Nihat Kahveci (Istanbul, 23 ta' Novembru 1979) huwa eks-plejer tal-futbol Tork li kien jilgħab bħala attakkant.

Nihat Kahveci
Informazzjoni personali
Twelid23 ta' Novembru 1979 (1979-11-23) (45 sena)
Istanbul, Turkija
Tul1.75 m
RwolAttakkant
Mixtliet
1994–1996Esenler
1996–1997Beşiktaş
Karriera professjonali
SninKlabb
1997–2002Beşiktaş
2002–2006Real Sociedad
2006–2009Villarreal
2009–2011Beşiktaş
Tim nazzjonali
2000–2010Turkija
Timijiet ikkowċjati
2013–2017Turkija (assistent)

Karriera

immodifika

Nihat huwa prodott tas-settur ġovanili ta' Beşiktaş u ġie skopert minn Hürser Mustafa Cindir meta l-istess Nihat kien qiegħed jilgħab ma' Beşiktaş matul l-istaġun 1996–97. L-istaġun segwenti ssieħeb mal-ewwel tim.

F'Jannar tal-2002, huwa ngħaqad ma' Real Sociedad ġewwa Spanja, taħt il-gwida tal-eks-kowċ ta' Beşiktaş John Toshack. Mat-tim ta' Sociedad, Nihat lagħab 115-il logħba fejn skorja 57 gowl. Fl-istaġun 2002–03, Nihat skorja 23 gowl fejn temm l-istaġun bħala t-tieni l-aqwa skorer fil-La Liga wara Roy Makaay (29 gowls) u bl-istess numru ta' gowls ta' Ronaldo.[1] Dan l-istaġun ra wkoll lil Real Sociedad jikkonkludu l-impenji tagħhom fil-kampjonat fit-tieni post, b'distakk ta' żewġ punti minn Real Madrid. Fi żmienu mal-klabb huwa fforma koppja offensiva mal-attakkant Serb Darko Kovačević, tant li l-ġurnalist sportiv Phil Ball tahom il-laqam ta' "Iż-żgħir u l-kbir", bħala referenza għad-differenza fit-tul taż-żewġ plejers.[2]

Fis-16 ta' Mejju 2006, qabel ma ngħaqad ma' Villarreal, Nihat iffirma kuntratt ta' ħames snin. Fl-ewwel staġun mal-klabb ftit li xejn kien involut minħabba xi problemi fiżiċi li tappnulu l-istaġun. Però, l-istaġun segwenti kien fundamentali għat-tim hekk kif fil-kampjonat skorja 18-il gowl bit-tim jagħlaq l-istaġun fit-tieni post tal-klassifika. L-aħħar staġun tiegħu mal-Villarreal reġa' kien staġun imtappan bil-problemi fiżiċi fejn fid-dsatax-il dehra li għamel ma skorja l-ebda gowl.

Nhar is-27 ta' Ġunju 2009, Nihat irritorna lura t-Turkija fejn iffirma mat-tim ta' Beşiktaş għal erba' snin.[3] Nhar it-18 ta' Mejju 2011, Beşiktaş ħassru l-kuntratt ta' Nihat.

Internazzjonali

immodifika

F'Ottubru tas-sena 2000 waslet l-ewwel dehra mat-tim nazzjonali tat-Turkija għal Nihat kontra l-Iżvezja. Man-nazzjonal Torka hu pparteċipa fit-Tazza tad-Dinja 2002, liema kompetizzjoni rat lit-tim jispiċċa fit-tielet post. Matul dan it-turnew, l-uniċi dehriet tiegħu kienu bħala sostitut fid-79 minuta għal Yıldıray Baştürk kontra l-Kosta Rika fil-fażi tal-gruppi, u dehra oħra bħala sostitut kontra l-Ġappun fil-fażi tal-aħħar sittax.

Hu ħa sehem ukoll fil-Kampjonati Ewropej 2008, fejn fit-tielet logħba minn Grupp A Nihat skorja darbtejn kontra r-Repubblika Ċeka fejn f'temp ta' kwarta l-iskor inqaleb minn 0–2 minn taħt għal 3–2 favur it-Tork (bil-gowl l-ieħor jasal minn Arda Turan). Din ir-rebħa wasslet għall-kwalifikazzjoni għar-rawnd suċċessiv għad-danni tal-istess Ċeki.

Beşiktaş

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Season 2002–03" (bl-Ingliż). BDFutbol. Miġbur 2009-07-28.
  2. ^ "Little and Large" (bl-Ingliż). ESPNsoccernet. 2003-05-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-06-04. Miġbur 2008-07-23.
  3. ^ "Besiktas seal Nihat capture from Villarreal" (bl-Ingliż). ESPNsoccernet. 2009-06-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-06-28. Miġbur 2009-06-27.

Ħoloq esterni

immodifika