Premier League 2010–11

L-istaġun 2010–11 tal-Premier League kien id-dsatax-il staġun tal-Premier League Ingliż minn mindu ġie stabbilit fl-1992. L-istaġun ingħata l-bidu fl-14 ta' Awwissu 2010, bit-tim ta' Chelsea ikun id-difensur tat-titlu.

Premier League 2010–11
Rebbieħa Manchester United
Promossi West Ham United
Blackpool
Birmingham City
Logħbiet 380
Gowls skurjati 1063 (2.8 kull logħba)
Bidu tal-istaġun 14 ta' Awwissu 2010
Tmiem tal-istaġun 22 ta' Mejju 2011
Attendenza medja 35,167

Manchester United rebħu t-titlu b'permezz tal-pari ta' 1–1 barra minn darhom kontra Blackburn Rovers fl-14 ta' Mejju 2011. Dan kien id-dsatax-il titlu tal-kampjonat Ingliż, rekord ġdid fil-futbol lokali fejn qabżu lit-tim ta' Liverpool li għandu tmintax. Ir-rebħ tal-kampjonat fisser ukoll it-tnax-il titlu għall-kowċ Sir Alex Ferguson.

Timijiet

immodifika
 
Timijiet tal-istaġun 2010–11

Total ta' għoxrin tim ħadu sehem fil-kampjonat, fosthom sbatax li lagħbu fl-istaġun 2009–10 u tlieta promossi mill-Football League Championship 2009–10.

Hull City, Burnley u Portsmouth ġew relegati wara li spiċċaw fl-aħħar tliet postijiet tal-klassifika. Mit-timijiet relgati, Portsmouth kellhom l-itwal avventura bħala membru tal-ogħla diviżjoni hekk kif qattgħet seba' snin fil-Premier League. Hull City u Burnley, min-naħa l-oħra, irritornaw lura lejn iċ-Championship wara sentejn u sena rispettivament.

Ir-rebbieħa tal-Football League Championship 2009–10 Newcastle United, it-tieni klassifikati West Bromwich Albion u r-rebbieħa tal-playoff finali Blackpool kisbu l-promozzjoni lejn il-Premier League. Waqt li Newcastle u West Brom kienu qegħdin jirritornaw lura fl-ogħla livell tal-futbol Ingliż wara biss sena, Blackpool kienu ilhom 39 sena assenti minn din id-diviżjoni.

Din kienet l-ewwel darba mill-1983–84 li l-akbar erba' timijiet minn Midlands tal-Punent — Birmingham City, West Bromwich Albion, Aston Villa u Wolverhampton Wanderers — se jkunu flimkien fl-ogħla diviżjoni. Din ukoll se tkun l-ewwel darba li se jintlagħab id-derby ta' Black County fil-Premier League, bejn West Bromwich Albion u Wolverhampton Wanderers. B'Portsmouth relegati, dan l-istaġun mhu se jkollu l-ebda tim min-Nofsinhar barra minn Londra.

Promozzjoni u relegazzjoni

immodifika

  Timijiet promossi mill-Football League Championship 2009–10

  Timijiet relegati għall-Football League Championship 2010–11

Klassifika

immodifika
Poż Klabb L R P T GF GK DG Pti Kwalifikazzjoni jew relegazzjoni
1 Manchester United (Ċ) 38 23 11 4 78 37 +41 80 Fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League 2011–12
2 Chelsea 38 21 8 9 69 33 +36 71
3 Manchester City 38 21 8 9 60 33 +27 71
4 Arsenal 38 19 11 8 72 43 +29 68 Play-offs tal-UEFA Champions League 2011–12
5 Tottenham Hotspur 38 16 14 8 55 46 +9 62 Play-offs tal-UEFA Europa League 2011–12
6 Liverpool 38 17 7 14 59 44 +15 58
7 Everton 38 13 15 10 51 45 +6 54
8 Fulham 38 11 16 11 49 43 +6 49 L-ewwel rawnd ta' kwalifika tal-UEFA Europa League 2011–12 1
9 Aston Villa 38 12 12 14 48 49 −11 48
10 Sunderland 38 12 11 15 45 56 −11 47
11 West Bromwich Albion 38 12 11 15 56 71 −15 47
12 Newcastle United 38 11 13 14 56 57 −1 46
13 Stoke City 38 13 7 18 46 48 −2 46 It-tielet rawnd ta' kwalifika tal-UEFA Europa League 2011–12 2
14 Bolton Wanderers 38 12 10 16 52 56 −4 46
15 Blackburn Rovers 38 11 10 17 46 59 −13 43
16 Wigan Athletic 38 9 15 14 40 61 −21 42
17 Wolverhampton Wanderers 38 11 7 20 46 66 −20 40
18 Birmingham City (R) 38 8 15 15 37 58 −21 39 Play-offs tal-UEFA Europa League 2011–12 3
Relegazzjoni għall-Football League Championship 2010–11
19 Blackpool (R) 38 8 15 15 41 65 −24 39 Relegazzjoni għall-Football League Championship 2010–11
20 West Ham United (R) 38 7 12 19 43 70 −27 33

Sors: Barclays Premier League
1 Fulham ikkwalifikaw għall-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni bħala rebbieħa tal-klassifika tal-Fair Play.
2 Stoke City ikkwalifikaw għat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League 2011–12 bħala finalisti telliefa tal-FA Cup 2010–11 kontra Manchester City li kkwalifikaw għaċ-Champions League.
3 Birmingham City ikkwalifikaw għar-rawnd tal-play-off tal-UEFA Europa League 2011–12 UEFA Europa League wara r-rebħa fil-Football League Cup 2010–11, li tfisser post fit-tielet rawnd preliminari, li sussegwentament tmexxiet rawnd 'il fuq wara r-riżultat tal-FA Cup 2011.
Regoli għall-klassifikazzjoni: l-ewwel skont il-punti, it-tieni skont id-differenza fil-gowls, it-tielet skont kemm il-gowls ġew skurjati

Riżultati

immodifika
Intern \ Estern1 ARS AST BIR BLA BPL BOL CHE EVE FUL LIV MNC MNU NEW STK SUN TOT WBA WHU WIG WOL
Arsenal 1–2 2–1 0–0 6–0 4–1 3–1 2–1 2–1 1–1 0–0 1–0 0–1 1–0 0–0 2–3 2–3 1–0 3–0 2–0
Aston Villa 2–4 0–0 4–1 3–2 1–1 0–0 1–0 2–2 1–0 1–0 2–2 1–0 1–1 0–1 1–2 2–1 3–0 1–1 0–1
Birmingham City 0–3 1–1 2–1 2–0 2–1 1–0 0–2 0–2 0–0 2–2 1–1 0–2 1–0 2–0 1–1 1–3 2–2 0–0 1–1
Blackburn Rovers 1–2 2–0 1–1 2–2 1–0 1–2 1–0 1–1 3–1 0–1 1–1 0–0 0–2 0–0 0–1 2–0 1–1 2–1 3–0
Blackpool 1–3 1–1 1–2 1–2 4–3 1–3 2–2 2–2 2–1 2–3 2–3 1–1 0–0 1–2 3–1 2–1 1–3 1–3 2–1
Bolton Wanderers 2–1 3–2 2–2 2–1 2–2 0–4 2–0 0–0 0–1 0–2 2–2 5–1 2–1 1–2 4–2 2–0 3–0 1–1 1–0
Chelsea 2–0 3–3 3–1 2–0 4–0 1–0 1–1 1–0 0–1 2–0 2–1 2–2 2–0 0–3 2–1 6–0 3–0 1–0 2–0
Everton 1–2 2–2 1–1 2–0 5–3 1–1 1–0 2–1 2–0 2–1 3–3 0–1 2–0 2–0 2–1 1–4 2–2 0–0 1–1
Fulham 2–2 1–1 1–1 3–2 3–0 3–0 0–0 0–0 2–5 1–4 2–2 1–0 2–0 0–0 1–2 3–0 1–3 2–0 2–1
Liverpool 1–1 3–0 5–0 2–1 1–2 2–1 2–0 2–2 1–0 3–0 3–1 3–0 2–0 2–2 0–2 1–0 3–0 1–1 0–1
Manchester City 0–3 4–0 0–0 1–1 1–0 1–0 1–0 1–2 1–1 3–0 0–0 2–1 3–0 5–0 1–0 3–0 2–1 1–0 4–3
Manchester United 1–0 3–1 5–0 7–1 4–2 1–0 2–1 1–0 2–0 3–2 2–1 3–0 2–1 2–0 2–0 2–2 3–0 2–0 2–1
Newcastle United 4–4 6–0 2–1 1–2 0–2 1–1 1–1 1–2 0–0 3–1 1–3 0–0 1–2 5–1 1–1 3–3 5–0 2–2 4–1
Stoke City 3–1 2–1 3–2 1–0 0–1 2–0 1–1 2–0 0–2 2–0 1–1 1–2 4–0 3–2 1–2 1–1 1–1 0–1 3–0
Sunderland 1–1 1–0 2–2 3–0 0–2 1–0 2–4 2–2 0–3 0–2 1–0 0–0 1–1 2–0 1–2 2–3 1–0 4–2 1–3
Tottenham Hotspur 3–3 2–1 2–1 4–2 1–1 2–1 1–1 1–1 1–0 2–1 0–0 0–0 2–0 3–2 1–1 2–2 0–0 0–1 3–1
West Bromwich Albion 2–2 2–1 3–1 1–3 3–2 1–1 1–3 1–0 2–1 2–1 0–2 1–2 3–1 0–3 1–0 1–1 3–3 2–2 1–1
West Ham United 0–3 1–2 0–1 1–1 0–0 1–3 1–3 1–1 1–1 3–1 1–3 2–4 1–2 3–0 0–3 1–0 1–1 3–1 2–0
Wigan Atletic 2–2 1–2 2–1 4–3 0–4 1–1 0–6 1–1 1–1 1–1 0–2 0–4 0–1 2–2 1–1 0–0 1–0 3–2 2–0
Wolves 0–2 1–2 1–0 2–3 4–0 2–3 1–0 0–3 1–1 0–3 2–1 2–1 1–1 2–1 3–2 3–3 3–1 1–1 1–2

Sors: Barclays Premier League
1 It-tim li jilgħab f'daru hu mniżżel fil-kolonna xellugija.
Kuluri: Blu = rebħa ta' tim f'daru; Isfar = pari; Aħmar = rebħa ta' tim barra minn daru.

L-aqwa skorers

immodifika
Poż. Plejer Klabb Gowls[1]
1   Dimitar Berbatov Manchester United 21
  Carlos Tévez Manchester City 21
3   Robin van Persie Arsenal 18
4   Darren Bent Sunderland/Aston Villa 17
5   Peter Odemwingie West Bromwich Albion 15
6   D. J. Campbell Blackpool 13
  Andy Carroll Newcastle/Liverpool 13
  Javier Hernández Manchester United 13
  Dirk Kuyt Liverpool 13
  Florent Malouda Chelsea 13
  Rafael van der Vaart Tottenham Hotspur 13

Unuri tax-xahar

immodifika
Xahar Kowċ tax-Xahar Plejer tax-Xahar
Kowċ Klabb Plejer Klabb
Awwissu   Carlo Ancelotti Chelsea   Paul Scholes Manchester United
Settembru   Roberto Di Matteo West Bromwich Albion   Peter Odemwingie West Bromwich Albion
Ottubru   David Moyes Everton   Rafael van der Vaart Tottenham Hotspur
Novembru   Owen Coyle Bolton Wanderers   Johan Elmander Bolton Wanderers
Diċembru   Roberto Mancini Manchester City   Samir Nasri Arsenal
Jannar   Sir Alex Ferguson Manchester United   Dimitar Berbatov Manchester United
Frar   Arsène Wenger Arsenal   Scott Parker West Ham United
Marzu   Carlo Ancelotti Chelsea   David Luiz Chelsea
April   Carlo Ancelotti Chelsea   Peter Odemwingie West Bromwich Albion

Unuri annwali

immodifika

Barclays Plejer tas-Sena

immodifika

L-unur tal-Barclays Plejer tas-Sena ntrebaħ minn Nemanja Vidić ta' Manchester United.

Tim tas-Sena tal-PFA

immodifika

Gowlkiper: Edwin van der Sar (Manchester United)
Difiża: Bacary Sagna (Arsenal), Nemanja Vidić (Manchester United), Vincent Kompany (Manchester City), Ashley Cole (Chelsea)
Nofs il-grawnd: Nani (Manchester United), Samir Nasri, Jack Wilshere (it-tnejn Arsenal), Gareth Bale (Tottenham Hotspur)
Attakk: Carlos Tévez (Manchester City), Dimitar Berbatov (Manchester United)

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Official Premier League Statistics" (bl-Ingliż). Premier League. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-30. Miġbur 2011-05-22.
  2. ^ "Top two dominate PFA Team of the Year" (bl-Ingliż). ESPN. 2011-04-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-04-20. Miġbur 2011-05-06.

Ħoloq esterni

immodifika