Theofanis Gekas
Theofanis Gekas (bil-Grieg: Θεοφάνης Γκέκας; twieled fit-23 ta' Mejju 1980) huwa eks-plejer tal-futbol u kowċ Grieg li kien jilgħab bħala attakkant.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Theofanis Gekas (Θεοφάνης Γκέκας) | ||
Twelid | 23 ta' Mejju 1980 Larissa, Greċja | ||
Tul | 1.79 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Mixtliet | |||
1997–1998 | Toxotis | ||
1998 | Larissa | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1998–2001 | Larissa | ||
2001–2005 | Kallithea | ||
2005–2007 | Panathinaikos | ||
2006–2007 | → Bochum (self) | ||
2007–2010 | Bayer Leverkusen | ||
2009 | → Portsmouth (self) | ||
2010 | → Hertha BSC (self) | ||
2010–2012 | Eintracht Frankfurt | ||
2012 | Samsunspor | ||
2012–2013 | Levante | ||
2013 | Akhisar Belediyespor | ||
2013–2014 | Konyaspor | ||
2014–2015 | Akhisar Belediyespor | ||
2015 | Eskişehirspor | ||
2016–2017 | Sion | ||
2017 | Sivasspor | ||
Tim nazzjonali | |||
2005–2014 | Greċja | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
2021–2022 | Panegialios | ||
2022– | Akhisarspor |
Karriera
immodifikaKlabb
immodifikaBeda l-karriera tiegħu mal-Panathinaikos fejn f'41 logħba skorja 23 gowl. Mir-rebbiegħa tal-2006, it-tim Ġermaniż ta' Bochum beda juri interess fil-plejer, imma l-prezz tal-plejer għalihom kien wisq għoli u għażlu li jieħduh b'self għal sena għal somma ta' 300,000 ewro bl-għażla li jixtruh b'mod definittiv fl-aħħar tas-sena għal 700,000 ewro. Ma' Bochum skorja 20 gowl fl-istaġun 2006–07, l-aqwa skorer fil-Bundesliga.
F'April tal-2007 ġie akwistat minn Bayer Leverkusen għal 4 miljun ewro. Il-bidu tal-istaġun 2007–08 kien wieħed tajjeb, imma bil-mod il-mod spiċċa fil-marġini tat-tim immexxi mill-kowċ Michael Skibbe, li bdieh ħafna drabi mill-bank. Il-perjodu barra ta' Dmitri Bulykin, sarraf f'aktar spazju mal-ewwel ħdax għal Gekas u wasal biex skorja numru ta' gowls importanti fosthom dak li ta post lil Bayer Leverkusen fil-kwarti tal-finali tat-Tazza UEFA.
Nhar it-2 ta' Frar, 2009, ġie imsellef lit-tim ta' Tony Adams, Portsmouth, li ftit wara ġie mkeċċi minn xogħlu u postu ħadu Paul Hart. Ftit li xejn kien involut fil-logħob, fejn kellu jistenna xahrejn sabiex jilgħab l-ewwel partita tiegħu mal-klabb Ingliż.
Wara li skada l-perjodu tiegħu ma' Portsmouth, ir-ritorn lura lejn Bayern għall-istaġun 2009–10 ftit li xejn kien sodisfaċenti fejn niżel biss fil-grawnd sitt darbiet mingħajr ma jsib ix-xibka. Kien għal dawn ir-raġunijiet li fis-17 ta' Diċembru, 2009, ingħaqad b'self ma' Hertha Berlin sa tmiem l-istaġun.
F'Mejju tal-2010 iffirma kuntratt ta' sentejn mal-Eintracht Frankfurt.
Internazzjonali
immodifikaTheofanis Gekas iddebutta mat-tim nazzjonali Grieg fl-2005 meta ġie magħżul mill-kowċ Otto Rehhagel, u pparteċipa fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005 u fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008, fejn skorja 5 gowls. Gekas sar figura regolari fi ħdan it-tim nazzjonali Grieg, fejn spiċċa bħala l-aqwa skorer taż-Żona Ewropea fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, b'10 gowls.
Ħoloq esterni
immodifika- (DE) Theofanis Gekas fuq fussballdaten.de
- Theofanis Gekas fuq National-Football-Teams.com