Yıldıray Baştürk
Yıldıray Baştürk (Herne, 24 ta' Diċembru 1978) huwa plejer tal-futbol Tork, imwieled Ġermaniż, li riċentament kien jilgħab mat-tim ta' Blackburn Rovers fil-Premier League Ingliż.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 24 ta' Diċembru 1978 Herne | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Nazzjonalità | ![]() | ||
Tul | 1.68 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | mingħajr klabb | ||
Klabbs ġovanili | |||
1986–1987 | Wanne-Eickel | ||
1987–1996 | Wattenscheid 09 | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
1996–1997 | Wattenscheid 09 | 20 | (6) |
1997–2001 | Bochum | 104 | (13) |
2001–2004 | Bayer Leverkusen | 73 | (8) |
2004–2007 | Hertha BSC | 71 | (14) |
2007–2010 | Stuttgart | 31 | (4) |
2010 | Blackburn Rovers | 1 | (0) |
Tim nazzjonali | |||
1998–2008 | Turkija | 49 | (2) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 16:12, 10 Settembru 2010 (UTC) |
KarrieraImmodifika
KlabbImmodifika
Iben ta' minatur, Baştürk beda l-karriera fid-dixxiplina tal-futbol ma' Sportfreunde Wanne-Eickel. Bħala żagħżugħ, Baştürk lagħab ma' Wattenscheid 09 waqt li d-debutt fl-ogħla diviżjoni Ġermaniża wasal mar-rivali tal-belt VfL Bochum, fejn magħhom lagħab fit-Tazza UEFA. Ma' Bayer Leverkusen, li kien ingħaqad magħhom fl-2001, gawda minn aktar suċċess. Baştürk u Leverkusen spiċċaw it-tieni fil-kampjonat Ġermaniż waqt li tilfu l-finali tat-Tazza Ġermaniża u l-finali tal-UEFA Champions League 2002.
F'Lulju tal-2004 hu ngħaqad ma' Hertha BSC fejn baqa' magħhom sal-2007 sakemm il-kuntratt tiegħu mal-klabb skada. Fit-28 ta' Mejju, 2007, Baştürk issieħeb maċ-ċampjins Ġermaniżi ta' VfB Stuttgart.
Nhar is-27 ta' Lulju, 2010, ġie mħabbar li Baştürk qabel li jingħaqad mat-tim ta' Blackburn Rovers mingħand Stuttgart f'kuntratt sa tmiem l-istaġun,[1] wara li l-kuntratt tiegħu ma' Stuttgart ġie mħassar.[2] Baştürk iddebutta mill-ewwel minuta fil-konfront kontra Wolverhampton Wanderers tal-24 ta' April, 2010. Madanakollu, din kellha tkun l-ewwel u l-aħħar dehra tiegħu mal-klabb hekk kif fl-aħħar tal-istaġun, hekk kif il-kuntratt tiegħu kien skada, hu ma ġiex offrut estensjoni tal-kuntratt mar-Rovers.
InternazzjonaliImmodifika
Hu ddebutta mat-tim nazzjonali fl-1998, fejn kien parti mill-iskwadra Torka li spiċċat it-tielet fit-Tazza tad-Dinja 2002. Wara li tħalla barra mil-lista ta' 23 plejer għall-Kampjonati Ewropej 2008, hu stqarr li ma kienx se jilgħab aktar mat-tim nazzjonali sakemm jibqa' kowċ Fatih Terim.[3]
ReferenziImmodifika
- ^ (Ingliż) Rovers complete Basturk deal. www.Rovers.co.uk, 27-01-2010. Aċċess tal-URL: 27-01-2010.
- ^ (Ingliż) Bastürk to Blackburn. www.vfb.de, 27-01-2010. Aċċess tal-URL: 27-01-2010.
- ^ (Ingliż) Basturk vows never to play against under Terim. ESPNsoccernet, 02-06-2008. Aċċess tal-URL: 08-06-2008.
Ħoloq esterniImmodifika
- (DE, TR) Sit uffiċjali
- (DE) Leverkusen who's who
- Statistika fuq fussballdaten.de