Nigel de Jong

plejer tal-futbol

Nigel de Jong (twieled fit-30 ta' Novembru 1984) huwa eks-plejer tal-futbol Netherlandiż li kien jilgħab bħala midfilder.

Nigel de Jong
Informazzjoni personali
Isem sħiħNigel de Jong
Twelid30 ta' Novembru 1984 (1984-11-30) (40 sena)
AmsterdamNetherlands
Tul1.74 m
RwolMidfilder difensiv
Mixtliet
1993–2002Ajax
Karriera professjonali
SninKlabb
2002–2006Ajax
2006–2009Hamburger SV
2009–2012Manchester City
2012–2016Milan
2016LA Galaxy
2016–2018Galatasaray
2018Mainz 05
2018–2019Al Ahli
2019–2021Al-Shahania
Tim nazzjonali
2002–2005Olanda U-21
2004–2015Olanda

Bijografija

immodifika

Missier de Jong, Jerry huwa mis-Suriname u kien jilghab il-futbol ukoll.

Huwa miżżewweġ lil Winonah, u għandhom żewgt itfal: Isaura-Siënna u Kyan.

Karatteristici teknici

immodifika

De Jong huwa midfilder difensiv u huwa magħruf bħala plejer kumbattiv ħafna.

Karriera

immodifika

De Jong huwa prodott tal-akkademja ta' Ajax, fejn beda jilghab mill-eta ta' 9 snin. Fid-19 ta' Ottubru 2002, de Jong iddebutta ma l-ewwel tim fil-loghoba tal-kamjonta Olandiz, mirnuħa minn Ajax bl-iskor ta' 6-2 contro AZ Alkmaar. Ghamel id-debutt tieghu fil-kompetizzjonijiet UEFA fit-22 ta' Ottubru 2002 fil-loghoba taċ-Champions League li spiċċat bir-riżultat ta' 1-1 kontra Rosenborg, fejn daħal jilghab fit-83 minuta minflok Richard Witschge.F'din il-kompetizzjoni huwa skorja gowl wieħed, l-ewwel wieħed minn meta sar plejer professjonista, fil-loghoba li spiċċat 1-1, fit-18 ta' Frar 2003 kontra Arsenal. F'dan l-istaġun kien spiss jilgħab bħala midfilder irtirat fuq il-lemin, imma jibda dejjem bħala sostitut u jidħol tard fil-loghoba. Jaghlaq l-istaġun ma Ajax bi 17-il presenza fil-kampjonat, 10 (b'gowl skurjat) fiċ-'Champions League' u preżenza waħda fit Tazza Olandiża.

F'Jannar 2006 ingħaqad ma' Hamburg, fil-Germanja. L-ewwel impatt tiegħu fil-Bundesliga huwa posittiv. de Jong skorja l-gowl de1iżiv kontra ir-rivali ta' Bayern Munich, din kienet l-ewwel telfa għalihom fil-grawnd il-ġdid fl-Allianz Arena.

Manchester City

immodifika
 
De Jong fl-azzjoni ma' Manchester City.

Wara tliett snin, fil-21 ta' Jannar 2009, de Jong ingħaqad ma' Manchester City għall 18-il miljun sterlina. De Jong għażel li jilbes in-numru 34 fuq il-flokk tiegħu. Iddebutta ma' Manchester City fil-logħoba kontra Newcastle fit-28 ta' Jannar 2009, biex mil-ewwel isir plejer fiss ma' l-ewwel hdax. Sa l-aħħar ta' l-istaġun jkun lagħab 16-il logħoba.

Beda l-ewwel tliett logħobiet ta'l-istaġun 2009-2010 bħala sostitut imma reġa kkonkwista postu ma' l-ewwel hdax fil-loghoba li Manchester City rebħu bl-iskor ta' 4-2 kontra Arsenal fit-12 ta' Settembru. Fil-5 ta' Dicembru 2009, wara loghoba mirbuħa kontra Chelsea 2-1, rebaħ l-unur tal-plejer tal-loghoba, li huwa stess qal li kienu l-aħjar 90 minuta li qatt laghab fħajtu.

Fit-3 ta Ottubru 2010, fil-loghoba tal-kampjonat kontra Newcastle, kellu kuntrast qawwi bdaħla skompasta fuq il-plejer franċiż Hatem Ben Arfa, u kkawzalu ksur doppju f'saqajħ ix-xellugija. Skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta' Manchester City kontra West Ham fl-1 ta' Mejju 2011.

Fi tliett staġuni u nofs ma' Manchester City, de Jong lagħab 137 loghoba u skorja 2 gowls.

Fil-31 ta' Awissu 2012, fl-aħħar ġurnata tas-sessjoni tat-trasferimenti tas-sajf inghaqad ma' Milan, u ffirma kuntratt sat-30 ta' Gunju 2015. Huwa għazel li jżomm in-numru 34. Iddebutta mat-tim ta' Milan ġurnata wara fir-rebħa li Milan kellhom kontra Bologna bl-iskor ta' 3-1, fit-2 ġurnata tal-kampjonat tas-Serje A, fejn kien muri il-karta s-safra. Skorja l-ewwel gowl tieghu bil-flokk aħmar u iswed fl-20 ta' Ottubru 2012, fil-loghoba li Milan tilfu 3-2 kontra Lazio.

Fid-9 ta' Dicembru 2012, waqt il-loghoba kontra Torino mirbuħa 4-2, kellu jabbanduna l-grawnd minhabba tiċirita fat-'tendon' tas-sieq ix-xellugija li żammitu milli jilgħab għal diversi xhur.

Karriera Nazzjonali

immodifika

Fil-31 ta' Marzu 2004, de Jong iddebutta mat-tim nazzjonali Olandiż f'partita ta' hbiberija kontra Franza. Huwa ma giex mghajjat mat-tim Olandiż ghal UEFA Euro 2004 u tilef 2006 FIFA World Cup minħabba leżjoni fl-irkoppa.

 
Jong fl-azzjoni ma' l-Olanda kontra r-Russja
 
De Jong ma' Sneijder u Robben fl-azzjoni ma' l-Olanda
 
De Jong fl-azzjoni ma' l-Olanda

De Jong kien magħżul minn Marco van Basten biex jilgħab mat-tim Olandiż għal-UEFA Euro 2008. Matul din il-kompetizzjoni de Jong lagħab tliett loghbiet minn erbgħa fejn l-olanda waslu sal-kwarti tal-finali meta ġew meghluba mir-Russja.

Huwa skorja l-ewwel gowl internazzjonali tiegħu mat-tim Nazzjonali, kontra l-Iżlanda, fis-6 ta' Gunju 2009 fil-kwalifikazzjoni għal gruppi tat-Tazza tad-Dinja 2010.

De Jong kien parti mit-tim Olandiż għat-Tazza tad-Dinja 2010 taħt it-tmexxijja ta' Bert van Marwijk. Huwa kien ma' l-ewwel ħdax il-plejer, fl-ewwel loghoba kontra d-Danimarka li l'Olanda rebħu 2-0. De Jong kien sospiz għal logħoba tas-semi finali kontra l-Urugwaj war li kien muri t-tieni karta safra matul il-kompetizzjoni fil-kwarti tal-final kontra il-Brazil. De Jong lagħab fil-final ta' li l'olanda tilfu 1–0 kontra Spanja wara l-]hin barrani. Fil-bidu tal-logħoba, de Jong għamel kien involut f'kuntrast ikraħ ma' Xabi Alonso fejn taħ daqqa ta' sieq fl-istonku. Ir-referee Howard Webb li dakinhar idderieġa l-logħoba, aktar tard wara ddikjara li kieku kellu vizjoni aħjar ta' l-inċident kien żgur ikeċċi lil de Jong mil-logħoba.

De Jong kien parti mit-tim Olandiż li ħa sehem fil-UEFA Euro 2012. L-Olanda kienu eliminati fl-ewwel rawd meta tilfu l-ewwel tliett logħobiet.

Ħoloq esterni

immodifika