Karim Benzema
Karim Benzema (twieled fid-19 ta' Diċembru 1987) huwa plejer tal-futbol Franċiż ta' dixxendenza Alġerina li jilgħab fl-irwol ta' attakkant ma' Real Madrid.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Karim Benzema | ||
Twelid | 19 ta' Diċembru 1987 Lyon, Franza | ||
Tul | 1.85 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Real Madrid | ||
Numru | 9 | ||
Mixtliet | |||
1995–1997 | Bron | ||
1996–2005 | Lyon | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2004–2006 | Lyon B | ||
2004–2009 | Lyon | ||
2009– | Real Madrid | ||
Tim nazzjonali | |||
2007– | Franza |
L-istaġun 2007–08, kien l-istaġun li tatu post regulari ma' Olympique Lyonnais, u sar wieħed mill-aqwa attakkanti tal-kampjonat Franċiż, fejn rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tal-Ligue 1. Dawn il-prestazzjonijiet, partikularment fil-UEFA Champions League, attiraw l-attenzjoni tal-ikbar klabbs Ewropej. Fl-2007 intgħażel għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Franċiż tal-kbar, u fis-sena ta' wara kien parti mill-iskwadra magħżula għall-Kampjonati Ewropej.
Karriera
immodifikaL-ewwel passi
immodifikaImwieled minn ġenituri Alġerini fis-subborgi ta' Lyon, Karim Benzema beda l-ewwel passi tal-futbol ma' klabb fi Bron, SC Bron Terraillon. F'età ta' disa' snin, wara partita bejn it-tim tiegħu u l-ġovanili ta' Olympique Lyonnais, ingħata kuntratt mat-tim ta' Lyon u beda jitħarreġ mat-tim ġovanili, fil-Kulleġġ Saint-Louis St. Bruno. Benzema, li jieħu bħala mudell lill-attakant Brażiljan Ronaldo,[1] wera l-potenzjal tiegħu meta skorja 98 gowl għat-tim ta' taħt is-sittax-il sena ta' OL.
Passaġġ għall-OL
immodifikaMatul l-istaġun 2004–05, Karim Benzema stabilixxa ruħu mat-tim ta' taħt it-tmintax-il sena ta' Olympique Lyon, fejn skorja tnax-il gowl f'erbatax-il partita. Billi kien jidher li kien se jkun talent promettenti, ġie integrat fil-grupp professjonistiku u lagħab sitt partiti fil-Ligue 1. Il-kowċ Paul Le Guen lagħbu għall-ewwel darba f'Jannar tal-2005 kontra FC Metz. Fid-debutt mal-ewwel ħalla impressjoni hekk kif kien hu li ta l-passaġġ għall-gowl deċisiv tal-konfront, skurjat minn Bryan Bergougnoux. Suċċessivament, hu iffirma l-ewwel kuntratt professjonistiku li kien se jżommu għal perjodu ta' tliet snin.[2].
Fl-istaġun 2005–06, Benzema kompla jikber permezz tal-kompetizzjoni taċ-Champions League. Fis-sitt u l-aħħar ġurnata mill-fażi tal-gruppi, il-kowċ Gérard Houllier ikkonferma bħala titulari ż-żgħażagħ Jeremy Clement, Hatem Ben Arfa u Karim Benzema. Dan tal-aħħar skorja l-ewwel gowl f'partita uffiċjali. Fil-kampjonat hu lagħab tlettax-il partita, fejn erbgħa minnhom lagħab mal-ewwel ħdax; l-ewwel gowl tiegħu wasal kontra AC Ajaccio fid-29 ġurnata tal-kampjonat. Fl-aħħar tal-istaġun Benzema stqarr li jrid jistabilixxi ruħu ma' dan il-klabb Franċiż, "wieħed mill-aqwa timijiet fl-Ewropa". Hu estenda l-kuntratt sal-2010.[3].
Lyon bdew l-istaġun 2006–07 b'rebħa fit-Trophée des Champions. Minn taħt kontra Paris Saint-Germain u b'diversi plejers nieqsa li kienu għadhom kif irritornaw mill-impenn tat-Tazza tad-Dinja 2006, Lyon kisbu l-pari permezz ta' penalty ta' Benzema, qabel ma rebħu l-konfront permezz tal-għoti tal-penalties. Benzema bil-mod il-mod sab postu fost skwadra sinjura fl-attakk, bi plejers bħal Sylvain Wiltord u Sidney Govou fuq il-ġwienaħ, u l-attakkanti Fred u John Carew, flimkien mal-akkwist suċċessiv ta' Milan Baroš. F'Ottubru, matul l-għaxar ġurnata tal-kampjonat, Benzema issostitwixxa lil Fred minħabba li dan tal-aħħar sofra minn uġigħ, u kien hu li ta l-vantaġġ lil OL fi Stade Velodrome. Minħabba li kien weġġa' koxxtu, hu ma setax jonora l-ewwel apparenza mat-tim nazzjoni Franċiż, u kellu jkun barra mil-logħob għal xi ġimgħat f'Jannar 2007. Matul l-istaġun hu lagħab 21 partita u skorja 5 gowls. Fiċ-Champions League hu lagħab kontra Steaua Bucharest u Dynamo Kiev. Il-gowl kontra dan tal-aħħar ta r-rebħa u l-kwalifikazzjoni għar-rawnd suċċessiv.
Fil-bidu tal-istaġun 2007–08, Lyon ħabbru li Benzema estenda l-kuntratt sal-2012. Il-forma tajba tiegħu waslitu biex isir plejer titulari u skorja l-ewwel tripletta tal-karriera tiegħu kontra FC Metz. It-talent tiegħu, li deher l-aktar fil-kompetizzjoni Ewropea, wassal għall-interess minn klabbs kbar madwar l-Ewropa. Fost dawn, l-istampa ħabbret l-interess ta' Alex Ferguson, kowċ tar-"Red Devils", u anki ta' Adriano Galliani, viċi-president ta' AC Milan.[4] Fl-aħħar tal-istaġun, Benzema spiċċa l-aqwa skorer tal-kampjonat meta skorja 20 gowl, u rreġistra 6 gowls fit-Tazza ta' Franza, gowl fit-Tazza tal-Lega Franċiża u erba' gowls fiċ-Champions League. Benzema, skont votazzjoni organizzata minn France Football biex jonoraw il-Plejer Franċiż tas-Sena, spiċċa fit-tielet post wara Franck Ribéry u Thierry Henry. Il-prestazzjonijiet tiegħu xorta waħda ġew rikonoxxuti mill-UNFP li tatu t-trofew tal-aqwa plejer tal-Ligue 1. Minkejja rikjesti minn klabbs barranin, l-attakkant iffirma f'Marzu 2008 estinzjoni tal-kuntratt ma' Olympique Lyonnais. Dan il-kuntratt se jżommu mal-klabb sal-2013 b'għażla li jestendi b'sena oħra l-kuntratt.[5] Wara li ffirma l-kuntratt, Benzema sar fost l-iktar plejers imħallsa fi Franza b'salarju ta' madwar €300,000 fix-xahar.[6]
Hu beda l-istaġun 2008–09 fuq prestazzjoni pożittiva hekk kif fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat kontra Toulouse hu skorja doppjetta. F'dan l-istaġun hu skorja 12-il f'25 partita imma jinsab biss fit-tielet post tal-klassifika tal-aqwa skorers tal-kampjonat fl-ewwel nofs tal-istaġun. Ftit qabel it-tmiem tal-istaġun, Karim Benzema ħabbar li kien se jibqa' ma' Lyon għal staġun ieħor minkejja l-eliminazzjoni ta' OL fl-ewwel rawnd eliminatorju kontra Barcelona, fejn il-plejer Franċiż irnexxielu jsib ix-xibka għal ħames darbiet f'din il-kompetizzjoni.
Real Madrid
immodifikaNhar l-1 ta' Lulju 2009, ġie mħabbar li Lyon qablu mal-klabb Spanjol ta' Real Madrid għat-trasferiment ta' Benzema. It-trasferiment sewa €35 miljun bis-somma titla' għal €41 miljun skont l-inċentivi.[7] Wara t-testijiet mediċi, hu iffirma kuntratt ta' sitt snin. Id-debutt uffiċjali mal-klabb Madrilen wasal fid-29 ta' Awwissu 2009 kontra Deportivo de La Coruña, waqt li l-ewwel gowl wasal kontra t-tim promoss ta' Xerez fl-20 ta' Settembru 2009.
Internazzjonali
immodifikaBenzema, wara esperjenza miksuba fit-timijiet ta' taħt is-sbatax u l-għoxrin sena ta' Franza, ingħata d-debutt tiegħu mat-tim tal-kbar kontra l-Awstrija fit-28 ta' Marzu 2007, fejn skorja l-unika gowl tal-konfront. Iż-żewġ gowls segwenti waslu f'partita waħda kontra l-Gżejjer Faroe, fejn Franza sussegwentament rebħu 6–0. Hu kien fost it-23 plejer magħżulin mat-tim biex jipparteċipaw fil-Kampjonati Ewropej 2008. Il-kampanja tal-Euro 2008 ta' Franza bdiet b'bidu ħażin hekk kif spiċċaw pari ta' 0–0 kontra r-Rumanija u wara prestazzjoni deludenti, hu kien sostitwit fit-tieni taqsima u ma ħax sehem fil-partita segwenti, telfa ta' 4–1 kontra l-Olanda. Fl-aħħar logħba mill-fażi tal-gruppi Franza lagħbu kontra l-Italja u Benzema beda mill-bidu u lagħab id-disgħin minuta.
Statistika tal-karriera
immodifikaKlabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | Ewropa | Total | ||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Assisti | Preż | Gowls | Assisti | Preż | Gowls | Assisti | Preż | Gowls | Assisti | ||
Lyon | 2004–05 | 6 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 6 | 0 | 1 |
2005–06 | 13 | 1 | 1 | 2 | 2 | 1 | 1 | 1 | 0 | 16 | 4 | 2 | |
2006–07 | 21 | 5 | 2 | 3 | 1 | 0 | 3 | 2 | 0 | 27 | 9 | 2 | |
2007–08 | 36 | 20 | 7 | 9 | 7 | 1 | 7 | 4 | 2 | 52 | 31 | 10 | |
2008–09 | 36 | 17 | 2 | 3 | 1 | 0 | 8 | 5 | 1 | 47 | 23 | 3 | |
Total | 112 | 43 | 13 | 17 | 11 | 2 | 19 | 12 | 3 | 148 | 67 | 18 | |
Real Madrid | 2009–10 | 27 | 8 | 3 | 1 | 0 | 0 | 5 | 1 | 1 | 33 | 9 | 4 |
2010–11 | 33 | 15 | 6 | 7 | 5 | 2 | 8 | 6 | 1 | 48 | 26 | 9 | |
2011–12 | 34 | 21 | 7 | 5 | 3 | 1 | 11 | 7 | 5 | 52 | 32 | 15 | |
2012–13 | 20 | 7 | 6 | 7 | 4 | 3 | 6 | 3 | 3 | 35 | 14 | 12 | |
Total | 114 | 51 | 22 | 20 | 12 | 8 | 30 | 17 | 10 | 168 | 81 | 40 | |
Karriera totali | 226 | 94 | 35 | 37 | 23 | 10 | 49 | 29 | 13 | 316 | 148 | 58 |
Korretti sas-2 ta' Marzu 2013.[8]
Unuri
immodifikaKlabb
immodifika- Ligue 1: 2004–05, 2005–06, 2006–07, 2007–08
- Trophée des Champions: 2006, 2007
- Tazza tal-Paċi: 2007
- Coupe de France: 2008
Individwali
immodifikaReferenzi
immodifika- ^ "Benzema, le phénomène qui réveille le foot" (bil-Franċiż). Le Point. 2008-02-07. Miġbur 2008-09-18.
- ^ "Benzema va signer pro" (bil-Franċiż). L'Équipe. 2005-01-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-10-27. Miġbur 2008-09-19.
- ^ "Benzema prolonge à l'OL" (bil-Franċiż). L'Équipe. 2006-05-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-12-05. Miġbur 2008-09-22.
- ^ "Lyons face battle to keep Karim Benzema" (bl-Ingliż). The Sunday Times. 2006-05-30. Miġbur 2008-02-24.
- ^ "BENZEMA EXTENDS LYON CONTRACT". Sportinglife.com (bl-Ingliż). 2008-07-25. Miġbur 2008-09-22.
- ^ "Benzema becomes one of the highest paid footballers in France". Afrik.com (bl-Ingliż). 2008-03-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-05-24. Miġbur 2008-09-22.
- ^ "Transfert de Karim Benzema au Real Madrid" (bl-Ingliż). Olympique Lyonnais. 2009-07-01.
- ^ "Statistika ta' Benzema". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-09-20. Miġbur 2008-09-19.
Ħoloq esterni
immodifika- (FR) Il-mudell {{Sit uffiċjali}} għandu nieqes l-identifikatur u l-entità ma teżistix fuq Wikidata.
- Karim Benzema – statistika tal-kampjonat Franċiż fuq LFP
- Karim Benzema fuq National-Football-Teams.com