Gareth Bale
Gareth Frank Bale (Cardiff, 16 ta' Lulju 1989) huwa plejer tal-futbol Welsh li jilgħab ma' Real Madrid.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Gareth Frank Bale | ||
Twelid | 16 ta' Lulju 1989 Cardiff, Wales | ||
Tul | 1.86 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Real Madrid | ||
Numru | 18 | ||
Mixtliet | |||
Cardiff Civil Service | |||
1999–2006 | Southampton | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2006–2007 | Southampton | ||
2007–2013 | Tottenham Hotspur | ||
2013– | Real Madrid | ||
2020–2021 | → Tottenham Hotspur (self) | ||
Tim nazzjonali | |||
2006–2008 | Wales U21 | ||
2006– | Wales |
Bale beda l-karriera professjonali tiegħu ma' Southampton, fejn beda jilgħab bħala difensur xellugi. Fl-2007 issieħeb ma' Tottenham Hotspur għal £7 miljun. Iż-żmien tiegħu ma' Tottenham, rah jittrasforma għal plejer iktar offensiv. Mill-istaġun 2009–10, Bale sar parti integrali tat-tim, fejn beda jattira interess fuqu wara l-kampanja tal-UEFA Champions League 2010–11.[1][2][3] Hu ġie msemmi l-Plejer tas-Sena tal-PFA fl-2011 u l-2013, u ġie msemmi fit-Tim tas-Sena tal-UEFA fl-2011.
Magħruf għall-veloċià li jħaddan u l-kwalitajiet fiżiċi tiegħu, f'Settembru tal-2013 hu ngħaqad mal-klabb tal-La Liga Spanjola Real Madrid għas-somma rekord ta' €100 miljun.
Bijografija
immodifikaBale twieled ġewwa Cardiff, il-Wales, minn Frank, purtinar fi skola, u Debbie, maniġer tal-operazzjonijiet;[4] hu attenda fl-iSkola Primarja Eglwys Newydd li tinsab ġewwa Whitchurch.[5] Huwa n-neputi tal-eks futboler ta' Cardiff City Chris Pike.[6] Hu kien għamel żmien qasir fl-iskola hekk kif waslet l-ewwel attenzjoni ta' Southampton fl-età ta' disa snin, meta kien jilgħab f'kampjonat ta' six-a-side mal-ewwel klabb tiegħu, Cardiff Civil Service Football Club.[7] Meta kiber, l-eroj tal-futbol tiegħu kien il-plejer Galliku ta' Manchester United Ryan Giggs.[8]
Karriera
immodifikaSouthampton
immodifikaFis-17 ta' April 2006, fl-età ta 16-il sena u 275 ġurnata, Bale sar it-tieni l-iżgħar plejer li lagħab għal Southampton (wara Theo Walcott, li kien 132 ġranet iżgħar) meta għamel id-debutt tiegħu f'rebħa ta' 2–0 kontra Millwall. Fis-6 ta' Awwissu, Bale skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-kampjonat minn free kick, fid-dro ta' 2–2 kontra Derby County ġewwa Pride Park.[9]
Huwa skorja darb'oħra minn free-kick, f'St Mary's Stadium, kontra Coventry City[10] fit-tieni logħba tat-tim tal-istaġun 2006–07. Bale żviluppa aktar ir-reputazzjoni tiegħu bħala speċjalist tal-free kicks meta huwa laqat il-lasta minn wieħed kontra West Bromwich Albion.[11] Fis-16 ta' Diċembru 2006, il-gowls totali ta' Bale telgħu għal ħamsa, kontra Sunderland[12] free-kick kontra Hull[13] u kontra Norwich City.
Il-logħba finali tiegħu għal Southampton kienet fl-ewwel leg tas-semifinali taċ-Championship play-off kontra Derby County fit-12 ta' Mejju 2007. Bale kien weġgħa matul it-tieni taqsima, b'hekk ma setgħax jilgħab fit-tieni leg.[14][15] B'kollox, huwa għamel 45 apparenza għal Southampton, u skorja ħames gowls.
Tottenham Hotspur
immodifikaFil-25 ta' Mejju 2007, Bale iffirma ftehim ta' erba' snin ma' Tottenham Hotspur bi ħlas inizjali ta' £5 miljuni, potenzjalment telgħu għal £10 miljuni ibbażati fuq apparenzi u suċċess.[16] Madankollu, Tottenham ħalsu lil Southampton ħlas b'konklużjoni bikrija ta' £2 miljuni fl-2008 biex inaqqsu t-tariffa finali għal £7 miljuni u jippermettu lis-Saints flus immedjati li hemm bżonn b'mod iddisprat.
Bale lagħab l-ewwel logħba tiegħu għal Tottenham f'logħba ta' ħbiberija kontra St. Patrick's Athletic fit-12 ta' Lulju 2007, iżda ġie sostitwit fit-80 minuta minħabba siequ. Huwa għamel id-debutt kompetittiv tiegħu għal Tottenham Hotspur fis-26 ta' Awwissu kontra Manchester United ġewwa Old Trafford. Fit-tieni dehra tiegħu, hu skorja l-ewwel gowl tiegħu għal Tottenham fid-dro ta' 3–3 kontra Fulham fl-1 ta' Settembru.[17] Bale mar biex jerġa jiskurja minn free kick kontra Arsenal fid-Derby tat-Tramuntana ta' Londra.[18] Huwa mbagħad skorja fil-League Cup kontra Middlesbrough.[19]
Fid-29 ta' Settembru 2010, Bale skorja l-ewwel gowl tiegħu fiċ-Champions League f'rebħa ta' 4–1 kontra ċ-ċampjins Olandiżi FC Twente fit-tieni logħba mill-fażi tal-gruppi. Bħala rikonoxximent, hu kien imsemmi l-Plejer tas-Sena ta' Wales mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Wales.[20] Fl- 20 ta' Ottubru 2010, Bale skorja l-ewwel tripletta tiegħu kontra ċ-Ċampjins Ewropej Internazionale f'San Siro. Tottenham kienu tilfu l-logħba 4–3, huma kienu 4–0 minn taħt mal-ewwel 35 minuta u lagħbu 80 minuta b'għaxar plejers wara li l-gowler Heurelho Gomes tkeċċa minħabba li wettaq fawl fuq il-plejer ta' Inter Jonathan Biabiany.[21] Fil-logħba tar-ritorn ġewwa White Hart Lane fit-2 ta' Novembru, Bale provda l-prestazzjoni tar-raġel tal-partita, billi għamel żewġ assisti lil Peter Crouch u Roman Pavlyuchenko f'rebħa memorabbli ta' 3–1.[22]
Real Madrid
immodifikaFl-1 ta' Settembru 2013, il-klabb Spanjol Real Madrid ħabbar li kien laħaq ftehim għat-trasferiment ta' Bale,[23][24] billi ffirma kuntratt ta' sitt snin għal ħlas ta' $132 miljun (£85.3 miljun) (€100 miljun).[25][26][27] Dan it-trasferiment kiser ir-rekord dinji preċedenti ta' Cristiano Ronaldo talli kien l-aktar plejer għoli fl-istorja. Bale ġie assenjat in-numru 11 tal-flokk.[28]
Bale skorja fid-debutt tiegħu għal Real Madrid, gowl li wasal fit-38 minuta kontra Villarreal CF, qabel ma ġie sostitwit minn Ángel di María.[29]
Internazzjonali
immodifikaBale ġie magħżul mill-Wales fl-aħħar tal-istaġun 2005-06 u għamel id-debutt internazzjonali tiegħu fis-27 ta' Mejju 2006.[30] Huwa deher l-ewwel darba bħala sostitut f'rebħa ta' 2–1 kontra t-Trinidad and Tobago, dan id-debutt għamel lil Bale l-iżgħar plejer ta' kull żmien li lagħab għal Wales.[31] Bale, li kellu biss 16-il sena u 315 ġurnata, assistita l-gowl tar-rebħa skorjat minn Robert Earnshaw.
Brian Flynn ikkummenta li Bale kien potenzjalment stilla tal-futur tal-logħba, kif ukoll qabbel il-kapaċità teknika tiegħu ma' ta' Ryan Giggs.[32] Fis-7 ta' Ottubru 2006, Bale sar l-iżgħar plejer ta' kull żmien li skorja għat-tim nazzjonali ta' Wales f'logħba tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 kontra l-Islovenja minn free kick.[33] Hu skorja t-tieni gowl tiegħu għal Wales f'rebħa ta' 3–0 kontra San Marino fit-28 ta' Marzu 2007.
Bale kien eliġibbli biex jilgħab għall-Ingilterra minħabba nanntu, iżda fl-2007 huwa qal:
"Huwa unur li nilagħab għal Wales...Ħadd qatt ma' kien viċin tiegħi personalment mill-Ingilterra, minbarra l-aġent tiegħi."[34]
Statistika
immodifikaKlabb
immodifikaAġġornata sal-24 ta' Mejju 2014[35]
Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | Tazza tal-Kampjonat | Ewropa | Oħrajn1 | Total | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
Southampton | 2005–06 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 |
2006–07 | 38 | 5 | 1 | 0 | 3 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 43 | 5 | |
Total | 40 | 5 | 1 | 0 | 3 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 45 | 5 | |
Tottenham Hotspur | 2007–08 | 8 | 2 | 0 | 0 | 1 | 1 | 3 | 0 | 0 | 0 | 12 | 3 |
2008–09 | 16 | 0 | 2 | 0 | 5 | 0 | 7 | 0 | 0 | 0 | 30 | 0 | |
2009–10 | 23 | 3 | 8 | 0 | 3 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 34 | 3 | |
2010–11 | 30 | 7 | 0 | 0 | 0 | 0 | 11 | 4 | 0 | 0 | 41 | 11 | |
2011–12 | 36 | 9 | 4 | 2 | 0 | 0 | 2 | 1 | 0 | 0 | 42 | 12 | |
2012–13 | 33 | 21 | 2 | 1 | 1 | 1 | 8 | 3 | 0 | 0 | 44 | 26 | |
Total | 146 | 42 | 16 | 3 | 10 | 2 | 31 | 8 | 0 | 0 | 203 | 55 | |
Real Madrid | 2013–14 | 27 | 15 | 5 | 1 | — | 12 | 6 | 0 | 0 | 44 | 22 | |
Total | 27 | 15 | 5 | 1 | — | 12 | 6 | 0 | 0 | 44 | 22 | ||
Total tal-karriera | 213 | 62 | 22 | 4 | 13 | 2 | 43 | 14 | 1 | 0 | 292 | 82 |
1 Inklużi l-play-offs tal-Football League Championship
Tim nazzjonali
immodifikaTim nazzjonali ta' Wales | ||
---|---|---|
Sena | Preż | Gowls |
2006 | 4 | 1 |
2007 | 7 | 1 |
2008 | 5 | 0 |
2009 | 7 | 0 |
2010 | 4 | 1 |
2011 | 6 | 3 |
2012 | 5 | 3 |
2013 | 5 | 2 |
2014 | 1 | 1 |
Total | 44 | 12 |
Internazzjonali
immodifika- Punteġġi u r-riżultati tal-Wales qegħdin fil-lista x-xellugija.
# | Data | Post | Avversarju | Punteġġ | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
1. | 7 ta' Ottubru 2006 | Millennium Stadium, Cardiff, Wales | Slovakkja | 1–2 | 1–5 | Kwal. Ewropej 2012 |
2. | 28 ta' Marzu 2007 | Millennium Stadium, Cardiff, Wales | San Marino | 2–0 | 3–0 | Kwal. Ewropej 2012 |
3. | 12 ta' Ottubru 2010 | St. Jakob-Park, Bażel, Żvizzera | Żvizzera | 1–1 | 1–4 | Kwal. Ewropej 2012 |
4. | 7 ta' Ottubru 2011 | Liberty Stadium, Swansea, Wales | Żvizzera | 2–0 | 2–0 | Kwal. Ewropej 2012 |
5. | 11 ta' Ottubru 2011 | Vasil Levski National Stadium, Sofija, Bulgarija | Bulgarija | 1–0 | 1–0 | Kwal. Ewropej 2012 |
6. | 12 ta' Novembru 2011 | Cardiff City Stadium, Cardiff, Wales | Norveġja | 1–0 | 4–1 | Logħba ta' ħbiberija |
7. | 11 ta' Settembru 2012 | Stadion Karađorđe, Novi Sad, Serbja | Serbja | 1–2 | 1–6 | Kwal. Tazza tad-Dinja 2014 |
8. | 12 ta' Ottubru 2012 | Cardiff City Stadium, Cardiff, Wales | Skozja | 1–1 | 2–1 | Kwal. Tazza tad-Dinja 2014 |
9. | 12 ta' Ottubru 2012 | Cardiff City Stadium, Cardiff, Wales | Skozja | 2–1 | 2–1 | Kwal. Tazza tad-Dinja 2014 |
10. | 6 ta' Frar 2013 | Liberty Stadium, Swansea, Wales | Awstrija | 1–0 | 2–1 | Logħba ta' ħbiberija |
11. | 26 ta' Marzu 2013 | Liberty Stadium, Swansea, Wales | Kroazja | 1–0 | 1–2 | Kwal. Tazza tad-Dinja 2014 |
12. | 5 ta' Marzu 2014 | Cardiff City Stadium, Cardiff, Wales | Iżlanda | 3–1 | 3–1 | Logħba ta' ħbiberija |
Unuri
immodifikaKlabb
immodifika- La Liga: 2016–17
- Copa del Rey: 2013–14
- Supercopa de España: 2017
- UEFA Champions League: 2013–14, 2015–16, 2016–17
- Tazza tad-Dinja tal-Klabbs: 2014
- Super Cup Ewropea: 2014, 2016, 2017
Individwali
immodifika- Tim tas-Sena tal-PFA tal-Football League Championship: 2006–07
- Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-Football League: 2007
- Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-FAW: 2007[36]
- Plejer tar-Rawnd tal-FA Cup: il-5 Rawnd tal-istaġun 2009–10[37]
- Plejer Żagħżugħ tas-Sena ta' Tottenham Hotspur: 2009–10,[38] 2010–11
- Premju tal-Plejer tas-Sena ta' Wales: 2010,[39] 2011[40]
- Personalità tal-Isports tas-Sena tal-BBC Wales: 2010[41]
- BBC Wales Carwyn James Junior Sportsman of the Year: 2006
- Tim tas-Sena tal-PFA tal-Premier League: 2010–11, 2011–12, 2012–13
- Plejer tas-Sena tal-FWA: 2012–13
- Plejer tas-Sena tal-PFA: 2010–11, 2012–13
- Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA: 2012–13
- Tim tas-Sena tal-UEFA: 2011[42]
- Plejer tax-Xahar tal-Premier League: April 2010,[43] Jannar 2012, Frar 2013[44]
Referenzi
immodifika- ^ "Riise: Bale is world's best left winger" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2011-11-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-11-13. Miġbur 2011-12-30.
- ^ "Fabio – Bale is world's best" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2011-03-09. Miġbur 2011-12-30.
- ^ "Gareth Bale has everything says Tottenham manager Harry Redknapp" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2011-12-28. Miġbur 2011-12-29.
- ^ Rollings, Grant. "Bale Model". The Sun (bl-Ingliż). News Group Newspapers. Miġbur 2010-11-14.
- ^ "Hall Of Fame" (bl-Ingliż). Eglwys Newydd Primary School. Miġbur 2010-11-14.
- ^ "Bluebirds of a feather are flocking together". Wales Online (bl-Ingliż). Media Wales. 2008-12-08. Miġbur 2008-12-08.
- ^ "Mentor's advice to Gareth could come to fruition as foreign legion close in" (bl-Ingliż). Wales Online. 2010-10-22. Miġbur 2010-12-28.
- ^ Harvey, Chris (2011-01-31). "Gareth Bale interview: born to run". The Telegraph (bl-Ingliż). Telegraph Media Group. Miġbur 2011-01-31.
- ^ "Derby 2 Southampton 2" (bl-Ingliż). Southampton FC. Miġbur 2007-01-21.
- ^ "Saints 2 Coventry 0" (bl-Ingliż). Southampton FC. Miġbur 2007-01-21.
- ^ "Saints 0 West Brom 0" (bl-Ingliż). Southampton FC. Miġbur 2007-01-21.
- ^ "Sunderland 1 Saints 1" (bl-Ingliż). Southampton FC. Miġbur 2007-01-21.
- ^ "Hull v Saints" (bl-Ingliż). Southampton FC. Miġbur 2007-01-21.
- ^ "Southampton 1–2 Derby" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-05-12. Miġbur 2007-06-03.
- ^ "Bale KO'd for two weeks". Southern Daily Echo (bl-Ingliż). Newsquest. 2007-04-13.
- ^ "Tottenham complete Bale transfer" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-05-25. Miġbur 2010-04-18.
- ^ Mercer, Nathan (2007-09-01). "Fulham 3–3 Tottenham" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2007-09-02.
- ^ "Tottenham 1–3 Arsenal" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-09-15. Miġbur 2009-09-02.
- ^ "Tottenham 2–0 Middlesbrough" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-09-26. Miġbur 2009-09-02.
- ^ "Brains FAW Awards Evening 2010" (bl-Ingliż). Football Association of Wales. 2010-10-04.
- ^ "Inter Milan 4–3 Tottenham" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-10-20. Miġbur 2010-10-20.
- ^ "Tottenham 3–1 Inter Milan" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-11-02. Miġbur 2010-11-02.
- ^ "Bale, nuevo jugador del Real Madrid" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2013-09-01. Miġbur 2013-09-01.
- ^ "Club announcement" (bl-Ingliż). Tottenham Hotspur. 2013-09-01. Miġbur 2013-09-01.
- ^ "Real Madrid Sign Midfielder Gareth Bale For World-Record $132 Million" (bl-Ingliż). CBS News New York. Miġbur 2013-09-02.
- ^ "Bale seals transfer move to Real Madrid" (bl-Ingliż). FOX Soccer. Miġbur 2013-09-02.
- ^ "Gareth Bale joins Real Madrid from Spurs in £85m world record deal" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2013-09-01.
- ^ "Gareth Bale: Real Madrid star will keep his feet firmly on the ground" (bl-Ingliż). BBC Sports. 2013-09-01. Miġbur 2013-09-02.
- ^ "Villarreal v Real Madrid – live!" (bl-Ingliż). The Guardian. 2013-09-14.
- ^ "Bale savours record Wales debut" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-05-28. Miġbur 2007-01-21.
- ^ "Injured Bale out for three months". BBC Sport (bl-Ingliż). 2007-12-10. Miġbur 2010-10-21.
- ^ "The £10 million man". Wales Online (bl-Ingliż). Miġbur 2007-01-21.
- ^ Davies, Sean (2006-10-07). "Wales 1–5 Slovakia" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2007-01-21.
- ^ "Bale: I could have played for England but playing for Wales is an honour". Mail Online (bl-Ingliż). Associated Newspapers. 2007-08-03. Miġbur 2010-11-02.
- ^ "Gareth Bale All time playing career" (bl-Ingliż). Soccerbase. Miġbur 2013-08-04.
- ^ "17th Football Presentation Awards Evening" (bl-Ingliż). Football Association of Wales. 2007-11-13.
- ^ "Bale claims public vote" (bl-Ingliż). Football Association. 2010-03-01. Miġbur 2010-03-12.
- ^ "Gareth, Daws scoop awards" (bl-Ingliż). Tottenham Hotspur FC. 2010-05-03. Miġbur 2010-05-03.
- ^ "Gareth Bale named Wales' player of the year" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-10-04. Miġbur 2010-10-04.
- ^ "Gareth Bale retains FA of Wales player of the year award" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2011-10-04. Miġbur 2011-10-05.
- ^ "Gareth Bale wins BBC Wales Sports Personality award" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-12-06.
- ^ "UEFA.com users' Team of the Year 2011 revealed". uefa.com (bl-Ingliż). UEFA. 2012-01-18. Miġbur 2013-03-01.
- ^ "Bale scoops Player of the Month award" (bl-Ingliż). Premier League. 2010-04-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-06-06. Miġbur 2010-04-30.
- ^ "Gareth Bale & Andre Villas-Boas earn player and manager awards". bbc.co.uk (bl-Ingliż). BBC Sport. 2013-03-01. Miġbur 2013-03-01.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Gareth Bale |
- Gareth Bale fuq National-Football-Teams.com
- Gareth Bale – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)
- Gareth Bale fuq Soccerbase