Franz Beckenbauer
Franz Anton Beckenbauer (pronunzja bil-Ġermaniż: [fʁants ˈʔantoːn ˈbɛkn̩ˌbaʊɐ]; twieled fil-11 ta' Settembru 1945 – miet fis-7 ta' Jannar 2024) kien plejer u kowċ professjonali tal-futbol. Imlaqqam "Der Kaiser" ("l-Imperatur"), Beckenbauer jitqies bħala wieħed mill-aqwa plejers u kowċis tal-futbol fl-istorja.[1][2] Beckenbauer kien plejer versatili li beda l-karriera tiegħu bħala midfielder, iżda sar magħruf bħala difensur ċentrali. Spiss jiġi akkreditat li vvinta r-rwol modern tal-libero.[3] Huwa kiseb suċċess fil-livell tal-klabbs u fil-livell internazzjonali, u huwa wieħed mid-disa' plejers li rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA, it-Tazza tal-Kampjonat Ewropew, u l-Ballun tad-Deheb.[4]
Beckenbauer ġie kklassifikat darbtejn bħala l-Plejer tas-Sena tal-Futbol Ewropew, u lagħab 103 darbiet għall-Ġermanja tal-Punent, u lagħab fi tliet Tazzi tad-Dinja u f'żewġ Kampjonati Ewropej. Huwa wieħed minn tliet irġiel, flimkien mal-Brażiljan Mário Zagallo u l-Franċiż Didier Deschamps, li rebaħ it-Tazza tad-Dinja bħala plejer u bħala kowċ; huwa għolla t-Tazza tad-Dinja bħala kaptan tat-tim fl-1974, u reġa' għolla t-tazza bħala kowċ fl-1990. Huwa kien l-ewwel kaptan li għolla t-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Kampjonat Ewropew fil-livell internazzjonali u t-Tazza Ewropea fil-livell tal-klabbs. Huwa ssemma fit-Tim Dinji tas-Seklu 20 fl-1998, fit-Tim tal-Ħolm tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA fl-2002, fit-Tim tal-Ħolm tar-Rebbieħa tal-Ballun tad-Deheb fl-2020, u fl-2004 tniżżel fil-lista tal-FIFA tal-aqwa plejers ħajjin tal-futbol dinji.[5][6]
Fil-livell tal-klabbs mal-Bayern Munich, Beckenbauer rebaħ it-Tazza tat-Tazzi fl-1967 u tliet Tazzi Ewropej konsekuttivi mill-1974 sal-1976. Dawn l-aħħar rebħiet għamluh l-ewwel plejer li rebaħ tliet Tazzi Ewropej bħala kaptan tal-klabb tiegħu. Huwa sar kowċ u iktar 'il quddiem il-President ta' Bayern Munich. Wara żewġ perjodi man-New York Cosmos huwa ddaħħal fil-Klassifika tal-Iżjed Persuni Importanti tal-Futbol Nazzjonali tal-Istati Uniti.[7]
Beckenbauer mexxa l-isforz biex il-Ġermanja rnexxielha tospita t-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-2006 u kien il-President tal-kumitat organizzattiv. Huwa ħadem bħala kummentatur ma' Sky tal-Ġermanja, u għal 34 sena kien jikteb l-artikli għat-tabloid Bild, it-tnejn li huma sal-2016.[8] F'Awwissu 2016, tħabbar li Beckenbauer kien qed jiġi investigat għal frodi u ħasil tal-flus b'rabta mat-Tazza tad-Dinja tal-2006.[9] L-investigazzjoni ngħalqet mingħajr verdett fl-2020 għaliex il-kawża ġiet preskritta.[10]
Snin bikrin
immodifikaBeckenbauer twieled wara t-Tieni Gwerra Dinjija fi Munich, u kien it-tieni iben ta' missieru, il-ħaddiem postali Franz Beckenbauer, u ta' ommu Antonie (kunjomha xebba Hupfauf). Huwa trabba fid-distrett tal-klassi tal-ħaddiema ta' Giesing, u minkejja ċ-ċiniżmu ta' missieru rigward il-logħba tal-futbol, huwa beda jilgħab il-futbol ta' disa' snin fit-tim taż-żgħar ta' SC Munich '06 fl-1954.
Oriġinarjament beda jilgħab bħala attakkant ċentrali, u l-idolu tiegħu kien ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1954 Fritz Walter u kien iżomm mat-tim lokali ta' 1860 Munich, li dak iż-żmien kien l-aqwa tim fil-belt, minkejja li ġew relegati mill-ewwel diviżjoni, l-Oberliga Süd, fis-snin 50 tas-seklu 20. "Minn dejjem kienet il-ħolma tiegħi li nilgħab magħhom", ikkonferma iktar 'il quddiem. Il-fatt li ngħaqad mat-tim taż-żgħar tal-Bayern Munich fl-1959, minflok it-tim favorit tiegħu ta' 1860 Munich, kien ir-riżultat ta' tornew jaħraq taż-żgħar taħt l-14-il sena fir-raħal fil-qrib ta' Neubiberg. Beckenbauer u sħabu tat-tim tiegħu kienu jafu li l-klabb tagħhom ta' SC Munich '06 ma kellux il-finanzi biex jibqa' jkollu t-timijiet taż-żgħar, u kienu qablu li jingħaqdu mal-1860 Munich bħala grupp malli jintemm it-tornew. Id-destin ried li SC Munich u 1860 Munich jiltaqgħu proprju fil-finali u għadd ta' fawls matul il-logħba eventwalment wasslu għal konfront bejn Beckenbauer u l-midfielder ċentrali avversarju. Dan l-avveniment baqa' jberren f'moħħ Beckenbauer u sħabu anke wara l-logħba, u b'hekk iddeċidew li minflok jingħaqdu mat-tim taż-żgħar tal-Bayern Munich.
Fl-1963, meta għalaq 18-il sena, Beckenbauer spiċċa f'kontroversja sħiħa meta ġie żvelat li t-tfajla tiegħu ta' dak iż-żmien kienet tqila u li hu ma kellu l-ebda intenzjoni li jiżżewwiġha; huwa tkeċċa mit-tim taż-żgħar nazzjonali tal-Ġermanja tal-Punent mid-DFB u tħalla jerġa' jilgħab magħhom biss wara l-intervent tal-kowċ tat-tim nazzjonali Dettmar Cramer.
Ħajja personali
immodifikaBeckenbauer iżżewweġ tliet darbiet u kellu ħamest itfal, wieħed minnhom, Stephan, kien plejer tal-futbol professjonali, li miet wara marda fit-tul fil-31 ta' Lulju 2015, meta kellu 46 sena. Iben Stephan, Luca, huwa plejer tal-futbol professjonali wkoll, u jilgħab ma' SV Wacker Burghausen fir-Regionalliga Bayern. Wara li deher f'riklami għal kumpanija kbira tat-telefonija mobbli, Beckenbauer talab speċifikament li jkollu n-numru 0176 / 666666 għall-mowbajl tiegħu. F'qasir żmien ċemplulu diversi rġiel li kienu ħasbu li kien numru tat-telefon erotiku (bil-Ġermaniż "6" tiġi ppronunzjata bħala "sechs", u għandha ħoss simili għall-kelma "sess").
Beckenbauer sar konslu onorarju tal-Kosovo fl-2011. Il-President Behgjet Pacolli qal li Beckenbauer kien se jippromwovi l-kampanja tal-Kosovo għal sħubija fil-UEFA u fil-FIFA.
Saħħa u mewt
immodifikaFl-2016 u fl-2017, Beckenbauer kellu żewġ operazzjonijiet kirurġiċi f'qalbu. Fl-2018 iddaħħlitlu wkoll għadma tal-ġenb artifiċjali.
Beckenbauer miet fis-7 ta' Jannar 2024, meta kellu 78 sena, minħabba kawżi naturali kif imħabbar mill-familja tiegħu f'nota mibgħuta lid-Deutsche Presse-Agentur.
Statistika tal-karriera
immodifikaKlabb
immodifikaKlabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | Ewropa | Oħrajn | Total | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Diviżjoni | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | Logħbiet | Gowls | ||
Bayern Munich | 1963–64 | Regionalliga Süd | 0 | 0 | — | — | 6 | 2 | 6 | 2 | ||
1964–65 | Regionalliga Süd | 31 | 16 | — | — | 8 | 2 | 39 | 18 | |||
1965–66 | Bundesliga | 33 | 4 | 6 | 1 | — | — | 39 | 5 | |||
1966–67 | Bundesliga | 33 | 0 | 5 | 0 | 9 | 0 | — | 47 | 0 | ||
1967–68 | Bundesliga | 28 | 4 | 4 | 0 | 7 | 1 | — | 39 | 5 | ||
1968–69 | Bundesliga | 33 | 2 | 6 | 0 | — | — | 39 | 2 | |||
1969–70 | Bundesliga | 34 | 6 | 1 | 0 | 2 | 0 | — | 37 | 6 | ||
1970–71 | Bundesliga | 33 | 3 | 9 | 1 | 8 | 1 | — | 50 | 5 | ||
1971–72 | Bundesliga | 34 | 6 | 6 | 1 | 7 | 0 | — | 47 | 7 | ||
1972–73 | Bundesliga | 34 | 6 | 6 | 0 | 6 | 1 | 5 | 0 | 51 | 7 | |
1973–74 | Bundesliga | 34 | 4 | 4 | 0 | 10 | 1 | — | 48 | 5 | ||
1974–75 | Bundesliga | 33 | 1 | 3 | 0 | 7 | 1 | — | 43 | 2 | ||
1975–76 | Bundesliga | 34 | 5 | 7 | 2 | 9 | 0 | 2 | 0 | 52 | 7 | |
1976–77 | Bundesliga | 33 | 3 | 4 | 0 | 6 | 1 | 4 | 0 | 47 | 4 | |
Total | 427 | 60 | 61 | 5 | 71 | 6 | 25 | 4 | 584 | 75 | ||
New York Cosmos | 1977 | NASL | 15 | 4 | — | — | 6 | 1 | 21 | 5 | ||
1978 | NASL | 27 | 8 | — | — | 6 | 2 | 33 | 10 | |||
1979 | NASL | 12 | 1 | — | — | 6 | 0 | 18 | 1 | |||
1980 | NASL | 26 | 4 | — | — | 7 | 1 | 33 | 5 | |||
Total | 80 | 17 | — | — | 25 | 4 | 105 | 21 | ||||
Hamburger SV | 1980–81 | Bundesliga | 18 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | — | 20 | 0 | |
1981–82 | Bundesliga | 10 | 0 | 3 | 0 | 5 | 0 | — | 18 | 0 | ||
Total | 28 | 0 | 5 | 0 | 5 | 0 | — | 38 | 0 | |||
New York Cosmos | 1983 | NASL | 25 | 2 | — | — | 2 | 0 | 27 | 2 | ||
Total man-NY Cosmos | 105 | 19 | — | — | 27 | 4 | 132 | 23 | ||||
Total tal-karriera | 560 | 79 | 66 | 5 | 76 | 6 | 52 | 8 | 754 |
Internazzjonali
immodifikaTim nazzjonali | Sena | Logħbiet | Gowls |
---|---|---|---|
Ġermanja | 1965 | 3 | 0 |
1966 | 12 | 7 | |
1967 | 5 | 0 | |
1968 | 9 | 1 | |
1969 | 6 | 0 | |
1970 | 12 | 2 | |
1971 | 9 | 2 | |
1972 | 7 | 0 | |
1973 | 10 | 1 | |
1974 | 15 | 0 | |
1975 | 7 | 0 | |
1976 | 7 | 1 | |
1977 | 1 | 0 | |
Total | 103 | 14 |
- Il-kolonni tal-gowls u tar-riżultat huma marbuta ma' xulxin. Il-kolonna tal-gowls tindiża r-riżultat temporanju tal-logħbiet wara kull gowl skurjat minn Beckenbauer.
Nru | Data | Post | Avversarju | Gowls | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | 23 ta' Marzu 1966 | Rotterdam, in-Netherlands | In-Netherlands | 3–1 | 4–2 | Logħba amikevoli |
2 | 4–2 | |||||
3 | 4 ta' Mejju 1966 | Dublin, ir-Repubblika tal-Irlanda | Ir-Repubblika tal-Irlanda | 2–0 | 4–0 | Logħba amikevoli |
4 | 12 ta' Lulju 1966 | Sheffield, l-Ingilterra | L-Iżvizzera | 3–0 | 5–0 | Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1966 |
5 | 4–0 | |||||
6 | 23 ta' Lulju 1966 | Sheffield, l-Ingitlerra | L-Urugwaj | 2–0 | 4–0 | Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1966 |
7 | 25 ta' Lulju 1966 | Liverpool, l-Ingilterra | L-Unjoni Sovjetika | 2–0 | 2–1 | Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1966 |
8 | 1 ta' Ġunju 1968 | Hanover, il-Ġermanja | L-Ingilterra | 1–0 | 1–0 | Logħba amikevoli |
9 | 14 ta' Ġunju 1970 | León, il-Messiku | L-Ingilterra | 1–2 | 3–2 (wara l-ħin regolamentari) | Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-1970 |
10 | 22 ta' Novembru 1970 | Ateni, il-Greċja | Il-Greċja | 3–1 | 3–1 | Logħba amikevoli |
11 | 22 ta' Ġunju 1971 | Oslo, in-Norveġja | In-Norveġja | 3–0 | 7–1 | Logħba amikevoli |
12 | 30 ta' Ġunju 1971 | Copenhagen, id-Danimarka | Id-Danimarka | 3–1 | 3–1 | Logħba amikevoli |
13 | 12 ta' Mejju 1973 | Amburgu, il-Ġermanja | Il-Bulgarija | 1–0 | 3–0 | Logħba amikevoli |
14 | 6 ta' Ottubru 1976 | Cardiff, Wales | Wales | 1–0 | 2–0 | Logħba amikevoli |
Statistika tal-karriera ta' kowċ
immodifika- Mit-22 ta' Jannar 2014
Tim | Minn | Sa | Rekord | |||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
G | W | D | L | % ta' Rebħ | Ref. | |||
Ġermanja tal-Punent | 1984 | 1990 | 66 | 34 | 20 | 12 | 51.52 | |
Olympique Marseille | l-1 ta' Settembru 1990 | il-31 ta' Diċembru 1990 | 25 | 16 | 4 | 5 | 64.00 | |
Bayern Munich | it-28 ta' Diċembru 1993 | it-30 ta' Ġunju 1994 | 14 | 9 | 2 | 3 | 64.29 | |
Bayern Munich | it-28 ta' April 1996 | it-30 ta' Ġunju 1996 | 5 | 3 | 0 | 2 | 60.00 | |
Total | 110 | 62 | 26 | 22 | 56.36 | — |
Unuri
immodifikaPlejer
immodifikaBayern Munich
- Regionalliga Süd: 1964–65
- Bundesliga: 1968–69, 1971–72, 1972–73, 1973–74
- DFB-Pokal: 1965–66, 1966–67, 1968–69, 1970–71
- Tazza Ewropea: 1973–74, 1974–75, 1975–76
- Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazza Ewropea: 1966–67
- Tazza Interkontinentali: 1976
New York Cosmos
- Kampjonat tal-Futbol tal-Amerka ta' Fuq: 1977, 1978, 1980
Hamburger SV
- Bundesliga: 1981–82
Ġermanja tal-Punent
- Tazza tad-Dinja tal-FIFA: rebbieħ: 1974; it-tieni post: 1966; it-tielet post: 1970
- Kampjonat Ewropew tal-UEFA: rebbieħ: 1972; it-tieni post: 1976
Kowċ
immodifikaĠermanja tal-Punent
- Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA: l-ewwel post: 1990; it-tieni post: 1986
- Kampjonat Ewropew tal-UEFA: it-tielet post: 1988
Marseille
- Ligue 1: 1990-1991
Bayern Munich
- Bundesliga: 1993-1994
- Tazza UEFA: 1995-1996
Individwali
immodifikaPlejer
- Ballun tad-Deheb: rebbieħ: 1972, 1976; it-tieni post: 1974, 1975; it-tielet post: 1966
- Plejer tal-Futbol tas-Sena (il-Ġermanja): 1966, 1968, 1974, 1976
- Tim tal-Bundesliga tal-Istaġun ta' kicker: 1965–66, 1966–67, 1967–68, 1968–69, 1969–70, 1970–71, 1971–72, 1972–73, 1973–74, 1974–75, 1975–76, 1976–77
- Premju tal-Aqwa Plejer Żagħżugħ tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA: 1966
- Żarbuna tal-Bronż tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1966
- Membru tat-Tim tal-Istilel tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1966, 1970, 1974
- FIFA XI: 1968
- Ballun tal-Fidda tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1974
- Premju tal-Aqwa Plejer tal-NASL: 1977
- Ordni tal-Mertu tal-FIFA: 1984
- Membru tat-Tim tal-Istil ta' Kull Żmien tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 1994
- Tim tat-Tornew Ewropew tal-UEFA: 1972, 1976
- Membru tat-Tim Dinji tas-Seklu 20: 1998
- Membru tat-Tim tal-Ħolma tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA: 2002
- Premju tal-Plejer Ċentenarju u ta' Personalità tal-Futbol tal-FIFA: 2004
- FIFA 100: 2004
- Premju Laureus għall-Għomor: 2007
- Premju tal-Ġenju Universali tal-Futbol Dinji tal-IFFHS: 2007
- Żarbuna tad-Deheb: rebbieħ: 2010, bħala leġġenda tal-futbol
- Marca Leyenda: 2012
- Premju Presidenzjali tal-FIFA: 2012
- Premju Presidenzjali tal-UEFA: 2012
- Membru tal-Aqwa Ħdax tal-Futbol Dinji ta' Kull Żmien tal-FIFA: 2013
- Membru tal-Aqwa Ħdax tal-Futbol Dinji ta' Kull Żmien tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA: 2016
- Stħarriġ tal-Ġublew tad-Deheb tal-UEFA: it-tieni post: 2004
- L-Aqwa Plejers tal-Futbol Dinji tas-Seklu 20: ir-raba' post: 1999
- L-Aqwa Ħdax ta' Eric Batty: 1966, 1967, 1968, 1969, 1971, 1972, 1973, 1974, 1975, 1976, 1977
- L-Aqwa Plejer Ewropew tal-IFFHS: 1956–1990
- L-Aqwa Plejer tas-Seklu tal-IFFHS: it-tielet post: 2000
- L-Aqwa Plejer tas-Seklu tal-IFFHS: it-tieni post: 2000
- Membru tal-Leġġendi tal-IFFHS: 2016
- L-Aqwa Ħdax ta' Kull Żmien tal-Bayern Munich: 2005
- Membru tal-Klassifika tal-Aqwa Plejers Sportivi tal-Ġermanja
- Membru tat-Tim tal-Ħolm tar-Rebbieħa tal-Ballun tad-Deheb: 2020
- Membru tat-Tim tal-Ħolm ta' Kull Żmien tal-IFFHS: 2021
Kowċ
- Kowċ Ewropew tas-Sena—Premju Sepp Herberger: 1990
- Premju tal-Aqwa Kowċ tas-Sena tal-Futbol Dinji: 1990
- L-Aqwa Kowċ ta' Kull Żmien tal-Futbol Dinji: id-disa' u għoxrin post: 2013
Ċivili
immodifika- Salib tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: 1976
- Ordni tal-Mertu tal-Bavarja: 1982
- Salib tal-Ordni tal-Mertu tal-Ewwel Klassi tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: 1986
- Munita tad-Deheb Onorarja tal-Belt ta' Munich: 1995
- Dottorat Onorarju tal-Akkademja Nazzjonali tal-Isport: 2004
- Salib tal-Mertu tal-Kmandanti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja: 2006
- Ordni tal-Mertu tal-Ewwel Klassi tal-Istat Federali ta' Niedersachsen: 2008
- Ordni tal-Mertu tal-Istat Federali ta' Nord-Rhein Westfalen: 2009
- Konslu Onorarju tar-Repubblika tal-Kosovo: 2011.
Referenzi
immodifika- ^ "Der Kaiser, the brains behind Germany - FIFA.com". web.archive.org. 2016-04-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-09. Miġbur 2024-01-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Franz Beckenbauer: The Kaiser - Profiles, People - The Independent". web.archive.org. 2010-02-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-02-27. Miġbur 2024-01-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "FRANZ BECKENBAUER - International Football Hall of Fame". web.archive.org. 2012-05-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-05-20. Miġbur 2024-01-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Chakraborty, Sushan (2022-12-21). "9 legends who have won the FIFA World Cup, UEFA Champions League, and Ballon d'Or". www.sportskeeda.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-09.
- ^ "BBC SPORT | Football | Pele's list of the greatest". web.archive.org. 2018-10-19. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-10-19. Miġbur 2024-01-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "World All-Time Teams". web.archive.org. 2011-02-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-02-08. Miġbur 2024-01-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Franz Beckenbauer - 1998 Inductee | National Soccer Hall of Fame". Franz Beckenbauer - 1998 Inductee | National Soccer Hall of Fame (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-09.
- ^ "Franz sagt Servus - Bundesliga Saison 2018/19 - Bild.de". web.archive.org. 2018-09-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-09-23. Miġbur 2024-01-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Franz Beckenbauer investigated for corruption over 2006 World Cup - BBC News". web.archive.org. 2016-09-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-09-01. Miġbur 2024-01-09.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Franz Beckenbauer's trial for corruption charges ends without verdict". Sky Sports (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-09.