Tim nazzjonali tal-futbol tas-Serbja
It-tim nazzjonali tal-futbol tas-Serbja (bis-Serb: Фудбалска репрезентација Србије; Fudbalska reprezentacija Srbije) jirrappreżenta lis-Serbja fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tas-Serbja.
Psewdonimu | Орлови (L-Ajkli) | ||
---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | Assoċjazzjoni tal-Futbol tas-Serbja | ||
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
Kowċ | Dragan Stojković | ||
Kaptan | Dušan Tadić | ||
Rekord ta' preżenzi | Dušan Tadić (106) | ||
Rekord ta' gowls | Aleksandar Mitrović (57) | ||
Kodiċi tal-FIFA | SRB | ||
| |||
Klassifika tal-FIFA | |||
Pożizzjoni attwali | 21 (Ottubru 2022) | ||
L-ogħla | 6 (Diċembru 1998) | ||
L-inqas | 101 (Diċembru 1994) | ||
L-ewwel logħba | |||
Repubblika Ċeka 1–3 Serbja (Uherské Hradiště, Repubblika Ċeka; 16 ta' Awwissu 2006) | |||
L-ikbar rebħa | |||
Ażerbajġan 1–6 Serbja (Baku, Ażerbajġan; 17 ta' Ottubru 2007) Serbja 6–1 Bulgarija (Belgrad, Serbja; 19 ta' Novembru 2008) Serbja 6–1 Wales (Novi Sad, Serbja; 11 ta' Settembru 2012) | |||
L-ikbar telfa | |||
Ukrajna 5–0 Serbja (Lviv, Ukrajna; 7 ta' Ġunju 2019) | |||
Tazza tad-Dinja | |||
Preżenzi | 12 (l-ewwel fl-1930) | ||
L-aqwa riżultat | Ir-raba' post (1930, 1962) | ||
Kampjonati Ewropej | |||
Preżenzi | 5 (l-ewwel fl-1960) | ||
L-aqwa riżultat | Finalisti telliefa (1960, 1968) |
Storja
immodifikaIs-snin tal-Jugożlavja
immodifikaBejn l-1920 u l-1992 it-tim nazzjonali tal-Jugożlavja kien attiv f'isem ir-Renju tas-Serbi, il-Kroati u s-Sloveni (sal-1929), ir-Renju tal-Jugożlavja (sal-1941) u r-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugożlavja (sal-1992). Tul dan iż-żmien tim wieħed biss irrappreżenta l-entitajiet politiċi li llum jiffurmaw is-Slovenja, il-Kroazja, il-Bożnija u Ħerżegovina, is-Serbja, il-Montenegro, il-Kosovo u l-Maċedonja ta' Fuq.
Minkejja dan, l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Serba ilha membru tal-FIFA mill-1921 u waħda mill-membri oriġinali tal-UEFA fl-1954. Iż-żewġ organizzazzjonijiet jirrikonoxxu lis-Serbja bħala d-dixxendenti tat-tim nazzjonali Jugożlav sabiex ir-riżultati u l-prestazzjonijiet tal-Jugożlavja għaddew lilhom. L-istess każ ġara fil-21 ta' Mejju 2006 wara d-deċiżjoni meħuda mill-Montenegro li tinfired u s-Serbja wirtu l-istorja qasira tat-tim tas-Serbja u Montenegro.
Wara l-1992, twieled tim nazzjonali ġdid li jirrappreżenta lir-Repubblika Federali tal-Jugożlavja. It-tim kellu jistenna sat-23 ta' Diċembru 1994 sabiex jilgħab logħba uffiċjali, telfa ta' 2–0 kontra l-Brażil. Minħabba s-sanzjonijiet eżistenti mill-FIFA u l-UEFA, it-tim nazzjonali ma setax jikkompeti fit-Tazza tad-Dinja tal-1994 u fil-Kampjonati Ewropej tal-1996. Taħt dan l-isem huma kkwalifikaw għall-edizzjoni tal-1998 tat-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonati Ewropej tas-sena 2000.
Serbja u Montengro
immodifikaFis-sena 2002, il-Parlament federali ta' Belgrad laħaq qbil biex l-istat jinqaleb minn federazzjoni għal konfederazzjoni. Il-parlament iddeċieda wkoll li jibdel isem l-istat biex sar l-Unjoni Statali tas-Serbja u Montengro. It-tim nazzjonali ħa l-isem tas-Serbja u Montenegro sal-2006 u b'din id-denominazzjoni kkwalifika għat-Tazza tad-Dinja tal-2006.
Fil-21 ta' Mejju 2006, il-Montenegro approvaw l-indipendenza mis-Serbja permezz ta' referendum, bid-diviżjoni tieħu l-effett fit-3 ta' Ġunju tal-istess sena. Minkejja dan, is-Serbja u Montenegro, iddeċidew li jikkompetu taħt dan l-isem. It-tim nazzjonali ġie eliminat fl-ewwel rawnd bi tliet telfiet: 1–0 kontra n-Netherlands, 6–0 kontra l-Arġentina u 3–2 kontra l-Kosta tal-Avorju.
L-indipendenza
immodifikaWara li l-Montenegro ddikjaraw l-indipendenza, is-Serbja lagħbu l-ewwel logħba bħala pajjiż indipendenti kontra r-Repubblika Ċeka f'rebħa ta' 3–1. L-ewwel kompetizzjoni kienet il-fażi ta kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-2008 fl-2007, liema fażi rathom jispiċċaw fit-tielet post, tliet punti wara l-Portugall u r-rebbieħa tal-grupp, il-Polonja.
Huma kkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-2010 meta rnexxielhom jirbħu l-grupp fuq Franza, però ġew eliminati fl-ewwel rawnd b'żewġ telfiet u rebħa waħda kontra l-Ġermanja.