Sami Khedira
Sami Khedira (twieled fl-4 ta' April 1987) hu eks-plejer tal-futbol Ġermaniż li kien jilgħab bħala midfielder ċentrali. Kien plejer dinamiku u kien kapaċi jilgħab ukoll bħala midfielder difensiv, waqt li kien kapaċi jgħaqqad lit-tim waqt l-attakki permezz tax-xuttijiet tajbin li għandu.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Sami Khedira | ||
Twelid | 4 ta' April 1987 Stuttgart, Ġermanja | ||
Tul | 1.89 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Mixtliet | |||
1992–1995 | TV Oeffingen | ||
1995–2004 | VfB Stuttgart | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2004–2006 | VfB Stuttgart II | ||
2006–2010 | VfB Stuttgart | ||
2010–2015 | Real Madrid | ||
2015–2021 | Juventus | ||
2021 | Hertha BSC | ||
Tim nazzjonali | |||
2007–2009 | Ġermanja U-21 | ||
2009– | Ġermanja |
Bijografija
immodifikaSami Khedira għandu missier Tuneżin u ommu Ġermaniża. Ħuh iż-żgħir, Rani, huwa wkoll plejer tal-futbol li lagħab mal-mixtla ta' Stuttgart u lagħab ukoll mat-tim nazzjonali Ġermaniż ta' taħt is-sittax-il sena.
Karriera
immodifikaKlabb
immodifikaKhedira beda jilgħab mal-klabb TV Öffingen, liema klabb kien ikkowċjat minn missieru Lazhar.[1] Fl-1995, Stuttgart tefgħu għajnejh fuqu, fejn wara li akkwistawh Khedira beda jilgħab mad-diversi livelli tal-klabb, u rebaħ it-titli Ġermaniżi tal-klassi A-Jugend u B-Jugend.
Iddebutta mat-tieni skwadra, li tilgħab fir-Regionalliga, fl-istaġun 2004–05. L-istaġun 2005–06 kien imtappan bi problemi fiżiċi li laqqtugħ fl-irkoppa, sabiex lagħab 21 logħba fi tliet staġuni. Kien fil-bidu tal-istaġun 2006–07 li l-kowċ Armin Veh daħħlu fil-lista tal-ewwel tim fil-Bundesliga, fejn iddebutta bħala sostitut nhar l-1 ta' Ottubru 2006, fis-sitt logħba mill-kampjonat kontra Hertha Berlin.[2]
Fid-29 ta' Ottubru 2006, fid-disa' ġurnata mill-kampjonat kontra Schalke 04, Khedira skorja l-ewwel gowls tiegħu fl-ogħla diviżjoni Ġermaniża; fil-fatt, il-plejer ta' oriġini Tuneżina skorja doppjetta.[3] Mill-ewwel staġun tiegħu hu beda jiġi skjerat mal-ewwel ħdax fuq bażi regulari u permezz ta' gowl bir-ras fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat kontra Energie Cottbus, Stuttgart assiguraw ir-rebħ tal-kampjonat. F'dik is-sena wkoll, il-klabb wasal sal-finali tat-tazza nazzjonali.
Hu ffirma l-ewwel kuntratt professjonali mal-klabb fid-29 ta' Ġunju 2007, fejn fid-9 ta' Lulju tas-sena ta' wara estendieh sal-2011.[4]
Fit-30 ta' Lulju 2010, Stuttgart u Real Madrid, permezz tas-sit uffiċjali rispettivi, ħabbru l-passaġġ ta' Khedira għal mal-klabb Spanjol.[5][6] Il-plejer iffirma kuntratt ta' ħames snin mal-klabb tal-merengues. Id-debutt fil-kampjonat Spanjol wasal f'pari ta' mingħajr gowls kontra Mallorca.
Internazzjonali
immodifikaFl-2009, bħala kaptan tat-tim nazzjonali Ġermaniż ta' taħt il-21 sena, rebaħ il-Kampjonat Ewropew ta' dak il-livell.
Khedira iddebutta mat-tim tal-kbar fil-5 ta' Settembru 2009, f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Afrika t'Isfel. Għat-Tazza tad-Dinja 2010 ġewwa l-Afrika t'Isfel hu lagħab il-logħbiet kollha, dejjem mill-ewwel minuta, u skorja l-gowl rebbieħ (l-ewwel wieħed bil-flokk tat-tim nazzjonali) fir-rebħa deċiża ta' 3–2 għat-tielet post kontra l-Urugwaj.[7]
Unuri
immodifikaKlabb
immodifika- Stuttgart
- Bundesliga: 2006–07
- Real Madrid
- La Liga: 2011–12
- Copa del Rey: 2010–11, 2013–14
- Supercopa de España: 2012
- UEFA Champions League: 2013–14
- Super Cup Ewropea: 2014
- Tazza tad-Dinja tal-Klabbs: 2014
- Juventus
- Serie A: 2015–16, 2016–17
- Coppa Italia: 2015–16, 2016–17
Internazzjonali
immodifika- Ġermanja U-21
- Kampjonati Ewropej U-21: 2009
- Ġermanja
- Tazza tad-Dinja: 2014
Referenzi
immodifika- ^ Gunnar Wiehl (2010-05-21). "Khedira, der neue Ballack: Hier wurde Sami groß" (bil-Ġermaniż). Hamburger Morgenpost. Miġbur 2010-07-07.
- ^ "Spielbericht Hertha BSC Berlin - VfB Stuttgart 2:2 (2:1)" (bil-Ġermaniż). fussballdaten.de.
- ^ "Spielbericht VfB Stuttgart - FC Schalke 04 3:0 (1:0)" (bil-Ġermaniż). fussballdaten.de.
- ^ "Khedira signs until 2011" (bil-Ġermaniż). VfB Stuttgart. 2008-07-09. Miġbur 2008-07-09.
- ^ "Terms agreed with Real Madrid" (bl-Ingliż). VfB Stuttgart. 2010-07-30. Miġbur 2010-07-30.
- ^ "Comunicado Oficial: Sami Khedira, nuevo jugador del Real Madrid" (bl-Ispanjol). Real Madrid CF. 2010-07-30. Miġbur 2010-07-30.
- ^ "Khedira completes comeback" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2010-07-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-22. Miġbur 2010-07-14.
Ħoloq esterni
immodifika- (DE) Sami Khedira fuq fussballdaten.de