Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (OFC)
Il-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 għaż-Żona Oċeanika (OFC) għażlet lil New Zealand sabiex jikkompeti f'partita eliminatorja bbażata fuq żewġ partiti barra u ġewwa darha kontra l-ħames tim klassifikat fil-Konfederazzjoni Ażjatika (AFC) għal post fit-Tazza tad-Dinja 2010 fl-Afrika t'Isfel. L-Oċeanja hija l-unika konfederazzjoni li m'għandhiex post garantit fil-fażi finali. Ir-rawnd finali tagħha serva bħala t-Tazza tan-Nazzjonijiet Oċeaniċi 2008. Sussegwentament, New Zealand ġie kkunsidrat bħala ċ-ċampjin tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Oċeaniċi, u rrapreżenta lill-OFC fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009.
Format
immodifikaL-ewwel fażi bdiet fil-Logħob Paċifiku 2007 fis-Samoa, bit-turnew tal-futbol iservi bħala kompetizzjoni ta' kwalifikazzjoni taż-Żona Oċeanika għat-Tazza tad-Dinja. Ir-rebbieħa tad-deheb, il-fidda u l-bronż (Kaledonja l-Ġdida, il-Fiġi, u l-Vanwatu, rispettivament) avvanzaw għat-tieni fażi. Dawn it-tlieta ngħaqdu ma' New Zealand f'kompetizzjoni bbażata fuq logħob intern u estern bejn l-2007 u l-2008.
Kien hemm ċertu konfużjoni dwar kif dak li se jikkwalifika għall-play-off kontra pajjiż tal-AFC se jiġi magħżul. Is-sit elettroniku tal-FIFA għall-bidu indika li l-aqwa żewġ timijiet javvanzaw għal logħba eliminatorja li tiddeċiedi dak li se javvanza, però l-artikli tal-OFC ma kinux jinkludu dan ir-rawnd. Wara, l-artikli tal-FIFA ikkonfermaw li r-rebbieħ tal-fażi li tara l-erba' timijiet jikkompetu kontra xulxin, jikkwalifika.
L-ewwel rawnd
immodifikaFażi tal-gruppi
immodifikaGrupp A
immodifika
|
|
* Tuvalu ma kinux membri tal-FIFA u b'hekk ma kinux eleġibbli li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja.
Grupp B
immodifika
|
|
Fażi eliminatorja
immodifikaSemifinali | Finali | ||||||
Gżejjer Solomon | 2 | ||||||
Kaledonja l-Ġdida | 3 | ||||||
Kaledonja l-Ġdida | 1 | ||||||
Fiġi | 0 | ||||||
It-Tielet post | |||||||
Fiġi | 3 | Gżejjer Solomon | 0 | ||||
Vanwatu | 0 | Vanwatu | 2 |
It-tliet timijiet li akkwistaw id-dritt għall-passaġġ għat-tieni fażi tal-kwalifiki, fejn affrontaw lil New Zealand fit-Tazza kontinentali, huma fl-ordni:
It-tieni rawnd
immodifika- Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Tazza tan-Nazzjonijiet Oċeaniċi 2008.
|
|
Riżultati
immodifika17 ta' Ottubru 2007 16:00 UTC+12 |
Fiġi | 0 – 2 | New Zealand | Churchill Park, Lautoka Attendenza: 6,000 |
---|---|---|---|---|
Rapport | Vicelich 32' Smeltz 86' |
17 ta' Novembru 2007 14:00 UTC+11 |
Vanwatu | 1 – 2 | New Zealand | Korman Stadium, Port Vila Attendenza: 8,000 |
---|---|---|---|---|
Naprapol 32' | Rapport | Smeltz 53' Mulligan 90+3' |
17 ta' Novembru 2007 15:00 UTC+12 |
Fiġi | 3 – 3 | Kaledonja l-Ġdida | Govind Park, Ba Attendenza: 1,500 |
---|---|---|---|---|
Nawatu 2' Vakatalesau 27' 86' |
Rapport | Gjamaci 66' Kaudre 83' M. Hmaé 87' |
21 ta' Novembru 2007 19:00 UTC+13 |
New Zealand | 4 – 1 | Vanwatu | Westpac Stadium, Wellington Attendenza: 2,500 |
---|---|---|---|---|
Mulligan 17' 81' Smeltz 29' (pen) 34' |
Rapport | Sakama 50' |
21 ta' Novembru 2007 19:00 UTC+11 |
Kaledonja l-Ġdida | 4 – 0 | Fiġi | Stade Numa-Daly Magenta, Noumea Attendenza: 0 |
---|---|---|---|---|
Wajoka 29' (pen) M. Hmaé 32' 61' Mapou 64' |
Rapport |
14 ta' Ġunju 2008 14:00 UTC+11 |
Vanwatu | 1 – 1 | Kaledonja l-Ġdida | Korman Stadium, Port Vila Attendenza: 4,000 |
---|---|---|---|---|
Mermer 77' | Rapport | Djamali 73' |
21 ta' Ġunju 2008 15:00 UTC+11 |
Kaledonja l-Ġdida | 3 – 0 | Vanwatu | Stade Numa-Daly Magenta, Noumea Attendenza: 2,700 |
---|---|---|---|---|
Wajoka 36' M. Hmaé 60' Diaike 87' |
Rapport |
6 ta' Settembru 2008 15:00 UTC+12 |
Fiġi | 2 – 0 | Vanwatu | Govind Park, Ba |
---|---|---|---|---|
Kumar 7' Dunadamu 87' |
Rapport |
6 ta' Settembru 2008 17:00 UTC+11 |
Kaledonja l-Ġdida | 1 – 3 | New Zealand | Stade Numa-Daly Magenta, Noumea |
---|---|---|---|---|
M. Hmaé 57' | Rapport | Nelsen 15' Smeltz 66' 76' |
10 ta' Settembru 2008 14:00 UTC+11 |
Vanwatu | 2 – 1 | Fiġi | Korman Stadium, Port Vila |
---|---|---|---|---|
Sakama 58' Malas 90+1' |
Rapport | Dunadamu 90+2' |
10 ta' Settembru 2008 19:30 UTC+12 |
New Zealand | 3 – 0 | Kaledonja l-Ġdida | North Harbour Stadium, Auckland Attendenza: 6,000 |
---|---|---|---|---|
Smeltz 50', 76' Christie 69' |
Rapport |
19 ta' Novembru 2008[nota 1] 18:00 UTC+12 |
New Zealand | 0 – 2 | Fiġi | Churchill Park, Lautoka (Fiġi) Attendenza: 4,500 |
---|---|---|---|---|
Rapport | Krishna 63', 90' |
Play-off
immodifikaNew Zealand, li kklassifikat fl-ewwel post lagħabet kontra t-tim li spiċċa fil-ħames post fil-kwalifiki taż-Żona Ażjatika, il-Baħrejn, fi play-off ibbażata fuq żewġ legs. New Zealand għelbu lill-Baħrejn sabiex assiguraw post fit-Tazza tad-Dinja 2010.
Tim #1 | Agg. | Tim #2 | Leg 1 | Leg 2 |
---|---|---|---|---|
Baħrejn | 0–1 | New Zealand | 0–0 | 0–1 |
Noti
immodifika- ^ Il-partita New Zealand–Fiġi kienet oriġinarjmanet skedata għat-13 ta' Ottubru 2007, imma kienet posposta mill-FIFA wara li l-gowler tal-Fiġi, Simione Tamanisau, ma ngħatax visa mill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni ta' New Zealand. Għall-ewwel il-partita kienet reġgħet ġiet skedata biex tintlagħab f'pajjiż newtrali tas-Samoa,[1][2] imma sussegwentament tmexxiet għal darb'oħra għall-Fiġi.
Referenzi
immodifika- ^ "MEDIA STATEMENT: NEW ZEALAND vs. FIJI MATCH". web.archive.org. 2009-06-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-06-11. Miġbur 2023-01-01.
- ^ "FIFA cancels New Zealand-Fiji" (bl-Ingliż). FIFA. 2007-10-12.
Ħoloq esterni
immodifika- Iż-Żona Oċeanika fuq FIFA.com