Grupp Ċ tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008
Grupp Ċ tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008 hu wieħed mill-erba' gruppi tal-Kampjonati Ewropej 2008. L-ewwel partiti tal-grupp intlagħbu fid-9 ta' Ġunju, 2008, u tlestew fis-17 ta' Ġunju 2008. Is-sitt partiti ntlagħbu fl-Iżvizzera, f'Żurigu u Ġinevra. Il-grupp kien jikkonsisti mill-finalisti tat-Tazza tad-Dinja 2006, l-Italja u Franza, kif ukoll l-Olanda u r-Rumanija. Qabel it-tlugħ tal-poloz, dawn il-pajjiżi kienu jżommu t-tieni, ir-raba' u t-tmien post rispettivament fil-klassifika tal-ELO fost it-timijiet Ewropej. B'hekk dan il-grupp ġie mlaqqam bħala l-grupp tal-mewt tal-kompetizzjoni.[1][2]
L-Olanda sar l-ewwel tim li kkwalifika għall-kwarti tal-finali minn Grupp Ċ. Fl-ewwel partita, huma rebħu liċ-ċampjins tad-dinja, l-Italja, 3–0 f'logħba ibbażata fuq futbol ta' kontrattakk. Wara, fit-tieni partita, huma rebħu wkoll lill-finalisti telliefa tat-Tazza tad-Dinja 2006, Franza, 4–1. Din ħalliet lil Franza f'qagħda kritika, minħabba li fl-ewwel partita kontra r-Rumanija ma marrux aktar minn pari ta' mingħajr gowls. Ir-Rumanija rnexxielha tikseb pari kontra l-Italja fit-tieni partita fejn poġġithom fit-tieni post tal-grupp.
L-Italja rnexxielha tikseb it-tieni post li tagħtihom aċċess għall-kwarti tal-finali, wara li rebħu fl-aħħar logħba 2–0 lil Franza. Id-difensur Franċiż Éric Abidal ġie imkeċċi wara biss kwarta logħob wara daħla ħażina fuq Luca Toni fil-kaxxa; Andrea Pirlo skorja mill-penalty suċċessiv. Daniele De Rossi żied it-tieni gowl minn free-kick wara siegħa logħob. Minħabba r-rebħa Taljana, ir-Rumanija riedu jirbħu lill-Olanda biex jikkwalifikaw, imma b'gowls ta' Klaas-Jan Huntelaar u Robin van Persie, sfumaw l-isperanzi tar-Rumeni.
Tim | L | R | P | T | GF | GK | +/- | Pti |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Netherlands | 3 | 3 | 0 | 0 | 9 | 1 | +8 | 9 |
Italja | 3 | 1 | 1 | 1 | 3 | 4 | −1 | 4 |
Rumanija | 3 | 0 | 2 | 1 | 1 | 3 | −2 | 2 |
Franza | 3 | 0 | 1 | 2 | 1 | 6 | −5 | 1 |
Rumanija vs Franza
immodifika9 ta' Ġunju 2008 18:00 |
Rumanija | 0 – 0 | Franza | Letzigrund Stadion, Żurigu Attendenza: 30,585 |
---|---|---|---|---|
Rapport |
|
|
Plejer tal-Partita:
|
Olanda vs Italja
immodifika9 ta' Ġunju 2008 20:45 |
Netherlands | 3 – 0 | Italja | Stade de Suisse, Wankdorf, Berna Attendenza: 30,777 |
---|---|---|---|---|
van Nistelrooy 26' Sneijder 31' van Bronckhorst 79' |
Rapport |
|
|
Plejer tal-Partita:
|
Italja vs Rumanija
immodifika13 ta' Ġunju 2008 18:00 |
Italja | 1 – 1 | Rumanija | Letzigrund Stadion, Żurigu Attendenza: 30,585 |
---|---|---|---|---|
Panucci 56' | Rapport | Mutu 55' |
|
|
Plejer tal-Partita:
|
Olanda vs Franza
immodifika13 ta' Ġunju 2008 20:45 |
Netherlands | 4 – 1 | Franza | Stade de Suisse, Wankdorf, Berna Attendenza: 30,777 |
---|---|---|---|---|
Kuyt 9' van Persie 59' Robben 72' Sneijder 90+2' |
Rapport | Henry 71' |
|
|
Plejer tal-Partita:
|
Olanda vs Rumanija
immodifika17 ta' Ġunju 2008 20:45 |
Netherlands | 2 – 0 | Rumanija | Stade de Suisse, Wankdorf, Berna Attendenza: 30,777 |
---|---|---|---|---|
Huntelaar 54' van Persie 87' |
Rapport |
|
|
Plejer tal-Partita:
|
Franza vs Italja
immodifika17 ta' Ġunju 2008 20:45 |
Franza | 0 – 2 | Italja | Letzigrund Stadion, Żurigu Attendenza: 30,585 |
---|---|---|---|---|
Rapport | Pirlo 25' (pen) De Rossi 62' |
|
|
Plejer tal-Partita:
|
Referenzi
immodifika- ^ Harrold, Michael (2007-12-02). "Group of Death draws mixed reaction" (bl-Ingliż). UEFA. Miġbur 2008-03-03.
- ^ "Italy and France in Euro 2008 'group of death'" (bl-Ingliż). ESPNsoccernet. 2007-12-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-05. Miġbur 2008-03-03.