Għad-diviżjoni tat-timijiet nazzjonali fl-urni biex isiru l-poloz inizzjali għall-gruppi kienet ikkunsidrata l-pożizzjoni tat-timijiet Ewropej permezz tal-koefiċċjenti tal-UEFA, skont ir-riżultati miksub fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej 2004 u anki tat-Tazza tad-Dinja 2006. Wieħed irid jinnota li:
- Il-Greċja, detentur tat-titlu, kienet imdaħħla fl-urna tal-aqwa timijiet.
- Il-Portugall ma kellux bżonn jipparteċipa fil-kwalifikazzjoni għall-Euro 2004, minħabba li kien l-ospitu ta' dik l-edizzjoni. Minflok, ġie wżat biss ir-rekord tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006.
- Il-Ġermanja ma kellhiex bżonn tipparteċipa fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006. Minflok, ġie wżat biss ir-rekord tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2004.
- Il-Każakistan qatt ma ħa sehem f'kampjonat Ewropew, u b'hekk għal dan it-tim ġie wżat biss ir-rekord tat-Tazza tad-Dinja. L-aħħar parteċipazzjoni tagħhom f'fażi ta' kwalifikazzjoni kienet fit-Tazza Ażjatika 2000. Ir-rekord f'din il-kompetizzjoni ma kienx ikkunsidrat.
- Wara l-indipendenza tal-Montenegro mis-Serbja, is-Serbja wirtet ir-riżultati kollha tat-tim nazzjonali li kien jeżisti qabel. Il-Montenegro kien għadu ma ġiex ammess fil-UEFA jew fil-FIFA fil-bidu tal-kwalifikazzjoni għal din il-kompetizzjoni, u b'hekk ma setax jikkompeti sal-edizzjoni li jmiss tat-Tazza tad-Dinja.
It-tlugħ tal-poloz sar fis-27 ta' Jannar, 2006, f'Montreux, l-Żvizzera.[1]
Urna 1
|
Urna 2
|
Urna 3
|
Urna 4
|
|
|
|
|
Urna 5
|
Urna 6
|
Urna 7
|
|
|
|
|
It-tabella t'hawn taħt għandha s-seba' gruppi ta' kwalifikazzjoni. Timijiet li assiguraw post fil-fażi finali tal-kampjonat huma bi sfond aħdar. L-ordni tat-timijiet hi skont il-pożizzjoni finali fil-grupp.
Ikkwalifikaw awtomatikament għall-Euro 2008 l-Awstrija u l-Iżvizzera minħabba li huma l-pajjiżi ospiti.
Jekk żewġ jew aktar timijiet jispiċċaw l-istess punti fi tmiem il-logħob, il-kriterji segwenti huma applikati:
- L-akbar numru ta' punti miksuba fil-partiti bejn it-timijiet fil-kwistjoni.
- L-akbar differenza ta' gowls fil-partiti bejn it-timijiet fil-kwistjoni.
- L-akbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti bejn it-timijiet fil-kwistjoni.
- L-akbar numru ta' gowls skurjati barra minn darhom fil-partiti bejn it-timijiet fil-kwistjoni.
- Jekk wara l-applikazzjoni ta' dawn l-erba' kriterji preċedenti t-timijiet xorta jibqgħu fl-istess sitwazzjoni, l-istess kriterji jerġgħu jiġu applikat biex jiġi determinat il-pożizzjoni tat-tim. Jekk din il-proċedura ma twassal għal ebda deċiżjoni, kriterji 6 u 7 jiġu applikati:
- Riżultati ta' kull partiti tal-grupp: 1. Differenza superjuri ta' gowls 2. Numru ikbar ta' gowls skurjati 3. Numru ikbar ta' gowls skurjati barra minn darhom 4. Kondotta tajba fost il-plejers.
- Bħala soluzzjoni estrema, isir it-tlugħ tax-xorti.