It-Tieni Diviżjoni tal-Football League

(Rindirizzat minn Second Division)

Mill-1892 sal-1992, it-Tieni Diviżjoni tal-Football League kienet it-tieni l-ogħla diviżjoni fil-futbol Ingliż.

It-Tieni Diviżjoni tal-Football League
Sport Futbol
Fundazzjoni 1892
Abolita 2004
Nru. ta' timijiet 24
Reġjun Ingilterra
Wales
Ċampjin attwali Plymouth Argyle
(2003–04)
L-aktar rebħiet Manchester City FC u Leicester City FC (6 titli)
Promozzjoni għal Ewwel Diviżjoni (1892-2004)
Relegazzjoni għal Tielet Diviżjoni (1920-1921, 1958-2004)
Tramuntana/Nofsinhar (1921-1958)

Din spiċċat mal-ħolqien tal-Premier League, qabel il-bidu tal-istaġun 1992–93, li kkawżat firda amministrattiva bejn il-Football League u t-timijiet il-ġodda li kienu se jiffurmaw parti mill-Premiership il-ġdida, li preċedentament kienet l-Ewwel Diviżjoni tal-Football League.

Mill-1992–93 sal-istaġun 2003–04, din kienet it-tieni l-aqwa diviżjoni tal-Football League, però it-tielet l-aqwa diviżjoni fis-sistema tal-kampjonat tal-futbol Ingliż. Biex tkompli tikkomplika aktar l-affarijiet, l-isem tat-Tieni Diviżjoni tbiddel għal Football League Championship minħabba raġunijiet kummerċjali qabel il-bidu tal-istaġun 2004–05, minkejja li xorta baqgħet it-tielet l-ogħla diviżjoni tal-futbol ġewwa l-Ingilterra.

Fl-1888, William McGregor kien il-qawwa prinċipali li wasslet biex isiru laqgħat f'Londra u Manchester li kienu jinvolvu tnax-il klabb tal-futbol, bi ħsieb ta' kompetizzjoni f'format ta' kampjonat. Dawn it-tnax-il klabb aktar tard iffurmaw it-tnax-il membru fundatur tal-Football League. Laqgħa li saret fit-22 ta' Marzu 1888 f'Londra, kienet tikkonċerna l-fatt li meta kien jiġi eliminat mill-FA Cup dan kien jibqa' madwar sena mingħajr ma jilgħab, fejn dan kien mhux biss jirriżulta f'telf finanzjaru, imma wkoll minħabba l-partitarji ma kinux se joqgħodu jistennew dak iż-żmien kollu biex jaraw partita. Id-diskussjonijiet ġew finalizzati fis-17 ta' April f'Manchester.

McGregor kien ivvota kontra l-isem The Football League, hekk kif hu kien beża' li dan l-isem seta' jkun assoċjat mal-Irish Land League.[1] Però xorta waħda dan l-isem rebaħ bil-maġġoranza tal-voti u kien magħżul. Il-kompetizzjoni ggrantixxiet il-partiti lill-membri tagħha. Il-klabbs kienu maqsuma b'mod ugwali bejn it-timijiet tat-Tramuntana u tal-Midlands, u dawk tan-Nofsinhar, li kienu prattikament dilettanti.

Kampjonat rivali ieħor bl-isem ta' Football Alliance opera bejn l-1889 u l-1892. Fl-1892 ġie deċiż li dawn iż-żewġ kampjonati jiġu mwaħħda, biex b'hekk ġiet iffurmata t-Tieni Diviżjoni, li parti kbira minnha kienet tikkonsisti minn klabbs tal-Football Alliance. Il-klabbs eżistenti tal-kampjonat, flimkien mal-aqwa tliet klabbs tal-Alliance, kienu jiffurmaw l-Ewwel Diviżjoni tal-Football League.

Ħarsa ġenerali

immodifika

It-Tieni Diviżjoni, li ġiet iffurmata fl-1892, kienet tikkonsisti minn tnax-il klabb, ħafna minnhom mill-Football Alliance. Il-membri oriġinali kienu: Ardwick (issa Manchester City), Bootle, Burton Swifts, Crewe Alexandra, Darwen, Grimsby Town, Lincoln City, Northwich Victoria, Port Vale, Sheffield United, Small Heath (issa Birmingham City), u Walsall. Manchester City iżomm ir-rekord tal-akbar numru ta' titli tat-Tieni Diviżjoni (7).

Matul il-kors tas-snin dan il-kampjonat estenda sakemm wasal sat-total finali ta' 24, kif jidher fit-tabella segwenti:

Nu. ta' klabbs Sena
15 1893
16 1894
18 1898
20 1905
22 1919
23 1987
24 1988

Għall-ewwwel snin, ma kienx hemm promozzjoni diretta għall-Ewwel Diviżjoni. Minflok, ftit mill-aqwa timijiet tat-Tieni Diviżjoni, li kienu jinkludu wkoll lir-rebbieħ, kienu jilgħabu serje ta' partit kontra t-timijiet tal-qiegħ tal-Ewwel Diviżjoni. Small Heath, ċampjin tat-Tieni Diviżjoni fl-1892–93, ma ngħatawx il-promozzjoni wara li tilfu l-partita ta' prova li kellhom kontra Newton Heath. Madanakollu, it-tieni klassifikat Sheffield United għelbu lil Accrington biex saru l-ewwel tim li rebħu promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni. Dawn il-partiti ġew aboliti fl-1898 wara li sar magħruf li Burnley u Stoke kienu ftehmu biex il-partita ta' prova bejniethom tispiċċa pari ta' 0–0, li kienet tfisser promozzjoni għal Burnley u salvezza mir-relegazzjoni għal Stoke.

Ir-relegazzjoni għat-Tielet Diviżjoni bdiet fi staġun qabel ma din tal-aħħar kienet għadha biss bdiet, hekk kif Grimsby Town (l-aħħar fl-1919–20) għamlu wisa' għal Cardiff City, u ffurmaw it-Tielet Diviżjoni ma' klabbs tan-Nofsinhar. Għal staġuni suċċessivi, żewġ klabbs kienu relegati fit-Tielet Diviżjoni tat-Tramunatana jew f'dik tan-Nofsinhar skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Meta t-Tielet Diviżjoni fl-1958–59 reġgħet ġiet magħquda, ir-relegazzjoni xorta baqgħet; it-tielet klabb beda jiġi relegat fl-1974.

Ara wkoll

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ "A History of Football", pġ. 22