Pedro Cea
José Pedro Cea (twieled fl-1 ta' Settembru 1900 – miet fit-18 ta' Settembru 1970) kien plejer u kowċ tal-futbol Urugwajan.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | José Pedro Cea | ||
Twelid | 1 ta' Settembru 1900 Redondela, Spanja | ||
Mewt | 18 ta' Settembru 1970 (70 sena) Montevideo | ||
Rwol | Attakkant | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
Nacional | |||
Tim nazzjonali | |||
1923–1932 | Urugwaj | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
1941–1942 | Urugwaj |
Karriera
immodifikaKlabb
immodifikaRikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-futbol Urugwajani ta' kull żmien, Cea trabba fil-logħba tal-futbol ma' Lito ġewwa Montevideo, fejn irnexxielu jsib post mat-tim nazzjonali. Fl-1929 ingħaqad ma' Nacional fejn magħhom rebaħ żewġ kampjonati, fl-1933 u fl-1934. Fl-1935 irtira għal-kollox mill-futbol milgħub.
Internazzjonali
immodifikaMas-Celeste rebaħ żewġ edizzjonijiet konsekuttivi tal-Copa América, magħrufa dak iż-żmien bħala Campeonato Sudamericano de Football, fl-1923 u fl-1924. Rebaħ ukoll il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta' Pariġi 1924, u reġa' għal darb'oħra erba' snin wara fl-edizzjoni ta' Amsterdam.
Fl-1930 rebaħ it-titlu tat-Tazza tad-Dinja mal-Urugwaj, fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. B'5 gowls, fosthom gowl fil-finali kontra l-Arġentina, hu spiċċa t-tieni l-aqwa skorer wara l-Arġentin Guillermo Stábile. Cea lagħab l-aħħar logħba internazzjonali tiegħu fl-1932, biex ġabar 27 preżenza għat-tim Urugwajan.[1]
Kowċ
immodifikaCea serva bħala kowċ tat-tim nazzjonali tal-Urugwaj bejn l-1941 u l-1942, fejn wassal lit-tim għar-rebħ tal-edizzjoni tal-1942 tal-Campeonato Sudamericano.
Unuri
immodifikaKlabb
immodifika- Nacional
- Primera División: 1933, 1934
Internazzjonali
immodifika- Tazza tad-Dinja: 1930
- Midalja tad-deheb Olimpika: 1924, 1928
- Copa América: 1923, 1924
- Copa Lipton: 1924, 1927, 1929
- Copa Newton: 1929, 1930
Kowċ
immodifika- Urugwaj
- Copa América: 1942
Referenzi
immodifikaĦoloq esterni
immodifika- (ES) Pedro Cea