Watford FC
Watford Football Club hu klabb tal-futbol professjonali Ingliż ibbażat fil-belt ta' Watford. Huma jilgħabu fiċ-Championship.
Isem sħiħ | Watford Football Club | ||
---|---|---|---|
Ismijiet oħra | The Hornets, The Golden Boys, Yellow Army, The Horns | ||
Fundazzjoni | 1881 | ||
Grawnd | Vicarage Road, Watford | ||
Proprjetarju | Giampaolo Pozzo (en) | ||
President | Graham Taylor | ||
Kowċ | Malky Mackay | ||
Kampjonat | Championship | ||
| |||
Sit uffiċjali |
Il-klabb ġie fundat fl-1881, fejn lagħab għall-ewwel darba fil-grawnd Cassio Road, qabel ma ttrasferixxa f'Vicarage Road fl-1922, fejn baqgħu hemm sal-lum il-ġurnata[1] Il-klabb għandu l-laqam ta' The Hornets (Iż-Żnażan) minħabba l-uniformi safra u sewda. Watford għandhom rivalità twila mat-tim ta' Luton Town.
Il-klabb hu l-aktar magħruf għaż-żewġ perjodi meta kien taħt it-tmexxija tal-Ingliż Graham Taylor. L-ewwel wieħed kien bejn l-1977 u l-1987, meta l-klabb tela' għall-Ewwel Diviżjoni l-antika mir-Raba' Diviżjoni, fejn laħaq ukoll il-finali tal-FA Cup fl-1984 u kkompeta fit-Tazza UEFA. It-tieni perjodi kien mill-1997 sal-2001, meta Taylor wassal lill-klabb mit-Tieni Diviżjoni sal-Premiership. Matul dawn iż-żewġ eri l-klabb kien taħt il-proprjetà tal-president onorarju u l-kantant famuż Elton John.
Referenzi
immodifika- ^ Storja ta' Watford FC - Grawnds watfordfc.com