Tim nazzjonali tal-futbol ta' Wales
It-tim nazzjonali tal-futbol ta' Wales jirrapreżenta lill-pajjiż ta' Wales fix-xena internazzjonali tal-logħba tal-futbol. Hu hu kkontrollat mill-Football Association of Wales u hu it-tielet l-eqdem tim nazzjonali tal-futbol li jeżisti.
Assoċjazzjoni | Football Association of Wales / Cymdeithas Pêl-droed Cymru | |||
---|---|---|---|---|
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | |||
Kowċ | Gary Speed | |||
Stadju prinċipali | Millennium Stadium | |||
Kodiċi tal-FIFA | WAL | |||
|
Minkejja li hi parti mir-Renju Unit, Wales minn dejjem kellha r-rappreżentanti tagħha li jilgħabu f'kampjonati kbar professjonali, imma mhux fil-Logħob Olimpiku minħabba li l-Kumitat Internazzjonali Olimpiku jirrikonoxxi biss lir-Renju Unit.
Storja
immodifikaIs-snin tal-bidu
immodifikaWales lagħbu l-ewwel logħba kompetittiva fil-25 ta' Marzu 1876 kontra l-Iskozja fi Glasgow, fejn hu hu t-tielet l-eqdem tim tal-futbol fid-dinja. Alavolja l-Iskoċċiżi rebħu f'din l-ewwel logħba 4-0, partita ta' ritorn kienet ippjanata f'Wales is-sena ta' wara u għalhekk dik kienet l-ewwel logħba internazzjonali ta' Wales ġewwa darhom, fejn intlagħbet fil-5 ta' Marzu 1887. L-Iskozja reġgħet rebħet, din id-darba 2-0.
L-ewwel logħba ta' Wales kontra l-Ingilterra kienet fl-1879 - telfa ta' 2-1 f'Kennington Oval, Londra u fl-1882 Wales lagħbet ma' l-Irlanda ta' Fuq għall-ewwel darba u rebħet 7-1 f'Wrexham.
L-assoċċazzjonijiet ta' l-erba' pajjiżi tar-Renju Unit iltaqgħu f'Manchester nhar is-6 ta' Diċembru 1882, biex iniżżlu r-regoli importanti għal din il-logħba. Din il-laqgħa rat il-bidu tal-Board ta' l-Assoċċazzjoni tal-Futbol Internazzjonali (International Football Association Board) jew l-IFAB. Din l-organizazzjoni kienet se tapprova xi bidliet fir-regoli, xogħol li dawn l-erba' assoċċazzjonijiet għadhom jagħmlu sal-lum il-ġurnata.
Fl-istaġun 1883/84 ra l-formazzjoni tal-British Home Championship, kampjonat li kien milgħub kull sena bejn l-Ingilterra, l-Iskozja, l-Irlanda ta' Fuq u Wales, sa l-istaġun 1983/84. Wales kienet rebbieħa għal tnax-il darba - 5 darbiet minnhom kienu maqsumim bejn iż-żewġ finalisti.
Il-Federazzjoni tal-Futbol ta' Wales (FAW) saret membru tal-FIFA fl-1906, imma r-relazzjoni bejn il-FIFA u l-assoċċazzjoni Brittanika ma tantx kienet tajba u n-nazzjonijiet Brittaniċi rtiraw mill-FIFA fl-1928 wara diskussjonijiet fuq il-ħlas tal-plejers dilettanti. Bħala riżultat, Wales ma ħaditx sehem fl-ewwel tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja.
Fl-1932 Wales lagħbet kontra r-Repubblika Irlandiża, fejn din kienet l-ewwel darba li lagħbu kontra tim barra mill-erba' timijiet tar-Renju Unit. Sena wara, Wales lagħbet barra mir-Renju Unit għall-ewwel darba meta huma lagħbu kontra Franza f'Pariġi; il-partita spiċċat 1-1.
Plejers
immodifikaSkwadra attwali
immodifikaStorja tal-Kompetizzjonijiet
immodifika- 1930 sa l-1938 - Ma ħaditx sehem
- 1950 sa l-1954 - Ma kkwalifikatx
- 1958 - Kwarti tal-Finali
- 1962 sa l-2010 - Ma kkwalifikatx
- 1960 - Ma ħaditx sehem
- 1964 sa l-2012 - Ma kkwalifikatx