Blackburn Rovers FC
Blackburn Rovers Football Club huwa klabb tal-futbol Ingliż minn Blackburn, Lancashire, li jilgħab fil-Premier League.
Isem sħiħ | Blackburn Rovers Football Club | |||
---|---|---|---|---|
Ismijiet oħra | Rovers | |||
Fundazzjoni | 1875 | |||
Grawnd | Ewood Park, Blackburn | |||
Proprjetarju | V H Group (en) | |||
President | Paul Agnew | |||
Kowċ | Henning Berg | |||
Kampjonat | Championship | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Il-klabb ġie stabbilit fl-1875, fejn sar membru fundatur tal-Football League fl-1888. Huwa hu wieħed minn biss tliet klabbs oħra li kien membru fundatur tal-Football League u l-Premier League (bl-oħrajn ikunu Aston Villa u Everton). Fl-1890, ir-Rovers imxew lejn il-grawnd permanenti tagħhom Ewood Park. Qabel il-formazzjoni tal-Premier League fl-1992, ħafna mis-suċċessi tal-klabb seħħ qabel l-1930, fejn kiseb għal numru ta' drabi l-kampjonat u trofej tal-FA Cup. Ir-relegazzjoni fl-1966 wasslithom għal 26 staġun konsekuttiv mingħajr futbol tal-ogħla livell.
Fl-1992, Blackburn ġew promossi għall-Premier League il-ġdid, sena biss war li Jack Walker kien ħa f'idejh il-klabb, u poġġa lil Kenny Dalgish bħala kowċ. Fl-1995, Blackburn saru ċampjins Ingliżi, wara li kienu nefqu miljuni ta' sterlini fuq plejers bħal Alan Shearer u Chris Sutton. Madanakollu, it-tim rebbieħ mal-ewwel inqasam u, fl-1999, il-klabb spiċċa relegat. Sentejn wara reġa' sab postu fil-Premier League, ftit wara l-mewt ta' Walker, u baqa' f'dan il-livell sal-lum. Matul dan iż-żmien it-tim ikkwalifikaw għat-Tazza UEFA erba' darbiet. L-istaġun 2009–10 immarka s-70 sena mhux konsekuttiva fl-ogħla diviżjoni.
Kowċis
immodifika
|
|
|
|
Unuri
immodifikaKompetizzjonijiet domestiċi
immodifika- L-Ewwel Diviżjoni: 2
- 1911–12, 1913–14
- It-Tieni Diviżjoni: 1
- 1938–39
- It-Tielet Diviżjoni: 1
- 1974–75
- Premier League: 1
- 1994–95
- 1883–84, 1884–85, 1885–86, 1889–90, 1890–91, 1927–28
- 2001–02
- 1986–87
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Blackburn Rovers FC |