Qalb
Dan l-artiklu dwar il-bijoloġija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-qalb hija organu li tinsab fit-toraċe/sider u hija magħmula esklussivament minn tessut muskolari strijat, li huwa miżmum minn struttura fibruża msejħa perikardju. It-terminu 'kardijaku' (bħal f'kardjoloġija) ifisser "relatat mal-qalb" u ġej mill-kelma Griega καρδια, kardia, li tfisser "qalb".
Il-qalb hija l-organu ċentrali tas-sistema ċirkulatorja u taħdem bħal pompa li kapaċi tipproduċi pressjoni li tippermeti ċ-ċirkolazzjoni tad-demm b'mod effiċjenti.