Wayne Rooney (twieled fl-24 ta' Ottubru 1985) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Ingliż li bħalissa jinsab imexxi lit-tim ta' DC United.

Wayne Rooney
Informazzjoni personali
Isem sħiħWayne Mark Rooney
Twelid24 ta' Ottubru 1985 (1985-10-24) (39 sena)
Liverpool, Ingilterra
Tul1.76 m
RwolAttakkant, midfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliDC United (kowċ)
Mixtliet
Liverpool Schoolboys
Copplehouse Boys
1996–2002Everton
Karriera professjonali
SninKlabb
2002–2004Everton
2004–2017Manchester United
2017–2018Everton
2018–2020DC United
2020–2021Derby County
Tim nazzjonali
2003–2018Ingilterra
Timijiet ikkowċjati
2020–2022Derby County
2022–DC United

Bijografija

immodifika

Rooney hu l-ewwel wild ta' Thomas Wayne u Jeanette Marie Rooney (née Morrey). Hu trabba fi Croxteth flimkien ma' ħutu iżgħar minnu, Graeme u John, u t-tliet li huma kienu jattendu fl-Iskola De La Salle. Wayne trabba jagħti s-sosten tiegħu lill-klabb ta' Everton FC, u l-aktar player li kien jammira kien Duncan Ferguson.[1]

Karriera

immodifika

Everton kisbu lil Wayne Rooney fl-età ta' għaxar snin, wara li kien impressjona ma' Liverpool Schoolboys u Dynamo Brownwings. Fid-19 ta' Ottubru 2002, ħamest ijiem wara għeluq is-sbatax-il sena, Rooney skorja l-gowl tar-rebħa kontra ċ-ċampjins renjanti Arsenal; barra milli din ir-rebħa għal Everton wasslet it-tmiem għat-tletin partita mingħajr telfa li kienu qed iżommu l-Gunners, Rooney sar l-iżgħar plejer li skorja fl-istorja tal-Premier League, rekord li ġie megħlub darbtejn s'issa minn James Milner u minn James Vaughan.

Fi tmiem l-istaġun 2003–04, Rooney, li kien stqarr l-inabilità ta' Everton biex jisfidaw għal post fl-Ewropa, għamel rikjesta ta' trasferiment li Everton irrifjutawha jekk is-somma kellha tkun inqas minn £50 miljun. F'Awwissu 2004, l-aġent ta' Rooney irrifjuta kuntratt ta' tliet snin bi £12,000 kull ġimgħa li kien offrielu l-klabb, biex b'hekk ħalla lil Manchester United u Newcastle United jikkompetu għall-firma tiegħu. The Times irrapurtat li Newcastle kienu qrib l-akkwist ta' Rooney, kif kien ikkonfermat stess mill-aġent ta' Rooney, però Manchester United irnexxielhom fl-aħħar tax-xahar jiksbu l-firma tal-plejer għal somma ta' £31 miljun.[2] Dan it-trasferiment immarka l-iktar trasferiment għoli għal żagħżugħ, hekk kif Rooney kien għadu xi ġimgħat 'il bogħod milli jagħlaq id-dsatax-il sena meta sar it-trasferiment.

Manchester United

immodifika

Rooney għamel id-debutt ma' United fit-28 ta' Settembru 2004 f'rebħa ta' 6–2 fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League kontra Fenerbahçe SK, fejn skorja tripletta u pprovda assist.[3] Sena wara, hu ġie mkeċċi fil-pari ta' mingħajr gowls fil-partita taċ-Champions League kontra Villarreal CF fi Spanja nhar l-14 ta' Settembru 2005, wara li sarkastikament applawda lir-referi Kim Milton Nielsen.[4] L-ewwel trofew ma' united wasal fil-League Cup 2006, u hu ġie msemmi wkoll bħala l-plejer tal-partita wara li skorja darbtejn fir-rebħa ta' 4-0 fuq Wigan Athetlic.

Rooney ġie mkeċċi fil-partita tat-Turnew ta' Amsterdam kontra FC Porto fl-4 ta' Awwissu 2006 wara li laqat lid-difensur ta' Porto Pepe bil-minkeb. Hu ġie sospiż għal tliet partiti mill-FA Ingliża wara rapport ta' 23 paġna mir-referi Ruud Bossen li spjega d-deċiżjoni tiegħu.[5] Rooney kiteb ittra ta' protesta lill-FA, fejn stqarr fuq in-nuqqas ta' kastig li ngħata lejn plejers oħra li ġew imkeċċija fil-logħob ta' ħbiberija.

Matul l-ewwel nofs tal-istaġun 2006–07, Rooney temm sensiela ta' għaxar partiti mingħajr gowl meta skorja tripletta kontra Bolton Wanderers, u x-xahar ta' wara iffirma estenzjoni tal-kuntratt għal sentejn oħrajn li b'hekk se jżommu ma' United sal-2012. Sa tmiem April, b'kombinazzjoni ta' żewġ gowls fl-iskor aggregat ta' 8–3 fil-kwarti tal-finali kontra AS Roma[6] u tnejn oħra fir-rebħa fl-ewwel leg ta' 3–2 fis-semifinali kontra AC Milan,[7] wassal in-numru ta' gowls ta' Rooney f'kull kompetizzjoni.

United ħabbru qabel il-bidu tal-istaġun li Rooney kien se jieħu l-flokk numru 10 li kien vakant wara li Ruud van Nistlerooy kien telaq għal Real Madrid sena qabel. Hu ġie ppreżentat bil-flokk f'konferenza stampa fit-28 ta' Ġunju 2007 mill-attaknt veteran ta' United Denis Law, li kien libes dan il-flokk matul iż-żmien mal-klabb.[8]

 
Rooney jiġi assistit wara li kiser siequ

Fit-12 ta' Awwissu 2007, Rooney kiser il-metatarsu xellugi fil-partita tal-ftuħ tal-kampjonat il-ġdid kontra Reading. Wara li dam għal sitt ġimgħat barra mil-logħob, hu rritorna għar-rebħa ta' United fil-UEFA Champions League kontra Roma fit-2 ta' Ottubru, fejn kien hu li skorja l-unika gowl tal-partita. Madanakollu, madwar biss xahar mir-ritorn tiegħu, Rooney weġġa' l-irkoppa matul sessjoni ta' taħriġ fid-9 ta' Novembru, u tilef ġimgħatejn oħra. Ir-ritorn lura wasal fit-3 ta' Diċembru kontra Fulham, fejn lagħab sebħgin minuta. Rooney tilef total ta' għaxar partiti u temm l-istaġun 2007-08 bi tmintax-il gowl, hekk kif United kisbu kemm il-Premiership u anki ċ-Champions League. Rooney skorja tliet gowls fil-kampanja rebbieħa ta' United tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2008, fejn mhux biss spiċċa bħala l-aqwa skorer tat-tornew imma wkoll ingħata l-unur tal-Ballun tad-Deheb bħala l-aqwa plejer matul it-tornew.

Nhar l-14 ta' Jannar 2009, wara li skorja l-gowl rebbieħ wara biss 54 sekonda tal-partita kontra Wigan Athletic, ħareġ barra imweġġa wara tmien minuti. Wara madwar erba' ġimgħat barra, Rooney irritorna għal-logħob fil-partita kontra Fulham, fejn daħal bħala sostitut għal Berbatov fejn skorja t-tielet u l-aħħar gowl tal-konfront fir-rebħa ta' 3–0. Rooney spiċċa l-istaġun b'20 gowl f'kull kompetizzjoni, tnax-il minnhom fil-kamjonat.

L-istaġun 2009–10 bdieh b'gowl fid-90 minuta fil-Community Shield li ġab l-iskor ta' 1–1, minkejja li Chelsea ħarġu rebbieħa bil-penalties.

Internazzjonali

immodifika
 
Wayne Rooney bil-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż

Rooney sar l-iżgħar plejer li qatt lagħab għall-Ingilterra meta għamel l-ewwel apparenza f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Awstralja fit-12 ta' Frar 2003 fl-età ta' sbatax-il sena, l-istess età fejn sar l-iżgħar plejer li qatt skorja gowl għas-selezzjoni Ingliża. Iż-żagżugħ ta' Arsenal Theo Walcott kiser ir-rekord tal-apparenza ta' Rooney b'36 ġurnata f'Ġunju 2006.

L-ewwel tornew li ħa sehem fih kien l-Euro 2004, fejn sar l-iżgħar plejer li skorja fl-istorja ta' din il-kompetizzjoni meta skorja doppjetta kontra l-Iżvizzera fis-17 ta' Ġunju 2004; madanakollu, dan ir-rekord inkiser biss erbat ijiem wara grazzi għall-Iżvizzeru Johan Vonlanthen. Rooney weġġa' fil-kwarti tal-finali kontra l-Portugall hekk kif l-Ingilterra ġew eliminati bl-għoti tal-penalties.

Wara li weġġa' saqajh f'partita tal-Premier League f'April 2006, Rooney kien jinsab fi sfida biex ikun b'saħħtu biex jilgħab fit-Tazza tad-Dinja 2006. Rooney irnexxielu jkun preżenti fil-partita kontra t-Trinidad u Tobago u dik segwenti kontra l-Iżvezja. Madanakollu, ma rnexxielhux iħalli l-marka bħalma ħalla fit-tornew preċedenti hekk kif ma skorja l-ebda gowl, waqt li l-Ingilterra spiċċaw barra mill-kompetizzjoni, għal darb'oħra minħabba l-għoti tal-penalties.

Rooney, fl-aħħar partita tal-kampanja Ingliża fit-Tazza tad-Dinja 2006 kontra l-Portugall spiċċa mkeċċi wara 62 minuta logħob wara li tela' fuq id-difensur Portugiż Ricardo Carvalho, hekk kif it-tnejn kienu qed jiġġieldu għall-possessjoni tal-ballun. Din ġabet kontroversja sħiħa minħabba l-involviment ta' sieħbu fit-tim ta' United Cristiano Ronaldo li pprotesta bil-miftuħ, waqt li r-referi Horacio Elizondo innega li kien influwenzat mill-atteġġjament ta' Ronaldo.

Ħajja personali

immodifika

Rooney iltaqa' ma' martu, Coleen Rooney (née McLoughlin), waqt li t-tnejn li huma kienu fl-aħħar sena ta' skola sekondarja. Huma żżewġu fit-12 ta' Ġunju 2008 wara sitt snin għerusija, li matulhom Rooney ammetta li kien sfrutta l-prostituzzjoni f'Liverpool fl-2004.[9] Hu għandu tattoo bil-kliem "Just Enough Education To Perform", minn titlu ta' album tal-grupp favorit tiegħu, Stereophonics, li daqqew ukoll matul ir-riċeviment tat-tieġ.

Il-familja Rooney tgħix f'villa fir-raħal ta' Prestbury li tiswa' £4.25 miljun, li nbniet minn kumpanija posseduta minn Dawn Ward, il-mara tal-attakant veteran ta' Sheffield United Ashley Ward.

Statistika

immodifika

Statistika korretta sal-5 ta' Novembru 2017[10]

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Kontinentali Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Everton 2002–03 33 6 1 0 3 2 0 0 37 8
2003–04 34 9 3 0 3 0 0 0 40 9
Total 67 15 4 0 6 2 0 0 77 17
Manchester United 2004–05 29 11 6 3 2 0 6 3 0 0 43 17
2005–06 36 16 3 0 4 2 5 1 0 0 48 19
2006–07 35 14 7 5 1 0 12 4 0 0 55 23
2007–08 27 12 4 2 0 0 11 4 1 0 43 18
2008–09 30 12 2 1 1 0 13 4 3 3 49 20
2009–10 32 26 1 0 3 2 7 5 1 1 44 34
2010–11 28 11 2 1 0 0 9 4 1 0 40 16
2011–12 34 27 1 2 0 0 7 5 1 0 44 34
2012–13 27 12 3 3 1 0 6 1 37 16
2013–14 29 17 0 0 2 0 9 2 0 0 40 19
2014–15 33 12 4 2 0 0 37 14
2015–16 28 8 5 2 2 1 6 4 41 15
2016–17 25 5 2 1 4 0 7 2 1 0 39 8
Total 393 183 40 22 20 5 98 39 8 4 559 253
Everton 2017–18 11 4 0 0 1 0 6 1 18 5
Total fil-karriera 471 202 44 22 27 7 104 40 8 4 654 275
Manchester United

Individwali

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Wayne Rooney Interview" (bl-Ingliż). FourFourTwo. 2008-06-13. Miġbur 2008-12-15.
  2. ^ "Manchester United plc Report & Accounts 2005" (PDF) (bl-Ingliż). Manchester United plc. 2005-10-11. Miġbur 2008-12-17.
  3. ^ "Rooney's debut hat-trick against Fenerbahçe" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2004-09-28. Miġbur 2007-05-11.
  4. ^ "Villarreal 0-0 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2005-09-14. Miġbur 2006-06-18.
  5. ^ "Rooney & Scholes lose ban appeals" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-08-15. Miġbur 2006-11-17.
  6. ^ "Man Utd 7-1 Roma (agg 8-3)" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-04-10.
  7. ^ "Man Utd 3-2 AC Milan" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-04-24. Miġbur 2008-06-07.
  8. ^ "Rooney delighted with new number" (bl-Ingliż). Manchester United FC. 2007-06-30. Miġbur 2007-06-30.
  9. ^ "Rooney admits prostitute visits" (bl-Ingliż). BBC. 2004-08-22. Miġbur 2008-09-08.
  10. ^ Endlar, Andrew. "Wayne Rooney". StretfordEnd.co.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2009-03-07.

Ħoloq esterni

immodifika