Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs hija kompetizzjoni tal-futbol li fiha jipparteċipaw ir-rebbieħa tas-sitt kontinenti, allavolja mill-2007 ir-rebbieħa tal-konfederazzjoni Oċeanika jridu jilgħabu play-off kontra ċ-ċampjin tal-pajjiż li jkun qiegħed jospita l-logħob.

Tazza tad-Dinja tal-Klabbs
Sport Futbol
Fundazzjoni 2000
Nru. ta' timijiet 7
Reġjun Internazzjonali (FIFA)
Ċampjin attwali Brażil Corinthians
L-aktar rebħiet Brażil Corinthians
Spanja Barcelona
(2 titli kull wieħed)
Sit elettroniku fifa.com

L-ewwel edizzjoni seħħet ġewwa l-Brażil f'Jannar tal-2000. Il-FIFA għażlitha bħala s-sostitut għat-Tazza Interkontinentali li kienet issir kull sena f'Tokjo, fil-Ġappun bejn ir-rebbieħa tal-Ewropa u dawk tal-Amerika t'Isfel. Wara waqfa, il-kompetizzjoni reġgħet ġiet introdotta fl-2005 u minn dakinhar baqgħet bħala l-unika kompetizzjoni internazzjonali għall-klabbs tal-futbol.

StorjaImmodifika

L-ewwel edizzjoni tas-sena 2000, li saret ġewwa l-Brażil, kienet tikkonsisti minn tmien timijiet: is-sitt rebbieħa kontinentali, ir-rebbieħ attwali tal-Tazza Interkontinentali u ċ-ċampjins tal-pajjiż ospitu. Din il-kompetizzjoni kienet kemmxejn kontroversjali, speċjalment meta l-klabb Ingliż ta' Manchester United kellu jirtira mit-tazza nazzjonali tal-FA Cup sabiex jieħu sehem f'dan it-turnew. Il-ftuħ tal-kompetizzjoni kienet mifhumha minn ftit bħala parti minn "ġlieda" bejn il-FIFA u l-UEFA, li kienu qed jikkompetu għall-kontroll tal-futbol internazzjonali għall-klabbs: it-Tazza Interkontinentali kienet 'il barra mill-ġurisdizzjoni tal-FIFA.[1] Il-finali tas-sena 2000 kienet missielta bejn żewġ timijiet Brażiljani u kienet ikkunsidrata bħala logħba li naqset li toffri livell tajjeb ta' futbol.[2]

It-tieni edizzjoni kienet mistennija li ssir ġewwa Spanja fl-2001, u li fiha jieħdu sehem tnax-il tim. Dan l-avveniment però ġie imħassar, prinċiparjament minħabba l-kollass tas-sieħeb fil-kummerċ tal-FIFA, l-ISL. Wara li l-edizzjoni tal-2003 ġiet ukoll imħassra, eventwalment, il-FIFA qablet li t-Tazza Interkontinentali u din il-kompetizzjoni jiġu magħqudin ma' xulxin. L-aħħar edizzjoni tat-Tazza Interkontinentali kienet fl-2004, bl-ewwel turnew tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs isir fil-Ġappun bejn il-11 u t-18 ta' Diċembru, 2005.

Il-verżjoni l-ġdida tal-2005 kienet fuq skala iżgħar ta' żmien, fejn naqqas il-problema tal-iskedar tat-turnew matul l-istaġuni differenti tal-klabbs madwar kull kontenut. Dan kien jinkludi ċ-ċampjins renjanti tal-kompetizzjonijiet kontinentali, bir-rebbieħa mill-CONMEBOL u l-UEFA jingħataw post awtomatiku fis-semifinali tal-kompetizzjoni.

Il-kompetizzjoni baqgħet issir kull sena mill-2006 sal-2008 ġewwa l-Ġappun, bl-edizzjonijiet tal-2009 u l-2010 jiġu miżmuma fl-Emirati Għarab Magħquda. Għall-edizzjoni tal-2007, intlagħbet partita ta' spareġġ bejn iċ-ċampjin taż-żona Oċeanika u ċ-ċampjin tal-pajjiż ospitu għal post fil-kwarti tal-finali sabiex iqajjem interess fit-turnew. L-introduzzjoni mill-ġdid tal-logħba għall-ħames post fil-kompetizzjoni tal-2008 wasslet għal tkabbir fit-total ta' flus mogħtija minn $500,000 għal $16.5 miljun. B'din l-introduzzjoni l-ġdida, ir-rebbieħ ħadu $5 miljun, tat-tieni post ħadu $4 miljun, it-tim li spiċċa fit-tielet post kiseb is-somma ta' $2.5 miljun, ir-raba' tim ikklassifikat ħa $2 miljuni, it-tim fil-ħames post ħadu $1.5 miljun, it-tim li spiċċa fis-sitt post kiseb $1 miljun, waqt li tas-seba' post $500,000.[3]

RiżultatiImmodifika

Sena Ospitu Finali It-tielet post
Rebbieħ Riżultat Finalista tellief It-tielet post Riżultat Ir-raba' post
2000
Dettalji
  BRA Corinthians   0 – 0 (ħs)
(4 – 3 pen)
  Vasco da Gama Necaxa   1 – 1 (ħs)
(4 – 3 pen)
  Real Madrid
2005
Dettalji
  JPN São Paulo   1 – 0   Liverpool Saprissa   3 – 2   Al Ittihad
2006
Dettalji
  JPN Internacional   1 – 0   Barcelona Al-Ahly   2 – 1   América
2007
Dettalji
  JPN Milan   4 – 2   Boca Juniors Urawa Red Diamonds   2 – 2
(4 – 2 pen)
  Étoile du Sahel
2008
Dettalji
  JPN Manchester United   1 – 0   LDU Quito Gamba Osaka   1 – 0   Pachuca
2009
Dettalji
  UAE Barcelona   2 – 1 (ħs)   Estudiantes Pohang Steelers   1 – 1
(4 – 3 pen)
  Atlante
2010
Dettalji
  UAE Internazionale   3 – 0   TP Mazembe Internacional   4 – 2   Seongnam
2011
Dettalji
  JPN Barcelona   4 – 0   Santos Al Sadd   0 – 0
(5 – 3 pen)
  Kashiwa Reysol
2012
Dettalji
  JPN Corinthians   1 – 0   Chelsea Monterrey   2 – 0   Al Ahly

UnuriImmodifika

Sena Ballun tad-Deheb Ballun tal-Fidda Ballun tal-Bronż L-Aqwa Skorer Logħob Rett
2000   Edílson   Edmundo   Romário   Romário (3)
  Nicolas Anelka (3)
  Al-Nassr
2005   Rogerio Ceni   Steven Gerrard   Cristian Bolaños   Amoroso (2)
  Peter Crouch (2)
  Alvaro Saborio (2)
  Mohammed Noor (2)
  Liverpool FC
2006   Deco   Iarley   Ronaldinho   Mohamed Aboutreika (3)   FC Barcelona
2007   Kaká   Clarence Seedorf   Rodrigo Palacio   Washington (3)   Urawa Red Diamonds
2008   Wayne Rooney   Cristiano Ronaldo   Damián Manso   Wayne Rooney (3)   Adelaide United
2009   Lionel Messi   Juan Sebastián Verón   Xavi   Denilson (4)   Atlante
2010   Samuel Eto'o   Dioko Kaluyituka   Andrés D'Alessandro   Mauricio Molina (3)   Internazionale
2011   Lionel Messi   Xavi   Neymar   Lionel Messi (2)
  Adriano (2)
  Barcelona
2012   Cássio Ramos   David Luiz   José Paolo Guerrero   César Delgado (3)
  Hisato Satō (3)
  Monterrey

RebbieħaImmodifika

Skont il-pajjiżImmodifika

Pajjiż Rebbieħa Finalisti telliefa It-Tielet Ir-Raba'
  Brażil 4 (2000, 2005, 2006, 2012) 2 (2000, 2011) 1 (2010)
  Italja 2 (2007, 2010)
  Spanja 2 (2009, 2011) 1 (2006) 1 (2000)
  Ingilterra 1 (2008) 2 (2005, 2012)
  Arġentina 2 (2007, 2009)
  Ekwador 1 (2008)
  RD tal-Kongo 1 (2010)
  Ġappun 2 (2007, 2008) 1 (2011)
  Messiku 2 (2000, 2012) 3 (2006, 2008, 2009)
  Korea t'Isfel 1 (2009) 1 (2010)
  Eġittu 1 (2006) 1 (2012)
  Kosta Rika 1 (2005)
  Qatar 1 (2011)
  Tuneżija 1 (2007)
  Arabja Sawdija 1 (2005)

Skont il-klabbImmodifika

Tim Rebbieħa Finalisti telliefa It-Tielet Ir-Raba'
  Barcelona 2 (2009, 2011) 1 (2006)
  Corinthians 2 (2000, 2012)
  Internacional 1 (2006) (2010)
  Internazionale 1 (2010)
  Manchester United 1 (2008)
  Milan 1 (2007)
  São Paulo 1 (2005)
  TP Mazembe 1 (2010)
  Chelsea 1 (2012)
  Santos 1 (2011)
  Estudiantes 1 (2009)
  LDU Quito 1 (2008)
  Boca Juniors 1 (2007)
  Liverpool 1 (2005)
  Vasco da Gama 1 (2000)
  Monterrey 1 (2012)
  Al Sadd 1 (2011)
  Pohang Steelers 1 (2009)
  Gamba Osaka 1 (2008)
  Urawa Red Diamonds 1 (2007)
  Al-Ahly 1 (2006) 1 (2012)
  Deportivo Saprissa 1 (2005)
  Necaxa 1 (2000)
  Kashiwa Reysol 1 (2011)
  Seongnam 1 (2010)
  Atlante 1 (2009)
  Pachuca 1 (2008)
  Étoile du Sahel 1 (2007)
  América 1 (2006)
  Al-Ittihad 1 (2005)
  Real Madrid 1 (2000)

Skont il-konfederazzjoniImmodifika

Konfederazzjoni Rebbieħ Finalista tellief It-Tielet Ir-Raba'
UEFA 5 (2007, 2008, 2009, 2010, 2011) 3 (2005, 2006, 2012) 1 (2000)
CONMEBOL 4 (2000, 2005, 2006, 2012) 5 (2000, 2007, 2008, 2009, 2011) 1 (2010)
CAF 1 (2010) 1 (2006) 2 (2007, 2012)
AFC 4 (2007, 2008, 2009, 2011) 2 (2005, 2010)
CONCACAF 3 (2000, 2005, 2012) 3 (2006, 2008, 2009)
OFC

Ara wkollImmodifika

ReferenziImmodifika

Ħoloq esterniImmodifika