Peter Mokaba Stadium
Peter Mokaba Stadium huwa grawnd tal-futbol f'Polokwane, l-Afrika t'Isfel, li ġie proġettat apposta għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2010. Dan jesa' 41,733 u ġie msemmi wara Peter Mokaba, eks-kap tal-ANC Youth League.[1] Dan il-grawnd jinsab ħames kilometri 'l bogħod miċ-ċentru tal-belt u jinsab fil-Lvant tal-Pietersburg Stadium.
Peter Mokaba Stadium | |
---|---|
Lokalità | Polokwane, Afrika t'Isfel |
Koordinati | 23°55′29″S 29°28′08″E / 23.924689°S 29.468765°EKoordinati ġeografiċi: 23°55′29″S 29°28′08″E / 23.924689°S 29.468765°E |
Inawgurazzjoni | 2010 |
Proprjetarju | Belt ta' Polokwane |
Wiċċ | Ħaxix |
Spiża tal-kostruzzjoni | Rand 1.24 biljun |
Kapaċità | 41,733 |
Dan l-impjant huwa wieħed mill-ħames impjanti ġodda li nbnew għat-Tazza tad-Dinja 2010. Għal Peter Mokaba Stadium intefqu R1,245,000,000 (USD $150 miljun). Il-grawnd se jkun użat prinċiparjament kemm għal partiti kif ukoll għat-taħriġ.
L-ewwel logħba li ntlagħbet ġewwa dan il-grawnd kienet logħba internazzjonali bejn l-Afrika t'Isfel u l-Gwatemala fil-31 ta' Mejju 2010, bl-Afrika t'Isfel tirbaħ 2–0.[2]
Tazza tad-Dinja 2010
immodifikaData | Ħin (UTC+2) | Tim 1 | Riżultat | Tim 2 | Rawnd | Attendenza |
---|---|---|---|---|---|---|
13 ta' Ġunju 2010 | 16.00 | Alġerija | 0–1 | Slovenja | Grupp Ċ | 30,325 |
17 ta' Ġunju 2010 | 20.30 | Franza | 0–2 | Messiku | Grupp A | 35,370 |
22 ta' Ġunju 2010 | 20.30 | Greċja | 0–2 | Arġentina | Grupp B | 38,891 |
22 ta' Ġunju 2010 | 20.30 | Paragwaj | 0–0 | New Zealand | Grupp F | 34,850 |
Referenzi
immodifika- ^ "Peter Mokaba Stadium - Polokwane" (bl-Ingliż). FIFA.
- ^ Edwards, Piers (2010-05-31). "World Cup 2010: Aaron Mokoena poised to win 100th cap" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2010-05-31.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Peter Mokaba Stadium |