Semih Şentürk
Semih Şentürk (twieled fid-29 ta' April 1983) huwa eks-plejer tal-futbol Tork li kien jilgħab bħala attakkant.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 4 ta' Mejju 1983 İzmir, Turkija | ||
Tul | 1.83 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Mixtliet | |||
1993–1999 | Fenerbahçe PAF | ||
1999–2002 | Fenerbahçe A2 | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2001–2013 | Fenerbahçe | ||
2001–2002 | → İzmirspor (self) | ||
2014 | Antalyaspor | ||
2014–2016 | İstanbul Başakşehir | ||
2016–2018 | Eskişehirspor | ||
Tim nazzjonali | |||
2007–2011 | Turkija |
Karriera
immodifikaSemih qatta' l-karriera kollha tiegħu mal-klabb ta' Fenerbahçe wara li ġie promoss mit-tim ġovanili (li magħhom skorja 63 gowl f'56 logħba) għal mal-ewwel tim fl-1999. Wara nuqqas ta' preżenzi mal-ewwel tim, fl-2001 ġie msellef lill-klabb mill-belt twelidu İzmirspor fit-tieni diviżjoni, fejn skorja 6 gowls f'20 preżenza. Ir-ribalta mat-tim ta' Istanbul waslet fl-istaġun 2005–06 fejn skorja tmien gowls, il-biċċa l-kbira minnhom jaslu wara li jkun daħal bħala sostitut. Matul l-istaġun 2007–08 hu sar plejer regulari mat-tim fejn spiċċa l-istaġun bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat bi 17-il gowl minn 27 logħba (17 minnhom skjerat mal-ewwel ħdax). L-impenji tiegħu ġew ippremjati bili ġie msejjaħ bħala l-viċi-kaptan tal-iskwadra fl-2007, wara t-tluq ta' Ümit Özat u Tuncay Şanlı.
Nhar is-6 ta' Awwissu, 2008, grazzi għall-erba' gowls li skorja kontra MTK Budapest hu sar it-tieni plejer Tork wara Fethi Heper li skorja erba' gowls f'logħba waħda Ewropea.
Internazzjonali
immodifikaŞentürk ingħata l-ewwel sejħa mat-tim nazzjonali tal-futbol tat-Turkija fl-2006, fejn aktar tard ġie magħżul fl-iskwadra finali li kellha tieħu sehem fil-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej 2008. Nhar il-11 ta' Ġunju, fil-konfront minn Grupp A kontra l-Iżvizzera, hu daħal bħala sostitut fis-46 minuta u madwar għaxar minuti wara hu kiseb il-gowl tal-pari permezz ta' daqqa ta' ras.
Fil-partita mill-kwarti tal-finali kontra l-Kroazja, il-gowl ta' Şentürk fl-aħħar sekondi tal-ħin barrani tefa' lit-Turkija għal-lotterija tal-penalties. Il-gowl tiegħu wasal fil-120+1 minuta, l-iktar gowl tard li qatt ġie skorjat fil-Kampjonati Ewropej. It-Turkija eventwalment ħarġu rebbieħa 3–1.
Fis-semifinali kontra l-Ġermanja, Şentürk kellu għal darb'oħra jħalli marka. Wara li Miroslav Klose kien poġġa lill-Ġermanja 2–1 fil-vantaġġ, fis-86 minuta Şentürk skorja biex kiseb il-pari, għalkemm il-Ġermaniżi kisbu l-gowl deċiżiv fid-90 minuta li tefagħhom fil-finali.
Unuri
immodifika- Fenerbahçe
- Süper Lig: 2000–01, 2003–04, 2004–05, 2006–07
- TFF Süper Kupa: 2007, 2009
Ħoloq esterni
immodifika- Semih Şentürk fuq National-Football-Teams.com