Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 kienet id-dsatax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Ġie skedat li jkun bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju 2010 fl-Afrika t'Isfel. Din kienet l-ewwel darba li l-kampjonat ġie ospitat minn pajjiż Afrikan, wara li l-Afrika t'Isfel għelbet fl-isfida finali lill-"kuġini" tagħha Afrikani tal-Eġittu u l-Marokk sabiex jospitaw l-edizzjoni. Dan wassal biex il-konfederazzjoni Oċeanika tal-futbol tkun l-unika konfederazzjoni li għadha ma żammitx edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.
Dettalji tal-kompetizzjoni | |
---|---|
Pajjiż ospitanti | Afrika t'Isfel |
Dati | 11 ta' Ġunju – 11 ta' Lulju |
Parteċipanti | 32 (minn 6 konfederazzjonijiet) |
Grawnds | 10 (f'9 ibliet ospitanti) |
Pożizzjonijiet finali | |
Rebbieħ | Spanja |
It-Tieni post | Netherlands |
It-Tielet post | Ġermanja |
Ir-Raba' post | Urugwaj |
Statistika tal-kompetizzjoni | |
Partiti | 64 |
Gowls skorjati | 145 (2.27 kull logħba) |
Attendenza | 3,178,856 (49,670 kull logħba) |
L-aqwa skorer(s) |
Thomas Müller David Villa Wesley Sneijder Diego Forlán (5 gowls) |
L-aqwa plejer | Diego Forlán |
L-aqwa gowler | Iker Casillas |
← 2006 2014 → |
Tnejn u tletin tim ġew magħżula sabiex jipparteċipaw meta kkwalifikaw mill-fażi ta' kwalifikazzjoni li bdiet f'Awwissu tal-2007. Fl-ewwel rawnd it-timijiet ikkompetew flimkien fi gruppi ta' erba' timijiet kull wieħed, bl-aqwa żewġ timijiet jaqtgħu l-passaġġ għall-fażi suċċessiva. Is-sittax-il tim javvanzaw għall-fażi eliminatorja li tinkludi tliet rawnd li fl-aħħar jiddeterminaw l-aħħar żewġ timijiet li jikkontestaw il-finali.
Spanja rebħu dan it-turnew, fejn fil-finali, iċ-ċampjins Ewropej għelbu lit-tim Olandiż fil-ħin barrani bl-iskor ta' 1–0, gowl li wasal minn Andrés Iniesta. Dan kien l-ewwel titlu mondjali għat-tim Spanjol. L-Italja kienet qed tiddefendi t-titlu li kisbet fl-edizzjoni preċedenti, iżda falliet hekk kif inqalgħet fil-fażi eliminatorja.
L-għażla tal-ospitu
immodifikaL-Afrika ġiet magħżula bħala l-ospitu tat-Tazza tad-Dinja 2010 bħala parti minn politika ġdida li tikkonsisti fir-rotazzjoni ta' dan l-avveniment bejn il-konfederazzjonijiet tal-futbol (idea li ġiet abbandunata f'Ottubru tal-2007). Ħames pajjiżi Afrikani għamlu offerta biex jospitaw l-edizzjoni tal-2010 tat-Tazza tad-Dinja:
- Eġittu
- Libja / Tuneżija (pjan ta' ospitu kollettiv)
- Marokk
- Afrika t'Isfel
Minħabba d-deċiżjoni suċċessiva tal-Kumitat Eżekuttiv tal-FIFA biex il-kampjonat ma jiġix ospitat minn żewġ pajjiżi, it-Tuneżija irtirat il-kandidatura tagħha. Il-Kumitat iddeċieda wkoll li ma jaċċettax lil-Libja bħala ospitu minħabba li ma laħqitx il-kriterji uffiċjali.
Wara rawnd ta' voti, l-offerta rebbieħa ġiet mħabbra mill-president tal-FIFA Sepp Blatter waqt konferenza stampa fil-15 ta' Mejju 2004, f'Żurigu. L-Afrika t'Isfel ingħatat id-dritt li tospita dan it-turnew, fejn għelbet l-isfida tal-Marokk u l-Eġittu.[1]
Riżultati | |
---|---|
Pajjiż | Voti |
Afrika t'Isfel | 14 |
Marokk | 10 |
Eġittu | 0 |
- Tuneżija – irtirat fit-8 ta' Mejju 2004 wara li żewġ ospiti ma kinux aċċettati
- Libja – l-offerta ġiet irrifjutata: il-kandidatura ma laħqitx il-kriterji u l-ospitu bejn żewġ pajjiżi ma kienx aċċettat
Għajdut ta' ospitu ġdid
immodifikaDiversi għajdut ċċirkulaw f'sorsi varji tal-aħbarijiet li kienu jsostnu li t-Tazza tad-Dinja 2010 tista' ssir f'pajjiż ieħor.[2][3] Xi nies, fosthom Franz Beckenbauer, Horst R. Schmidt u, anki, xi eżekuttivi tal-FIFA, esprimew id-dubji tagħhom fuq il-pjan, l-organizzazzjoni u ż-żmien ta' preparazzjoni tal-AFrika t'Isfel. Madanakollu, l-uffiċjali tal-FIFA komplew isostnu li se jkomplu jagħtu s-sosten tagħhom lill-Afrika t'Isfel, u stqarrew li l-avveniment mhux se jitmexxa lejn pajjiż ieħor, bil-president tal-FIFA Sepp Blatter kompla jsostni li t-Tazza tad-Dinja 2010 se ssir fl-Afrika t'Isfel.[4] Blatter stqarr li hemm pjan ta' kontinġenza biex it-Tazza tad-Dinja issir x'imkien ieħor imma dan ikun f'każ ta' xi diżgrazzja naturali, u li t-Tazza tad-Dinja tal-2006 fil-Ġermanja kellha wkoll pjan ta' kontinġenza simili.[5]
Minkejja l-assigurazzjoni min-naħa tal-FIFA li l-avveniment jitmexxa biss f'każ ta' xi diżgrazzja naturali, xi għajdut kompla jiċċirkula dwar il-possibilità ta' ospitu ġdid. Dan l-għajdut kollu ġie kkritikat mid-deputat Ministru tal-Finanzi tal-Afrika t'Isfel Jabu Moleketi, fejn qal li dan l-għajdut sar biex ipoġġi dehra negattiva għall-Afrika t'Isfel u l-Afrika.[6]
Kwalifikazzjoni
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010.
Bħala l-pajjiż ospitu, l-Afrika t'Isfel awtomatikament irċieva post fil-fażi finali. Madanakollu, l-Afrika t'Isfel xorta waħda ħadet sehem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni minħabba li dawn iservu wkoll bħala turnew ta' kwalifika għat-Tazza Afrikana 2010. Din hi l-ewwel darba mill-1934 li ospitu tat-Tazza tad-Dinja, ipparteċipa xorta waħda fil-kwalifiki għat-Tazza tad-Dinja. Bħat-turnew preċedenti, iċ-ċampjins renjanti tal-Italja, ma ngħatawx aċċess awtomatiku għall-fażi finali.
Il-poloz għall-fażi preliminarja ttellgħu f'Durban, fl-Afrika t'Isfel, fil-25 ta' Novembru 2007.
Timijiet kwalifikati
immodifikaIt-32 tim segwenti kkwalifikaw għall-fażi finali tal-kompetizzjoni.
|
|
|
Din hija l-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li ma rat lil ebda tim jikkwalifikaw għall-ewwel darba, minkejja li tnejn minn dawk li kkwalifikaw (is-Slovakkja u s-Serbja) preċedentament kienu dehru f'isem żewġ pajjiżi oħra. Is-Slovakkja kienu ħadu sehem taħt l-isem taċ-Ċekoslovakkja, waqt li s-Serbja kkompetew bħala parti mill-Jugożlavja u tas-Serbja u Montenegro. Fiż-żewġ każi, il-FIFA ikkunsidrat liż-żewġ timijiet bħala l-eredi tar-rekords tal-pajjiżi li kienu jappartjenu għalihom qabel.
Kontroversji fil-kwalifikazzjoni
immodifikaKontroversja nqalgħet fuq il-partiti ta' kwalifika bejn Franza u r-Repubblika tal-Irlanda, il-Kosta Rika u l-Urugwaj, u l-Eġittu u l-Alġerija f'Novembru 2009.
Fit-tieni leg tal-play-off bejn Franza u r-Repubblika tal-Irlanda, il-kaptan ta' Franza Thierry Henry lagħab il-ballun b'idu f'azzjoni li wasslet għall-gowl tal-pari għall-Franċiżi, mingħajr ma kien jaf ir-referi.[7] L-inċident qajjem dibattitu sħun fuq kif il-partiti għandhom jiġu mmexxija fl-ogħla livell. Il-FIFA irrifjutat ir-rikjesta min-naħa tal-Federazzjoni tal-futbol Irlandiża sabiex tirrepeti l-logħba, waqt li aktar tard kien hemm rikjesta sabiex l-Irlanda tkun it-33 tim fit-Tazza tad-Dinja, rikjesta li aktar tard ġiet imwaqqha. Il-Kosta Rika qajmet ilment fuq il-gowl tal-Urugwaj fil-logħba ta' spareġġ tal-CONMEBOL-CONCACAF li ta r-rebħa lis-Sud-Amerikani,[8] waqt li l-aħħar partita bejn l-Eġittu u l-Aġerija kienet imdawwra minn rapporti fuq problemi fost il-partitarji.
Bħala tweġiba għall-inċidenti li nqalgħu matul il-fażi ta' kwalifikazzjoni u fuq kontroversja ta' tixħim fil-futbol, nhar it-2 ta' Diċembru 2009, il-FIFA sejħet laqgħa straordinarja tal-Kumitat Eżekuttiv. Wara l-laqgħa, il-FIFA ħabbret kienu se jagħmlu inkjesta fuq it-teknoloġija u uffiċjali żejda fil-partiti, però ma ħabbrux li kienu se jintroduċu l-assistenti mal-linji tal-gowls kif kienet diġà adottata fl-Europa League, u minflok kompla jiġi misħuq li l-kompetizzjoni fl-Afrika t'Isfel se tkun immexxiha bħal qabel, b'referi wieħed, żewġ assistenti, u r-raba' uffiċċjal.[9] Fuq is-suġġett dwar il-logħob rett, il-President tal-FIFA Sepp Blatter stqarr:
“ Nappella lil kull plejer u kowċ sabiex josserva l-logħob rett. Fl-2010 iridu nuru li l-futbol imur 'il hemm minn sempliċi daqqiet ta' ballun imma għandu valur soċjali u kulturali...Għalhekk nistaqsu lill-plejers sabiex 'jekk jogħġobkom osservaw il-logħob rett' sabiex inkunu eżempju lill-kumplament tad-dinja. ”
—President tal-FIFA Sepp Blatter
Stadji
immodifikaFl-2005, l-organizzaturi ħarġu lista proviżorja tat-tlettax-il stadju li se jintużaw għat-Tazza tad-Dinja: Bloemfontein, Cape Town, Durban, Johannesburg (żewġ impjanti), Kimberley, Nelspruit, Orkney, Polokwane, Port Elizabeth, Pretorja (żewġ impjanti), u Rustenburg. Dan in-numru tnaqqas għal għaxra[10] li kienu uffiċjalment mħabbra fis-17 ta' Marzu 2006 mill-FIFA:
Rustenburg | Pretorja | Polokwane | Nelspruit |
---|---|---|---|
Royal Bafokeng Stadium Kapaċità: 44,530 |
Loftus Versfeld Stadium Kapaċità: 49,365 |
Peter Mokaba Stadium Kapaċità: 45,264 |
Mbombela Stadium Kapaċità: 43,589 |
Johannesburg | Johannesburg | ||
Soccer City Kapaċità: 94,700 |
Ellis Park Stadium Kapaċità: 62,567 | ||
Cape Town | Port Elizabeth | Bloemfontein | Durban |
Free State Stadium Kapaċità: 45,058 |
Moses Mabhida Stadium Kapaċità: 69,957 |
Green Point Kapaċità: 66,005 |
Nelson Mandela Bay Stadium Kapaċità: 46,082 |
Preparamenti
immodifikaĦames stadji ġodda ġew mibnija għal dan il-kampjonat, u ħamsa minn dawk li diġà jeżistu ġew estiżi. L-ispiża totali tal-kostruzzjoni se tkun madwar R8.4 biljun.[11]
Minbarra l-ħidma fuq l-istadji l-ġodda li nbnew u dawk li tranġaw, l-Afrika t'Isfel ħdamet biex ittejjeb l-infrastruttura preżenti tat-trasport pubbliku, u biex timplimenta miżuri speċjali sabiex tassigura s-sigurtà u s-saħħa tan-nies lokali u t-turisti internazzjonali li jkunu qed jattendu għall-partiti, skont il-kriterji tal-FIFA.[12]
Il-mod ta' kif ġew effetwati dawn il-preparamenti, intlaqa' minn rispons qawwi mill-FIFA, fejn deher li kienu lesti sabiex jospitaw ġewwa pajjiżhom wieħed mill-ikbar avvenimenti sportivi li huwa segwit b'tant fervur minn miljuni ta' nies.[13]
Sorteġġ tal-gruppi
immodifikaIl-Kumitat Organizzattiv tal-FIFA approvat il-proċedura għat-tlugħ finali tal-gruppi nhar it-2 ta' Diċembru 2009. It-timijiet ġew maqsuma f'erba' urni differenti, bl-aqwa seba' timijiet skont il-klassifika dinjija tal-FIFA ta' Ottubru 2009 flimkien mal-ospitanti tal-Afrika t'Isfel jitqgħedu fl-ewwel urna. Il-kumitat approva wkoll kif se jkunu magħmula l-urni l-oħra. It-tieni urna kienet komposta mill-Asja, l-Oċeanja, u l-Amerika ta' Fuq u Ċentrali u l-Karibew. It-tielet urna kienet tikkonsisti minn timijiet mill-Afrika u l-Amerika t'Isfel, u r-raba' urna bil-kumplament tat-timijiet Ewropej.
L-Afrika t'Isfel awtomatikament tqegħdu f'A1; is-seba' timijiet l-oħra mill-ewwel urna ġew pożizzjonati f'numru 1 tal-gruppi l-oħra B-H. Il-gruppi ġew mtella' minn A sa H, u l-pożizzjonijiet fil-grupp ġew mtella' għal Urna 2 sa 4. Il-kriterju ġeografiku ġie rispettat, jiġifieri li l-ebda tim mill-istess konfederazzjoni ma jista' jiġi fi grupp ma' tim ieħor mill-istess konfederazzjoni, ħlief għat-timijiet Ewropej li seta' jkun hemm massimu ta' tnejn fi grupp. L-Afrika t'Isfel ma setgħetx tiġi mniżżla mat-timijeit Afrika mill-Urna 3 u l-Arġentina u l-Brażil ma setgħux jiġu mtella' kontra l-kumplament tat-tliet timijiet miż-Żona tal-Amerika t'Isfel. L-ewwel żewġ timijiet Afrikani li ttellgħu minn Urna 3 daħlu mal-Arġentina u l-Brażil.[14]
It-tlugħ tal-poloz saru f'Cape Town, fl-Afrika t'Isfel fis-19:00 (UTC+2) nhar l-4 ta' Diċembru 2009. Iċ-ċerimonja ġiet preżentata mill-attriċi Sud-Afrikana Charlize Theron, assistita mis-Segretarju Ġenerali tal-FIFA Jérôme Valcke. Numru ta' figuri sportivi taw sehemhom fit-tlugħ tal-poloz għall-gruppi.[15]
Grupp A | Grupp B | Grupp Ċ | Grupp D |
---|---|---|---|
Afrika t'Isfel | Arġentina | Ingilterra | Ġermanja |
Messiku | Niġerja | Stati Uniti | Awstralja |
Urugwaj | Korea t'Isfel | Alġerija | Serbja |
Franza | Greċja | Slovenja | Gana |
Grupp E | Grupp F | Grupp Ġ | Grupp H |
---|---|---|---|
Netherlands | Italja | Brażil | Spanja |
Danimarka | Paragwaj | Korea ta' Fuq | Żvizzera |
Ġappun | New Zealand | Kosta tal-Avorju | Ħonduras |
Kamerun | Slovakkja | Portugall | Ċili |
Referis
immodifikaSkeda
immodifikaIl-ħinijiet kollha huma UTC+2.
Fażi tal-gruppi
immodifikaFit-tabelli segwenti:
- L = total ta' logħob li ntlagħbu
- R = total ta' rebħiet
- P = total ta' pari
- T = total ta' telfiet
- GF = total ta' gowls skurjati (favur)
- GK = total ta' gowls li laqqtu (kontra)
- DG = differenza ta' gowls (GF–GK)
- Pti = total ta' punti akkumulati
It-timijiet pożizzjonati fl-ewwel u t-tieni post (bi sfond aħdar) ikkwalifikaw għar-rawnd tal-aħħar sittax.
Leġġenda għall-kuluri fit-tabelli tal-gruppi | |
---|---|
Timijiet li avvanzaw għar-rawnd ta' L-Aħħar sittax |
- Pożizzjonijiet fil-fażi tal-gruppi
Għat-turnew tat-Tazza tad-Dinja, il-FIFA iddeċidiet sett ta' kriterji sabiex tidentifika kull pożizzjoni fil-grupp ta' kull tim fil-fażi tal-gruppi.[16]
- l-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti kollha tal-grupp;
- differenza ta' gowls fil-partiti kollha tal-grupp;
- l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti kollha tal-grupp;
- l-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati;
- differenza ta' gowls mill-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati;
- l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati;
- tlugħ tax-xorti mill-Kumitat Organizzattiv tal-FIFA.
Grupp A
immodifikaTim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Urugwaj | 3 | 2 | 1 | 0 | 4 | 0 | +4 | 7 |
Messiku | 3 | 1 | 1 | 1 | 3 | 2 | +1 | 4 |
Afrika t'Isfel | 3 | 1 | 1 | 1 | 3 | 5 | –2 | 4 |
Franza | 3 | 0 | 1 | 2 | 1 | 4 | –3 | 1 |
11 ta' Ġunju 2010 | |||
Afrika t'Isfel | 1–1 | Messiku | Soccer City, Johannesburg |
Urugwaj | 0–0 | Franza | Cape Town Stadium, Cape Town |
16 ta' Ġunju 2010 | |||
Afrika t'Isfel | 0–3 | Urugwaj | Loftus Versfeld Stadium, Pretorja |
17 ta' Ġunju 2010 | |||
Franza | 0–2 | Messiku | Peter Mokaba Stadium, Polokwane |
22 ta' Ġunju 2010 | |||
Messiku | 0–1 | Urugwaj | Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg |
Franza | 1–2 | Afrika t'Isfel | Free State Stadium, Bloemfontein |
Grupp B
immodifikaTim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Arġentina | 3 | 3 | 0 | 0 | 7 | 1 | +6 | 9 |
Korea t'Isfel | 3 | 1 | 1 | 1 | 5 | 6 | −1 | 4 |
Greċja | 2 | 1 | 0 | 2 | 2 | 5 | −3 | 3 |
Niġerja | 3 | 0 | 1 | 2 | 3 | 5 | −2 | 1 |
12 ta' Ġunju 2010 | |||
Korea t'Isfel | 2–0 | Greċja | Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth |
Arġentina | 1–0 | Niġerja | Ellis Park Stadium, Johannesburg |
17 ta' Ġunju 2010 | |||
Arġentina | 4–1 | Korea t'Isfel | Soccer City, Johannesburg |
Greċja | 2–1 | Niġerja | Free State Stadium, Bloemfontein |
22 ta' Ġunju 2010 | |||
Niġerja | 2–2 | Korea t'Isfel | Moses Mabhida Stadium, Durban |
Greċja | 0–2 | Arġentina | Peter Mokaba Stadium, Polokwane |
Grupp Ċ
immodifikaTim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Stati Uniti | 3 | 1 | 2 | 0 | 4 | 3 | +1 | 5 |
Ingilterra | 3 | 1 | 2 | 0 | 2 | 1 | +1 | 5 |
Slovenja | 3 | 0 | 2 | 1 | 3 | 3 | 0 | 4 |
Alġerija | 3 | 0 | 1 | 2 | 0 | 2 | −2 | 1 |
12 ta' Ġunju 2010 | |||
Ingilterra | 1–1 | Stati Uniti | Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg |
13 ta' Ġunju 2010 | |||
Alġerija | 0–1 | Slovenja | Peter Mokaba Stadium, Polokwane |
18 ta' Ġunju 2010 | |||
Slovenja | 2–2 | Stati Uniti | Ellis Park Stadium, Johannesburg |
Ingilterra | 0–0 | Alġerija | Cape Town Stadium, Cape Town |
23 ta' Ġunju 2010 | |||
Slovenja | 0–1 | Ingilterra | Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth |
Stati Uniti | 1–0 | Alġerija | Loftus Versfeld Stadium, Pretorja |
Grupp D
immodifikaTim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Ġermanja | 3 | 2 | 0 | 1 | 5 | 1 | +4 | 6 |
Gana | 3 | 1 | 1 | 1 | 2 | 2 | 0 | 4 |
Awstralja | 3 | 1 | 1 | 1 | 3 | 6 | −3 | 4 |
Serbja | 3 | 1 | 0 | 2 | 2 | 3 | −1 | 3 |
13 ta' Ġunju 2010 | |||
Serbja | 0–1 | Gana | Loftus Versfeld Stadium, Pretorja |
Ġermanja | 4–0 | Awstralja | Moses Mabhida Stadium, Durban |
18 ta' Ġunju 2010 | |||
Ġermanja | 0–1 | Serbja | Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth |
19 ta' Ġunju 2010 | |||
Gana | 1–1 | Awstralja | Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg |
23 ta' Ġunju 2010 | |||
Gana | 0–1 | Ġermanja | Soccer City, Johannesburg |
Awstralja | 2–1 | Serbja | Mbombela Stadium, Nelspruit |
Grupp E
immodifikaTim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Netherlands | 3 | 3 | 0 | 0 | 5 | 1 | +4 | 9 |
Ġappun | 3 | 2 | 0 | 1 | 4 | 2 | +2 | 6 |
Danimarka | 3 | 1 | 0 | 2 | 3 | 6 | −3 | 3 |
Kamerun | 3 | 0 | 0 | 3 | 2 | 5 | −3 | 0 |
14 ta' Ġunju 2010 | |||
Netherlands | 2–0 | Danimarka | Soccer City, Johannesburg |
Ġappun | 1–0 | Kamerun | Free State Stadium, Bloemfontein |
19 ta' Ġunju 2010 | |||
Netherlands | 1–0 | Ġappun | Moses Mabhida Stadium, Durban |
Kamerun | 1–2 | Danimarka | Loftus Versfeld Stadium, Pretorja |
24 ta' Ġunju 2010 | |||
Danimarka | 1–3 | Ġappun | Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg |
Kamerun | 1–2 | Netherlands | Cape Town Stadium, Cape Town |
Grupp F
immodifikaTim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Paragwaj | 3 | 1 | 2 | 0 | 3 | 1 | +2 | 5 |
Slovakkja | 3 | 1 | 1 | 1 | 4 | 5 | −1 | 4 |
New Zealand | 3 | 0 | 3 | 0 | 2 | 2 | 0 | 3 |
Italja | 3 | 0 | 2 | 1 | 4 | 5 | −1 | 2 |
14 ta' Ġunju 2010 | |||
Italja | 1–1 | Paragwaj | Cape Town Stadium, Cape Town |
15 ta' Ġunju 2010 | |||
New Zealand | 1–1 | Slovakkja | Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg |
20 ta' Ġunju 2010 | |||
Slovakkja | 0–2 | Paragwaj | Free State Stadium, Bloemfontein |
Italja | 1–1 | New Zealand | Mbombela Stadium, Nelspruit |
24 ta' Ġunju 2010 | |||
Slovakkja | 3–2 | Italja | Ellis Park Stadium, Johannesburg |
Paragwaj | 0–0 | New Zealand | Peter Mokaba Stadium, Polokwane |
Grupp Ġ
immodifikaTim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Brażil | 3 | 2 | 1 | 0 | 5 | 2 | +3 | 7 |
Portugall | 3 | 1 | 2 | 0 | 7 | 0 | +7 | 5 |
Kosta tal-Avorju | 3 | 1 | 1 | 1 | 4 | 3 | +1 | 4 |
Korea ta' Fuq | 3 | 0 | 0 | 3 | 1 | 12 | −11 | 0 |
15 ta' Ġunju 2010 | |||
Kosta tal-Avorju | 0–0 | Portugall | Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth |
Brażil | 2–1 | Korea ta' Fuq | Ellis Park Stadium, Johannesburg |
20 ta' Ġunju 2010 | |||
Brażil | 3–1 | Kosta tal-Avorju | Soccer City, Johannesburg |
21 ta' Ġunju 2010 | |||
Portugall | 7–0 | Korea ta' Fuq | Cape Town Stadium, Cape Town |
25 ta' Ġunju 2010 | |||
Portugall | 0–0 | Brażil | Moses Mabhida Stadium, Durban |
Korea ta' Fuq | 0–3 | Kosta tal-Avorju | Mbombela Stadium, Nelspruit |
Grupp H
immodifikaTim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Spanja | 3 | 2 | 0 | 1 | 4 | 2 | +2 | 6 |
Ċili | 3 | 2 | 0 | 1 | 3 | 2 | +1 | 6 |
Żvizzera | 3 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 0 | 4 |
Ħonduras | 3 | 0 | 1 | 2 | 0 | 3 | −3 | 1 |
16 ta' Ġunju 2010 | |||
Ħonduras | 0–1 | Ċili | Mbombela Stadium, Nelspruit |
Spanja | 0–1 | Żvizzera | Moses Mabhida Stadium, Durban |
21 ta' Ġunju 2010 | |||
Ċili | 1–0 | Żvizzera | Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth |
Spanja | 2–0 | Ħonduras | Ellis Park Stadium, Johannesburg |
25 ta' Ġunju 2010 | |||
Ċili | 1–2 | Spanja | Loftus Versfeld Stadium, Pretorja |
Żvizzera | 0–0 | Ħonduras | Free State Stadium, Bloemfontein |
Fażi eliminatorja
immodifikaFil-fażi eliminatorja (li tinkludi l-finali), jekk il-partita tibqa' f'pari wara 90 minuta, żewġ perjodi ta' ħin miżjuda jiġu migħluba (ta' kwarta kull wieħed). Jekk ir-riżultat jibqa' xorta l-istess wara l-ħin barrani, il-partita tiġi deċiża permezz tal-għoti tal-penalties.
L-aħħar sittax | Kwarti tal-finali | Semifinali | Finali | |||||||||||
26 ta' Ġunju – Port Elizabeth | ||||||||||||||
Urugwaj | 2 | |||||||||||||
2 ta' Lulju – Johannesburg | ||||||||||||||
Korea t'Isfel | 1 | |||||||||||||
Urugwaj | 1 (4) | |||||||||||||
26 ta' Ġunju – Rustenburg | ||||||||||||||
Gana | 1 (2) | |||||||||||||
Stati Uniti | 1 | |||||||||||||
6 ta' Lulju – Cape Town | ||||||||||||||
Gana (ħ.s.) | 2 | |||||||||||||
Urugwaj | 2 | |||||||||||||
28 ta' Ġunju – Durban | ||||||||||||||
Netherlands | 3 | |||||||||||||
Netherlands | 2 | |||||||||||||
2 ta' Lulju – Port Elizabeth | ||||||||||||||
Slovakkja | 1 | |||||||||||||
Netherlands | 2 | |||||||||||||
28 ta' Ġunju – Johannesburg | ||||||||||||||
Brażil | 1 | |||||||||||||
Brażil | 3 | |||||||||||||
11 ta' Lulju – Johannesburg | ||||||||||||||
Ċili | 0 | |||||||||||||
Netherlands | 0 | |||||||||||||
27 ta' Ġunju – Johannesburg | ||||||||||||||
Spanja | 1 | |||||||||||||
Arġentina | 3 | |||||||||||||
3 ta' Lulju – Cape Town | ||||||||||||||
Messiku | 1 | |||||||||||||
Arġentina | 0 | |||||||||||||
27 ta' Ġunju – Bloemfontein | ||||||||||||||
Ġermanja | 4 | |||||||||||||
Ġermanja | 4 | |||||||||||||
7 ta' Lulju – Durban | ||||||||||||||
Ingilterra | 1 | |||||||||||||
Ġermanja | 0 | |||||||||||||
29 ta' Ġunju – Pretorja | ||||||||||||||
Spanja | 1 | Logħba għat-tielet post | ||||||||||||
Paragwaj | 0 (5) | |||||||||||||
3 ta' Lulju – Johannesburg | 10 ta' Lulju – Port Elizabeth | |||||||||||||
Ġappun | 0 (3) | |||||||||||||
Paragwaj | 0 | Urugwaj | 2 | |||||||||||
29 ta' Ġunju – Cape Town | ||||||||||||||
Spanja | 1 | Ġermanja | 3 | |||||||||||
Spanja | 1 | |||||||||||||
Portugall | 0 | |||||||||||||
L-Aħħar sittax
immodifika26 ta' Ġunju 2010 16:00 |
Urugwaj | 2 – 1 | Korea t'Isfel | Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth Attendenza: 30,597 Referi: Wolfgang Stark |
---|---|---|---|---|
Suárez 8', 80' | Rapport | Lee Chung-Yong 68' |
26 ta' Ġunju 2010 20:30 |
Stati Uniti | 1 – 2 (ħ.s.) |
Gana | Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg Attendenza: 34,976 Referi: Viktor Kassai |
---|---|---|---|---|
Donovan 62' (pen.) | Rapport | K. Boateng 5' Gyan 93' |
27 ta' Ġunju 2010 16:00 |
Ġermanja | 4 – 1 | Ingilterra | Free State Stadium, Bloemfontein Attendenza: 40,510 Referi: Jorge Larrionda |
---|---|---|---|---|
Klose 20' Podolski 32' Müller 67', 70' |
Rapport | Upson 37' |
27 ta' Ġunju 2010 20:30 |
Arġentina | 3 – 1 | Messiku | Soccer City, Johannesburg Attendenza: 84,377 Referi: Roberto Rosetti |
---|---|---|---|---|
Tévez 26', 52' Higuaín 33' |
Rapport | Hernández 71' |
28 ta' Ġunju 2010 16:00 |
Netherlands | 2 – 1 | Slovakkja | Moses Mabhida Stadium, Durban Attendenza: 61,962 Referi: Alberto Undiano |
---|---|---|---|---|
Robben 18' Sneijder 84' |
Rapport | Vittek 90+4' (pen.) |
28 ta' Ġunju 2010 20:30 |
Brażil | 3 – 0 | Ċili | Ellis Park Stadium, Johannesburg Attendenza: 54,096 Referi: Howard Webb |
---|---|---|---|---|
Juan 34' L.Fabiano 38' Robinho 59' |
Rapport |
29 ta' Ġunju 2010 16:00 |
Paragwaj | 0 – 0 (ħ.s.) | Ġappun | Loftus Versfeld Stadium, Pretoria Referi: Frank De Bleeckere |
---|---|---|---|---|
Rapport | ||||
Penalties | ||||
Barreto Barrios Riveros Valdez Cardozo |
5 – 3 | Endō Hasebe Komano Honda |
29 ta' Ġunju 2010 20:30 |
Spanja | 1 – 0 | Portugall | Cape Town Stadium, Cape Town Attendenza: 62,955 Referi: Héctor Baldassi |
---|---|---|---|---|
Villa 63' | Rapport |
Kwarti tal-finali
immodifika2 ta' Lulju 2010 16:00 |
Netherlands | 2 – 1 | Brażil | Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth Attendenza: 40,186 Referi: Yuichi Nishimura |
---|---|---|---|---|
Sneijder 53', 68' | Rapport | Robinho 10' |
2 ta' Lulju 2010 20:30 |
Urugwaj | 1 – 1 (ħ.s.) | Gana | Soccer City, Johannesburg Attendenza: 84,017 Referi: Olegário Benquerença |
---|---|---|---|---|
Forlán 55' | Rapport | Muntari 45+2' | ||
Penalties | ||||
Forlán Victorino Scotti M. Pereira Abreu |
4 – 2 | Gyan Appiah Mensah Adiyiah |
3 ta' Lulju 2010 16:00 |
Arġentina | 0 – 4 | Ġermanja | Cape Town Stadium, Cape Town Attendenza: 64,100 Referi: Ravshan Irmatov |
---|---|---|---|---|
Rapport | Müller 3' Klose 68', 89' Friedrich 74' |
3 ta' Lulju 2010 20:30 |
Paragwaj | 0 – 1 | Spanja | Ellis Park Stadium, Johannesburg Attendenza: 55,359 Referi: Carlos Batres |
---|---|---|---|---|
Rapport | Villa 83' |
Semifinali
immodifika6 ta' Lulju 2010 20:30 |
Urugwaj | 2 – 3 | Netherlands | Cape Town Stadium, Cape Town Attendenza: 62,479 Referi: Ravshan Irmatov |
---|---|---|---|---|
Forlán 41' M. Pereira 90+2' |
Rapport | Van Bronckhorst 18' Sneijder 70' Robben 73' |
7 ta' Lulju 2010 20:30 |
Ġermanja | 0 – 1 | Spanja | Moses Mabhida Stadium, Durban Attendenza: 60,960 Referi: Viktor Kassai |
---|---|---|---|---|
Rapport | Puyol 73' |
It-Tielet post
immodifika10 ta' Lulju 2010 20:30 |
Urugwaj | 2 – 3 | Ġermanja | Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth Attendenza: 36,254 Referi: Benito Archundia |
---|---|---|---|---|
Cavani 28' Forlán 51' |
Rapport | Müller 19' Jansen 56' Khedira 82' |
Finali
immodifika11 ta' Lulju 2010 20:30 |
Netherlands | 0 – 1 (ħ.s.) | Spanja | Soccer City, Johannesburg Attendenza: 84,490 Referi: Howard Webb |
---|---|---|---|---|
Rapport | Iniesta 116' |
Statistika
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Statistika tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010.
Skorers
immodifikaIl-plejer Sud-Afrikan Siphiwe Tshabalala kien l-ewwel plejer li skorja gowl fil-kompetizzjoni, fil-logħba tal-ftuħ kontra l-Messiku li ntemmet 1–1. Id-difensur Daniż Simon Poulsen skorja l-ewwel awto-gowl tal-kampjonat, fit-telfa ta' 2–0 kontra l-Olanda. L-attakkant Arġentin Gonzalo Higuaín skorja l-ewwel tripletta f'dan it-turnew, fir-rebħa tal-Arġentina bl-iskor ta' 4–1 kontra l-Korea t'Isfel. Din it-tripletta kienet id-49 waħda fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja
L-aqwa erba' skorers ta' din il-kompetizzjoni spiċċaw ilkoll b'ħames gowls. Iż-Żarbuna tad-Deheb marret għal Thomas Müller tal-Ġermanja li kellu tliet assits. Iż-Żarbuna tal-Fidda marret għal David Villa ta' Spanja li lagħab total ta' 635 minuta, u ż-Żarbuna tal-Bronż marret f'idejn Wesley Sneijder tal-Olanda li lagħab 652 minuta. Diego Forlán tal-Urugwaj kellu ħames gowls u assist wieħed f'654 minutA. Tliet plejers oħra skorjaw erba' gowls.
Dixxiplina
immodifikaTmienja u għoxrin plejer ġew sospiżi minħabba li laqqtu żewġ karti sofor konsekuttivi (tlettax-il plejer), karta ħamra diretta (tmien plejers), jew karta safra b'karta ħamra aktar tard (seba' plejers).
Unuri
immodifikaŻarbuna tad-Deheb | Ballun tad-Deheb | Ingwanta tad-Deheb | L-Aqwa Plejer Żagħżugħ | Trofew FIFA Fair Play |
---|---|---|---|---|
Thomas Müller | Diego Forlán | Iker Casillas | Thomas Müller | Spanja |
Simboli
immodifikaMaskot
immodifikaIl-maskot uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja 2010 huwa Zakumi, leopard b'xagħar aħdar, li ġie mħabbar fit-22 ta' Settembru 2008. Ismu ġej minn "ZA", akronimu għal "Afrika t'Isfel", u "kumi" li hi kelma li tfisser "għaxra" f'diversi lingwi Afrikani.[17] Il-kuluri tal-maskot jirriflettu dawk tat-tim nazzjonali tal-pajjiż ospitu – isfar u aħdar.
Kanzunetta uffiċjali
immodifikaIl-kanzunetta uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja "Waka Waka" hi kantat mill-kantanta Kolombjana Shakira u l-grupp mużikali Freshlyground mill-Afrika t'Isfel, u kantata bl-Ingliż u bl-Ispanjol.[18] Il-kanzunetta hi bbażata fuq kanzunetta tradizzjonali tas-suldati Sud-Afrikani bl-isem ta' Zangalewa. Din il-kanzunetta tkantat fil-kunċert ta' qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja fl-10 ta' Ġunju f'Soweto u kif ukoll fiċ-ċerimonja tal-futħ fil-11 ta' Ġunju u fil-finali tal-11 ta' Lulju.
Ballun uffiċjali
immodifikaIl-ballun uffiċjali għat-Tazza tad-Dinja, magħmul minn adidas, iġib l-isem ta' Jabulani, li jfisser "ċelebrazzjoni" fil-lingwa Zulu. In-numru ħdax għandu rwol prominenti f'dan il-ballun: dan huwa l-ħdax-il ballun tat-Tazza tad-Dinja magħmul minn kumpanija Ġermaniża; il-ballun jinkludi fih ħdax-il kulur, wieħed għal kull plejer fil-grawnd; u hemm ħdax-il lingwa uffiċjali fl-Afrika t'Isfel.[19] Ballun speċjali b'pannelli tad-deheb se jiġi wżat fil-finali ta' Johannesburg. Il-ballun hu mibni fuq disinn ġdid, li jikkonsisti minn tmien pannelli magħqudin flimkien b'mod sferiku.
Il-ballun ġie wżat waqt it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2009 li saret ġewwa l-Emirati Għarab Magħquda, u verżjoni speċjali tal-ballun, il-Jabulani Angola, kien il-ballun uffiċjali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana 2010.
Xi stilel tal-futbol ilmentaw fuq il-ballun il-ġdid, fejn l-argument li ġabu 'l quddiem kien li t-trajjetorja tal-ballun kienet diffiċli biex wieħed jippredixxieha. Il-gowler Brażiljan Júlio César ikkompara l-ballun ma' wieħed li jixtri mingħanda tal-"ħanut" u li kien tajjeb għall-attakkanti waqt li jaħdem kontra l-gowlers.[20] Ċerti żbalji li saru minn gowlers matul din it-Tazza tad-Dinja ġew attribwiti lil dan il-ballun.[21]
Referenzi
immodifika- ^ "Host nation of 2010 FIFA World Cup - South Africa" (bl-Ingliż). FIFA. 2004-05-15.
- ^ Harding, Luke (2006-06-12). "Doubt over South Africa 2010" (bl-Ingliż). The Guardian. Miġbur 2008-08-03.
- ^ Craig, Jermaine (2006-07-03). "Fifa denies SA may lose 2010 World Cup" (bl-Ingliż). The Star. Miġbur 2008-08-03.
- ^ Mangxamba, Sivuyile (2006-10-26). "SA will host 2010 World Cup, says Blatter" (bl-Ingliż). Pretoria News. Miġbur 2008-08-03.
- ^ "FIFA confirm World Cup back-up plan for 2010" (bl-Ingliż). ESPNsoccernet. 2007-04-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-12-02. Miġbur 2008-08-03.
- ^ SAPA (2007-05-15). "World Cup: 'Pessimists to eat their words'" (bl-Ingliż). IOL Online. Miġbur 2008-08-03.
- ^ "Ebda passi kontra Henry". MaltaRightNow.com. 2010-01-18.
- ^ Harris, Nick (2009-12-01). "Blatter: we need goal line officials at World Cup President urges change as Fifa considers Ireland's appeal to be '33rd nation' at finals" (bl-Ingliż). The Independent.
- ^ "FIFA reject extra referees proposal" (bl-Ingliż). Press Association. 2009-12-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-12-03.
- ^ "2010 Soccer World Cup Fan Parks & 2010 Host Cities" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-02. Miġbur 2007-11-07.
- ^ "SA faces R8.4bn stadium bill" (bl-Ingliż). News24. 2006-10-01.
- ^ "2010 FIFA World Cup South Africa Special Measures Act, 200" (PDF) (bl-Ingliż). Repubblika tal-Afrika t'Isfel, Ministru tal-Isport u r-Rikreazzjoni - Gazetta tal-Gvern Online Nru. 28593. 2006-06-10.
- ^ "SA marks 100 days to World Cup" (bl-Ingliż). Africa Review. 2010-03-02. Miġbur 2010-03-14.
- ^ "2010 FIFA World Cup South Africa Final Draw Procedure" (PDF) (bl-Ingliż). FIFA. 2009. Miġbur 2009-12-04.
- ^ "Draw ignites FIFA World Cup fever" (bl-Ingliż). FIFA. 2009-12-04. Miġbur 2009-12-04.
- ^ "Fifa World Cup South Africa 2010 Regulations - Article 17.6" (PDF) (bl-Ingliż). FIFA.
- ^ "Leopard takes World Cup spotlight" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-09-22. Miġbur 2008-09-23.
- ^ "Shakira records official FIFA World Cup 2010 song" (bl-Ingliż). Shakira.com. 2010-04-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-04-30. Miġbur 2010-06-05.
- ^ "2010 World Cup Jabulani Adidas ball" (bl-Ingliż). Miġbur 2009-12-06.
- ^ "Julio Cesar calls Jabulani 'supermarket ball'" (bl-Ingliż). The Soccer Room. 2010-05-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-06-21. Miġbur 2010-06-21.
- ^ Brincat, Alfred (2010-06-27). "Controversial Jabulani ball" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2010-07-05.