Heurelho Gomes
Heurelho da Silva Gomes (twieled fil-15 ta' Frar 1981) huwa eks-plejer tal-futbol li kien jilgħab bħala gowler.
Gomes ma' Watford fl-2015 | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Heurelho da Silva Gomes | ||
Twelid | 15 ta' Frar 1981 João Pinheiro, Brażil | ||
Tul | 1.91 m[1] | ||
Rwol | Gowler | ||
Mixtliet | |||
1999–2001 | Democrata SL | ||
2001 | Cruzeiro | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2001–2004 | Cruzeiro | ||
2004–2008 | PSV Eindhoven | ||
2008–2014 | Tottenham Hotspur | ||
2013 | → 1899 Hoffenheim (self) | ||
2014–2020 | Watford | ||
2021 | Democrata SL | ||
Tim nazzjonali | |||
2003–2004 | Brażil U23 | ||
2003–2010 | Brażil |
Karriera
immodifikaCruzeiro
immodifikaGomes beda l-karriera tiegħu f'pajjiżu mal-klabb nattiv Cruzeiro, hemmhekk hu lagħab 59 logħba bejn l-2001 u l-2004. Hawnhekk, kien immexxi mill-kowċ Piet de Visser u f'Lulju 2004, kien mibjugħ lil PSV.
PSV Eindhoven
immodifikaHuwa għamel id-debutt tiegħu għal Eindhoven kontra l-klabb Serbjan Crvena Zvezda fil-11 ta' Awwissu 2004.[2]
Għall-ewwel, kien hemm kritiċi, li l-Brażiljani qalu 'għandu jkun fuq il-qasam, mhux fil-lasta'. Fi kliem ieħor, kien hemm dubji jekk Gomes kien affidabbli biżżejjed. Dawn id-dubji kienu malajr mħassra. Anki jekk hu għamel żewġ gowls fid-debutt tiegħu kontra RBC, fejn PSV rebħu 5–2, hu wera lilu nnifsu li kien gowler affidabbli. Hu lagħab parti ewlenija fl-aħħar erba' titli konsekuttivi ta' PSV fl-Eredivisie u fil-kisbiet kbar Ewropej. Fl-ewwel staġun tiegħu, PSV immedjatament laħqu s-semi-finali tal-UEFA Champions League, fejn f'14-il tentattiv qabel, PSV ma kienux kapaċi jilħqu t-tieni rawnd. Fl-istaġuni ta' wara, PSV għaddew mill-fażi tal-gruppi kemm il-darba.
Fl-Eredivisie, Gomes kien magħruf għar-riflessi eċċellenti tiegħu, fejn salva ħafna punti għal PSV aktar minn darba. Kien ukoll magħruf għall-abbiltà li jwassal il-ballun. Gomes huwa kapaċi li jwassal il-ballun għall-aktar minn nofs il-ground b'idejh. Ukoll qabel il-bidu tal-logħba u t-tieni taqsima, hu kien iħobb jgħolli l-moral tal-partitarji billi jgħolli idejh u jċapċap.
Qabel it-trasferiment tiegħu lejn Tottenham, Gomes kien il-favorit tal-folla ta' PSV. Huwa setgħa jitkellem bil-Portugiż u l-iSpanjol u filwaqt li kien l-Olanda, hu qabad ammont ġust ta' kliem Olandiż, għalkemm għandu jingħad li ma kienx fluwenti fil-lingwa.
Anki jekk ir-rivalità bejn PSV, Feyenoord u Ajax hija intensa, sapporters minn klabb rivali urew is-simpatija għall-Brażiljan.
Huwa kellu inċident notevoli f'Rotterdam fil-logħba kontra Feyenoord, hu weġgħa lilu nnifsu waqt li beda jiċċelebra gowl, skurjat minn sieħbu tat-tim Phillip Cocu. Madankollu, huwa rnexxielu jkompli u saħansitra irnexxielhu wkoll isalva xi xuttijiet, huwa bagħqa jilgħab sal-aħħar tal-logħba fejn spiċċat fid-dro.
Tottenham Hotspur
immodifikaWara l-ħatra tal-kowċ Juande Ramos, Gomes iffirma ma' Tottenham Hotspur fis-27 ta' Ġunju 2008[3] għal ħlas ta' madwar £7.8 miljun.[4] Gomes lagħab l-ewwel logħba tiegħu bil-kuluri ta' Tottenham Hotspur f'logħba ta' ħbiberija fid-19 ta' Lulju 2008 kontra tim tas-Segunda División B Dénia, fejn Tottenham rebħu 4–2.
Eventwalment, Gomes kiseb permess ta' xogħol biex jilagħab fir-Renju Unit, minkejja li lagħab inqas minn 75% ammont meħtieġ ta' logħbiet għall-Brażil fl-aħħar sentejn.
Gomes għamel id-debutt tiegħu ġewwa White Hart Lane fl-10 ta' Awwissu 2008, f'rebħa ta' 5–0 kontra Roma fl-aħħar logħba ta' ħbiberija tal-pre-staġun ta' Tottenham, qabel il-kampanja tal-Premier League Ingliż 2008–09.
Tottenham tilfu l-ewwel żewġ logħbiet tal-ftuħ tagħhom 2–1 kontra Middlesbrough u Sunderland rispettivament, iżda l-preżenza tiegħu fil-lasta għenet lil Tottenham biex jiksbu l-ewwel punt tal-istaġun tagħhom bi dro kontra Chelsea ġewwa Stamford Bridge. Madankollu, ir-reputazzjoni tiegħu ħadet daqqa ġimgħa wara meta hu qala' gowl minn xutt dgħajjef ta' Ashley Young[5] fejn Tottenham tilfu 2–1 ġewwa darhom kontra Aston Villa. Din id-daqqa kompliet hekk kif hu qala' l-istess gowl kontra Fulham fil-15 ta' Novembru 2008, fejn żam il-klabb tiegħu fil-fond taż-żona tar-relegazzjoni u kkawżat ukoll il-kowċ tal-gowlers ta' Tottenham Hans Leitert li ġie mkeċċi fid-19 ta' Novembru 2008, bil-ħatra tal-eks gowler ta' Tottenham Tony Parks li ħa l-kariga ftit wara.[6] Huwa kompla biex ipoġġi prestazzjoni b'saħħitha kontra West Ham United, hu salva żewġ xuttijiet baxxi f'logħba li Tottenham rebħu 2–0, qabel ma salva żewġ xuttijiet importanti ta' Park Ji-Sung u Ryan Giggs fi dro ta' 0–0 kontra Manchester United.[7]
Gomes kien imweġġa fir-rebħa drammatika ta' 5–1 kontra AFC fit-tieni logħba tal-istaġun 2009-10 u kellhu jiġi mibdul mit-tieni gowler Carlo Cudicini.[8] Wara l-iskannjar tal-MRI, ġie żvelat li Gomes kellhu ħsara fil-grojn tiegħu li żammu xahar barra.[9] Fit-23 ta' Settembru 2009, Gomes għamel ir-ritorn tiegħu lejn l-ewwel tim fir-rebħa ta' 5–1 kontra Preston fil-League Cup,[10] u ftit wara hu għamel ir-ritorn tiegħu fil-Premier League f'rebħa ta' 2–1 kontra Portsmouth fis-17 ta' Ottubru. Matul din il-logħba, il-Brażiljan salva għadd żgħir ta' xuttijiet b'mod brillanti, wieħed minnhom kien imqabbel mill-eks gowler ta' Tottenham Pat Jennings għall-intervent famuż li għamel Gordon Banks kontra l-Brażil fit-Tazza tad-Dinja 1970.[11] Nhar it-3 ta' April 2010, hu salva żewġ penalties minn tlieta f'telfa ta' 3–1 barra minn darhom kontra Sunderland. Fl-14 April 2010, il-forma tajba ta' Gomes għenet lil Tottenham jiġbru l-ewwel rebħa tal-kampjonat kontra Arsenal f'21 laqgħat. Huwa salva il-free kick ta' Robin Van Persie u diversi tentattivi oħra fil-lasta wara xulxin. Fil-ġimgħa ta' wara, fis-17 ta' April 2010, Gomes reġgħa salva diversi xuttijiet kruċjali fejn Tottenham għelbu lil Chelsea 2–1 u b'hekk it-tim qabeż lil Manchester City biex telgħa r-raba post fil-klassifika. Huwa għamel clean sheet f'rebħa ta' 1–0 kontra Bolton u mbagħad huwa lagħab rwol vitali f'rebħa oħra ta' 1–0 kontra Manchester City fejn salva żewġ xuttijiet u wassal lil Tottenham fil-UEFA Champions League għall-ewwel darba.
Fl-20 ta' Ottubru 2010, f'logħba taċ-Champions League, Gomes irċieva karta ħamra fl-ewwel għaxar minuti tal-ewwel taqsima kontra ċ-Ċampjins Ewropej Inter Milan f'San Siro. Tottenham Hotspur tilfu l-logħba 4–3, wara li kienu qedgħin 4–0 minn taħt mal-ewwel 35 minuta, iżda ftit wara kien Gareth Bale li skorja tripletta fit-tieni taqsima.[12]
L-abilità ta' Gomes ġiet f'dubju fit-13 ta' April 2011 fit-tieni leg kontra Real Madrid wara sparatura mill-bogħod ta' Cristiano Ronaldo li żelqet minn idejn Gomes fejn Real Madrid kienu 5–0 minn fuq bl-aggregat.
Gomes ħa ħtija għal gowl kontroversjali kontra Chelsea fit-30 ta' April wara xutt ta' Frank Lampard li niżel minn bejn saqajh u għalkemm Gomes mar lura u żam il-ballun eżatt mal-linja, il-gowl ingħata xorta waħda.[13] Spurs tilfu l-logħba bl-iskor ta' 2–1.
Wara diversi żbalji ta' profil għoli minn Gomes, Tottenham iffirmaw gowler ta' 40-sena Brad Friedel fuq trasferiment b'xejn minn għand Aston Villa biex jipprovdu kompetizzjoni fl-ewwel tim. Friedel kien mal-ewwel għażla fil-bidu tal-istaġun iżda Gomes tħalla fuq il-bank u aktar tard tħalla barra mill-iskwadra kompletament, li wassal għal spekulazzjoni immedjat fil-futur tiegħu mal-klabb.[14] Gomes lagħab l-ewwel logħba tiegħu fl-istaġun 2011–12 fil-League Cup f'telfa ta' 6–7 bil-penalties kontra Stoke City wara li Massimo Luongo falla l-penalty. Sussegwentement, Gomes lagħab fl-Europa League, u żam clean sheet f'rebħa ta' 1–0 kontra Rubin Kazan. Wara li Hugo Lloris tfaċċa ġewwa White Hart Lane, Gomes sar ir-raba' gowler ta' Spurs, iżda wara l-bejgħ ta' Cudicini ma' Los Angeles Galaxy, hu sar it-tielet għażla wara Lloris u Friedel.
Self ma' 1899 Hoffenheim
immodifikaFl-aħħar jum tat-tieqa ta' trasferiment ta' Jannar 2013, Gomes qabel li jissieħeb mat-tim Ġermaniż 1899 Hoffenheim b'self sal-aħħar tal-istaġun.[15] Fit-2 ta' Frar, Gomes għamel id-debutt tiegħu ma' Hoffenheim f'rebħa ta' 2–1 kontra Freiburg. Wara l-logħba, il-kowċ Marco Kurz faħħar lil Gomes, "Gomes wera prestazzjoni soda ħafna. Għalkemm huwa tħarreġ darba biss magħna, l-awra tiegħu kienet qawwija.", matul il-logħba, Gomes salva erba' xuttijiet kruċjali u kien assigurat li jaħtaf sitt krosis.[16] Fit-tielet logħba tiegħu ma' Hoffenheim, hu kien diġà l-kaptan tat-tim, iżda l-istaġun tiegħu spiċċa qabel iż-żmien. Fis-6 ta' April 2013, hu kiser il-metakarpu matul rebħa mportanti ta' 3–0 kontra Fortuna Düsseldorf. Huwa kellhu jgħaddi minn kirurġija f'idejh.[17]
Ritorn ma' Tottenham wara perjodu ta' self
immodifikaWara li rkupra, Gomes irritorna ma' Tottenham u beda l-istaġun 2013-2014 magħhom. Madankollu, l-irwol ta' Gomes ma' Tottenham huwa t-tielet gowler, wara l-amerikan ta' 41-sena Brad Friedel u l-ewwel gowler tal-klabb Hugo Lloris.
Internazzjonali
immodifikaGomes għamel id-debutt tiegħu għall-Brażil fil-CONCACAF Gold Cup 2003. Għalkemm il-kompetizzjoni hija għal timijiet nazzjonali tal-kbar, Brazil għażlu li jibgħatu l-iskwadra ta' taħt it-23 sena fil-kompetizzjoni. Gomes għamel 5 apparenzi fejn il-Brazil marru fil-finali u spiċċaw it-tieni wara li ġew megħluba mill-Messiku 1–0.
Minkejja li kien parti mill-iskwadra Brażiljana li rebħet it-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005 bħala t-tielet gowler wara Dida u Marcos, Gomes ma rċieva l-ebda ħin ta' logħob. Hu kien ukoll eskluż mill-iskwadra tal-kowċ Carlos Alberto Parreira għat-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja.
Taħt il-kowċ ġdid tal-Brażil Dunga, Gomes kiseb ħin konsistenti fil-lasta. Fl-14 ta' Awwissu 2006, kien imsejjaħ għal logħba ta' ħbiberija kontra n-Norveġja, fejn spiċċat fid-dro ta' 1–1. Fit-3 ta' Settembru 2006, hu kien parti tar-rebħa ta' 3–0 kontra r-rivali Arġentina fl-Istadju Emirates fl-Ingilterra. Jumejn wara, Gomes żam it-tieni clean sheet konsekuttiva f'rebħa ta' 2–0 kontra Wales ġewwa White Hart Lane. L-aħħar dehra tiegħu bejn il-lasta kienet matul rebħa ta' 2–1 kontra l-Ekwador fl-10 ta' Ottubru 2006. Fil-11 ta' Mejju 2010, kien tħabbar li Gomes se jkun parti mill-iskwadra Brażiljana biex tikkompeti fit-Tazza tad-Dinja fl-Afrika t'Isfel.
Unuri
immodifika- Cruzeiro
- Campeonato Brasileiro Série A: 2003
- Copa do Brasil: 2003
- Campeonato Mineiro: 2002, 2003
- PSV
- Eredivisie: 2004–05, 2005–06, 2006–07, 2007–08
- Tazza KNVB: 2004–05
- Internazzjonali
- Tazza tal-Konfederazzjonijiet: 2005, 2009
- CONCACAF Gold Cup: Fidda 2003
- Tazza Lunar New Year: 2005
Referenzi
immodifika- ^ "Premier League Player Profile" (bl-Ingliż). Premier League. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-11-14. Miġbur 2011-04-05.
- ^ "Meesterscout Piet de Visser" (bl-Olandiż). Sargasso. 2008-02-08. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-07-05. Miġbur 2008-06-15.
- ^ "Gomes deal agreed" (bl-Ingliż). Tottenham Hotspur FC. 2008-06-27. Miġbur 2008-06-27.
- ^ Jacob, Gary (2008-06-27). "Tottenham pay £7m for Brazil goalkeeper Heurelho Gomes" (bl-Ingliż). Times. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-06-04. Miġbur 2010-02-14.
- ^ Whyatt, Chris (2008-09-15). "Tottenham 1–2 Aston Villa" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-09-16.
- ^ "Spurs goalkeeping coach departs" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-11-19. Miġbur 2008-11-19.
- ^ Hughes, Ian (2008-12-13). "Tottenham 0–0 Manchester United" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-12-13.
- ^ Lyon, Sam (2009-08-19). "Hull 1 – 5 Tottenham" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-08-22.
- ^ "Gomes update" (bl-Ingliż). Tottenham Hotspur FC. 2009-08-20. Miġbur 2009-08-22.
- ^ "Peter the great!" (bl-Ingliż). Tottenham Hotspur FC. 2009-09-23. Miġbur 2009-09-23.
- ^ "Gomes' 'miracle save' – Pat" (bl-Ingliż). Tottenham Hotspur FC. 2009-10-21. Miġbur 2009-10-22.
- ^ "Inter Milan 4 Tottenham 3" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-10-20. Miġbur 2010-10-20.
- ^ "Chelsea 2-1 Tottenham" (bl-Ingliż). BBC News. 2011-04-30.
- ^ "Harry ready to let Gomes go" (bl-Ingliż). SkySports. Miġbur 2011-09-15.
- ^ "Heurelho Gomes: Tottenham loan goalkeeper to Hoffenheim" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2013-01-31. Miġbur 2013-01-31.
- ^ "Heurelho Gomes causes a stir on Hoffenheim debut" (bl-Ingliż). Here is the City. 2013-02-04. Miġbur 2013-02-04.
- ^ "Saisonende für Heurelho Gomes" (bil-Ġermaniż). achtzehn99.de. 2013-04-06. Miġbur 2013-04-11.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Heurelho Gomes |
- Heurelho Gomes fuq Soccerbase