu dan it-titlu; din id-darba l-vittma fil-finali kien il-Kamerun. Din l-edizzjoni tibqa' mfakkra għat-telfa traġika tal-Kameruniż Marc Viven Foe, waqt il-partita tas-semifinali bejn il-Kolombja u l-Kamerun; fis-73 tal-partita, il-midfilder waqa' mal-art wara li tilef sensieh. Minkejja t-tentattivi kollha mit-tobba u l-assistenti mediċi, il-plejer miet siegħa wara.

Sa issa, l-aħħar edizzjoni tal-2005, ġiet ospitat fil-Ġermanja, il-pajjiż li ospita fis-sena ta' wara t-Tazza tad-Dinja. Il-Brażiljani reġgħu ħarġu rebbieħa, din id-darba bl-iskor ta' 4–1 fuq ir-rivali eterni tal-Arġentina. Protagonista ta' din l-edizzjoni kien Adriano, li spiċċa l-aqwa skorer b'ħames gowls.

RiżultatiImmodifika

King Fahd CupImmodifika

Sena Ospitu Finali Partita għat-tielet post
Rebbieħ Riżultat Finalista tellief It-tielet post Riżultat Ir-raba' post
1992[1]
Dettalji
  Arabja Sawdija  
Arġentina
3–1  
Arabja Sawdija
 
Stati Uniti
5–2  
Kosta tal-Avorju
1995[1]
Dettalji
  Arabja Sawdija  
Danimarka
2–0  
Arġentina
 
Messiku
1–1
(5–4 pen)
 
Niġerja

Tazza tal-KonfederazzjonijietImmodifika

Sena Ospitu Finali Partita għat-tielet post
Rebbieħ Riżultat Finalista tellief It-tielet post Riżultat Ir-raba' post
1997
Dettalji
  Arabja Sawdija  
Brażil
6–0  
Awstralja
 
Repubblika Ċeka
1–0  
Urugwaj
1999
Dettalji
  Messiku  
Messiku
4–3  
Brażil
 
Stati Uniti
2–0  
Arabja Sawdija
2001
Dettalji
  Korea t'Isfel
  Ġappun
 
Franza
1–0  
Ġappun
 
Awstralja
1–0  
Brażil
2003
Dettalji
  Franza  
Franza
1–0
(gowl tad-deheb)
 
Kamerun
 
Turkija
2–1  
Kolombja
2005
Dettalji
  Ġermanja  
Brażil
4–1  
Arġentina
 
Ġermanja
4–3
(ħb)
 
Messiku
2009
Dettalji
  Afrika t'Isfel  
Brażil
3–2  
Stati Uniti
 
Spanja
3–2
(ħb)
 
Afrika t'Isfel

Timijiet nazzjonali ta' suċċessImmodifika

Tim Titli Finalista tellief
  Brażil 3 (1997, 2005, 2009) 1 (1999)
  Franza 2 (2001, 2003*) -
  Arġentina 1 (1992) 2 (1995, 2005)
  Danimarka 1 (1995)
  Messiku 1 (1999*)
  Awstralja - 1 (1997)
  Kamerun - 1 (2003)
  Ġappun - 1 (2001*)
  Arabja Sawdija - 1 (1992*)
  Stati Uniti - 1 (2009)
*: ospiti

PlejersImmodifika

L-aqwa skorersImmodifika

Poż. Plejer Gowls Dettall
1   Cuauhtémoc Blanco 9 3 fl-1997 u 6 fl-1999
  Ronaldinho 9 6 fl-1999 u 3 fl-2005
3   Adriano 7 2 fl-2003 u 5 fl-2005
  Romário 7 7 fl-1997
5   Marzouk Al-Otaibi 6 6 fl-1999

ParteċipazzjoniImmodifika

Tim  
1992
 
1995
 
1997
 
1999
 
 
2001
 
2003
 
2005
 
2009
Total
  Brażil - - R F 4 1R R R 6
  Messiku - 3 1R R 1R - 4 - 5
  Ġappun - 1R - - F 1R 1R - 4
  Arabja Sawdija F 1R 1R 4 - - - - 4
  Stati Uniti 3 - - 3 - 1R - F 4
  Arġentina R F - - - - F - 3
  Awstralja - - F - 3 - 1R - 3
  New Zealand - - - 1R - 1R - 1R 3
  Kamerun - - - - 1R F - - 2
  Eġittu - - - 1R - - - 1R 2
  Franza - - - - R R - - 2
  Ġermanja - - - 1R - - 3 - 2
  Afrika t'Isfel - - 1R - - - - 4 2
  Bolivja - - - 1R - - - - 1
  Kanada - - - - 1R - - - 1
  Kolombja - - - - - 4 - - 1
  Kosta tal-Avorju 4 - - - - - - - 1
  Repubblika Ċeka - - 3 - - - - - 1
  Danimarka - R - - - - - - 1
  Greċja - - - - - - 1R - 1
  Iraq - - - - - - - 1R 1
  Italja - - - - - - - 1R 1
  Korea t'Isfel - - - - 1R - - - 1
  Niġerja - 4 - - - - - - 1
  Spanja - - - - - - - 3 1
  Tuneżija - - - - - - 1R - 1
  Turkija - - - - - 3 - - 1
  Emirati Għarab Magħquda - - 1R - - - - - 1
  Urugwaj - - 4 - - - - - 1
  • 1R: Eliminat fl-Ewwel Rawnd
  • F: Finalist
  • R: Rebbieħ

ReferenziImmodifika

  1. ^ a b L-ewwel żewġ edizzjonijiet kienu fil-fatt taħt l-isem King Fahd Cup. Il-FIFA irrikonoxxiet dawn l-edizzzjonijiet bħala Tazez tal-Konfederazzjoni. Ara http://www.fifa.com/tournaments/archive/tournament=101/awards/.