Raimundo Bibiani "Mumo" Orsi (twieled fit-2 ta' Diċembru 1901 – miet fis-6 ta' April 1986) kien plejer tal-futbol Taljan-Arġentin li kien jilgħab bħala attakkant.

Raimundo Orsi

Orsi fl-1920
Informazzjoni personali
Isem sħiħRaimundo Bibiani Orsi
Twelid2 ta' Diċembru 1901(1901-12-02)
AvellanedaArġentina
Mewt6 ta' April 1986 (84 sena)
Santiago
Tul1.69 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1920–1928Independiente
1928–1935Juventus
1935Independiente
1936Boca Juniors
1937–1938Platense
1939Flamengo
1939–1940Club Almagro
1940Flamengo
1941–1942Peñarol
1943Santiago National
Tim nazzjonali
1924–1928Arġentina
1929–1935Italja
1936Arġentina

Karriera

immodifika

Iddebutta fil-kampjonat Arġentin fit-30 ta' Novembru 1919 bil-flokk tal-Independiente kontra l-Estudiantes (BA) u magħhom lagħab sal-1928. Hu ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali Arġentin għall-ewwel darba fl-1924, però kellu jistenna sal-1927 sabiex ikun pedina fissa mal-ewwel ħdax. Mal-Albiceleste rebaħ il-Campeonato Sudamericano li sar dik is-sena fil-Perù u s-sena ta' wara kien finalista tellief fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1928 kontra l-Urugwaj.

Wara l-wirja tiegħu fl-Olimpjadi, il-familja Agnelli għamlet minn kollox biex iġġibu mal-Juventus. It-trattattiva kienet waħda kumplessa kemm minħabba l-kuntratt attwali li Orsi kellu mal-klabb tiegħu u wkoll minħabba l-qbil fis-salarju li ġie offrut lill-plejer, li kien ogħla mill-istandard ta' dak iż-żmien (bażi ta' 100,000 lira Taljan u 8,000 oħra fix-xahar, karozza b'sewwieq personali u villa fuq l-għoljiet).[1] Minħabba r-regolament li kien hemm li kien jipprevjeni li plejers barranin jew oriundi milli jilgħabu, Orsi kellu jistenna sal-istaġun 1929–30 biex jinżel fil-grawnd. Mal-bianconeri Orsi lagħab 177 logħba u skorja 77 gowl.[2]

Ftit wara, xprunata mill-politika attwali tar-reġim Faxxista, Orsi rebaħ iċ-ċittadinanza Taljana u b'hekk seta' jirrappreżenta lit-tim nazzjonali Taljan. Iddebutta b'doppjetta kontra l-Portugall fis-6 ta' Diċembru 1929 f'Milan. Mat-tim nazzjonali ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-1934 fejn f'din l-edizzjoni skorja tliet gowls hekk kif l-Italja ġew inkurunati ċampjins.

Mal-klabb tiegħu, Orsi rebaħ erba' kampjonat konsekuttivi bejn l-1931 u l-1934. Hu tilef ir-rebħ tal-ħames titlu konsekuttiv minħabba li f'April tal-1935 kellu jirritorna lura art twelidu minħabba li ommu kienet mardet serjament.[3][4] Minkejja li għall-bidu kien maħsub li t-tluq tiegħu kien se jkun wieħed temporanju, dan dar għal wieħed indefinit. Hu reġa' ngħaqad mal-Independiente biex wara ssieħeb mar-rivali Boca Juniors. Fl-1938, mar jilgħab l-Urugwaj mal-Peñarol u għenhom jirbuħ il-kampjonat ta' dik is-sena. Hu temm il-karriera tiegħu fil-Brażil flimkien ma' Flamengo fejn rebaħ il-Campeonato Carioca.

Fost l-hekk imsejħa oriundi, Orsi għal żmien twil kien l-aktar plejer li għamel preżenzi mat-tim nazzjonali Taljan. Ir-rekord tiegħu ġie miksur wara sebgħin sena minn Mauro Germán Camoranesi.[5] Man-nazzjonal Taljan lagħab 35 logħba u skorja tlettax-il gowl, bl-iktar gowl importanti jasal fil-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra ċ-Ċekoslovakkja. Il-gowl tad-dro tiegħu għen biex il-partita tmur għall-ħin barrani u Angelo Schiavio skorja l-gowl tar-rebħa.

Independiente
  • Asociación Amateurs de Football: 1922, 1924, 1925
Juventus
  • Serie A: 1930–31, 1931–32, 1932–33, 1933–34
Flamengo
Arġentina
Italja
Individwali
  • All-Star Team tat-Tazza tad-Dinja: 1934[6]

Referenzi

immodifika
  1. ^ Chiesa, Carlo F. (1999). "We are the champions - I 150 fuoriclasse che hanno fatto la storia del calcio". Calcio 2000 (bit-Taljan). Milan (22): 124.
  2. ^ "Raimundo Orsi". forza-juventus.com (bil-Franċiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2005-05-26.
  3. ^ "Orsi torna in Argentina". La Stampa (bit-Taljan): 7. 1935-04-04.
  4. ^ Arnaldi, Enzo (1935-04-06). "Orsi se ne va..." La Stampa della Sera (bit-Taljan): 1.
  5. ^ "Camoranesi 40 anni dopo Sormani gli oriundi che hanno fatto epoca" (bit-Taljan). la Repubblica. 2002-11-21.
  6. ^ "All-Star Team". football.sporting99.com (bl-Ingliż).

Ħoloq esterni

immodifika