Iftaħ il-menu prinċipali

Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012

Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012, magħrufin sempliċement bħala Euro 2012, kienu l-erbatax-il edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej, kompetizzjoni dedikata għat-timijiet nazzjonali tal-futbol tal-UEFA. Il-fażi finali tat-turnew saret ġewwa l-Polonja u l-Ukrajna bejn it-8 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju 2012.

Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012
(PL) Mistrzostwa Europy w Piłce Nożnej 2012
(UK) Чемпіонат Європи з футболу 2012
Dettalji tal-kompetizzjoni
Pajjiż ospitanti Flag of Poland.svg Polonja
Flag of Ukraine.svg Ukrajna
Dati 8 ta' Ġunju – 1 ta' Lulju
Parteċipanti 16 (minn konfederazzjoni waħda)
Grawnds (f'8 ibliet ospitanti)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ Gold medal blank.svg Flag of Spain.svg Spanja (it-3 titlu)
It-Tieni post Silver medal blank.svg Flag of Italy.svg Italja
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 31
Gowls skorjati 76 (2.45 kull logħba)
Attendenza 1,440,896 (46,481 kull logħba)
L-aqwa skorer(s) Spanja Fernando Torres (3)
2008
2016
Arloġġ ġewwa Lviv, fl-Ukrajna, juri l-ġranet li għad baqa' għall-bidu tal-kompetizzjoni

Din kienet l-aħħar darba li l-fażi finali rat il-parteċipazzjoni ta' 16-il pajjiż, fejn għall-edizzjoni tal-2016 hu previst li n-numru ta' parteċipanti jiġi estiż għal 24. Il-fażi ta' kwalifikazzjoni saret bejn Awwissu 2010 u Novembru 2011.

Fil-finali li saret ġewwa l-Olympic Stadium ta' Kjiv (l-Ukrajna), Spanja rebħu l-kompetizzjoni bl-iskor ta' 4–0 kontra l-Italja. B'din ir-rebħa Spanja saru l-ewwel tim li rebħu żewġ edizzjonijiet konsekuttivi tal-Kampjonati tal-Euro, u l-ewwel tim nazzjonali Ewropew li rebaħ tliet titli internazzjonali infila, li jinkludu l-Euro 2008 u t-Tazza tad-Dinja 2010. Minħabba li Spanja kienu diġà ggwadanjaw l-aċċess għat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013 wara t-trijonf fit-Tazza tad-Dinja, l-Italja ikkwalifikat.

L-għażla tal-organizzaturImmodifika

OffertiImmodifika

Għall-bidu, l-organizzazzjoni ta' dan l-avveniment kienet bejn ħames offerti minn seba' pajjiżi: KroazjaUngerija (ma' xulxin), il-Greċja, l-Italja, PolonjaUkrajna (ma' xulxin), u t-Turkija.

Nhar it-8 ta' Novembru, 2005, il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA naqqas il-lista tal-kandidati għal tlieta:[1]

Pajjiż Voti
  Italja 11
  Kroazja /   Ungerija 9
  Polonja /   Ukrajna 7
  Turkija 6
  Greċja 2

Fil-31 ta' Mejju 2006, it-tliet offerti komplew it-tieni fażi tal-proċess billi bagħtu iktar dossiers dettaljati. F'Settembru tal-2006, il-UEFA wettqet żjarat fuq is-siti tal-pajjiżi kandidati. L-offerta ta' Polonja–Ukrajna ġiet magħżula b'votazzjoni mill-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA waqt laqgħa ġewwa Cardiff nhar it-18 ta' April 2007. B'hekk din saret it-tielet darba li żewġ pajjiżi ospitaw il-Kampjonati Ewropej, wara BelġjuPajjiżi l-Baxxi (2000) u AwstrijaŻvizzera (2008). Ir-riżultati tal-votazzjoni kienu hekk:

Pajjiż Voti
  Polonja /   Ukrajna 8
  Italja 4
  Kroazja /   Ungerija 0

Proċedura tal-votazzjoniImmodifika

Il-votazzjoni kellha ssir f'massimu ta' żewġ rawnds. Sabiex il-vot ikun validu, kellu jkun hemm kworum fil-kamra tal-laqgħat, jiġifieri, mill-inqas tmien membri tal-Kumitat, esklużi l-president u d-deputat li ma kellhomx id-dritt il-vot. Fl-ewwel rawnd, kull membru kellu vot wieħed. Minħabba li l-offerta tal-Polonja u l-Ukrajna kisbet maġġoranza assoluta ta' tmien voti, din tħabbret bħala r-rebbieħa u ma kienx hemm bżonn li jsir it-tieni rawnd.

Il-votazzjoni saret mill-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA kompost minn 14-il membru:

La Carraro u lanqas Surkis ma setgħu jivvutaw fl-ebda votazzjoni, minħabba li kienu rappreżentati ta' pajjiżi kandidati. Din ħalliet tnax-il vot disponibbli għat-tliet offerti.

StadjiImmodifika

Il-lista tat-tmient ibliet li se jospitaw il-partita tal-Euro 2012 ġiet uffiċjalizzata mill-UEFA f'laqgħa ġewwa Bukarest nhar l-14 ta' Mejju 2009, fejn kull grupp se jibbaża ruħu fuq żewġ grawnds kull wieħed.

Il-bliet ospiti ta' Varsavja, Gdańsk, Wrocław, Poznań, Kjiv u Lviv huma kollha mkejjen turistiċi popolari, bil-kontra ta' Donetsk u Kharkiv (tal-aħħar ħadet post lil Dnipropetrovsk bħala belt ospitu fl-2009).

  Polonja
Varsavja Gdańsk Wrocław Poznań
Stadion Narodowy
Postijiet: 56,070
PGE Arena
Postijiet: 39,150
Stadion Miejski
Postijiet: 40,000
Municipal Stadium
Postijiet: 39,550
       
Ukrajna
Kjiv Donetsk Kharkiv Lviv
Olympic Stadium
Postijiet: 64,640
Donbass Arena
Postijiet: 49,400
Metalist Stadium
Postijiet: 37,750
Arena Lviv
Postijiet: 32,990

KwalifikazzjoniImmodifika

 
It-tim nazzjonali Irlandiż jiċċelebra l-kwalifikazzjoni wara t-trijonf fil-play-offs kontra l-Estonja

It-tlugħ tal-poloz għall-partiti tal-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2012 saru ġewwa Varsavja fis-7 ta' Frar 2010. 51 tim daħlu jikkompetu għal 14-il post fil-fażi finali, flimkien mal-Polonja u l-Ukrajna. Dawn it-timijiet ġew maqsuma f'disa' gruppi, bil-polza taqsamhom skont il-koeffiċjenti tat-timijiet nazzjonali tal-UEFA.

Ir-rawnd ta' kwalifikazzjoni bdiet f'Awwissu tal-2010 u tlestiet f'Novembru 2011. Fi tmiem il-fażi tal-gruppi f'Ottubru 2011, id-disa' rebbieħa tal-gruppi għaddew awtomatikament għall-finali, bl-aqwa tim li spiċċa fit-tieni post jagħmel dan ukoll. It-tmien timijiet l-oħra li temmew fit-tieni post affrontaw lil xulxin fi play-off ta' żewġ legs, bir-rebbieħa jaqtgħu passaġġ għall-finali.

Timijiet parteċipantiImmodifika

Il-fażi finali tal-kompetizzjoni se tara sittax-il tim nazzjonali, format li ilu jiġi adottat mill-1996. Ċerti assoċjazzjonijiet tal-futbol Ewropej ipproponew li dan jiġi estiż għal 24 tim, minkejja li n-numru ta' membri tal-UEFA ftit li xejn kiber minn mindu saret l-aħħar estensjoni fl-1996 (53 f'April tal-2006 ikkumparat ma' 48 fl-Euro 1996). F'April tal-2007, il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA iddeċieda kontra l-estensjoni għall-2012.

Għal dawn il-kampjonati, tnax-il finalist ħadu sehem fl-edizzjoni preċedenti tal-2008, bl-Ingilterra u d-Danimarka jirritornaw wara l-2004. Ir-Repubblika tal-Irlanda rritornat wara assenza ta' 24 sena għat-tieni dehra tagħhom f'fażi finali tal-kompetizzjoni. Waħda mill-ospiti, l-Ukrajna, iddebuttat bħala pajjiż indipendenti wara r-rebħ tal-edizzjoni inawgurali tal-1960 bħala parti mill-Unjoni Sovjetika.

ReferenziImmodifika

  1. ^ Mark Chaplin. (Ingliż) Trio in EURO 2012 running. UEFA, 08-11-2005. Aċċess tal-URL: 19-04-2007.

Ħoloq esterniImmodifika